Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544377
13 arti u kultura IL-ĦADD 12 T'APRIL 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Għidli naqra: NIKET F'din is-sensiela, il-gazzetta titkellem ma' bands lokali fuq ix-xena tal-mużika f'Malta u fuq l-istorja tal-band innifisha NIKET bidet fl-iżolazzjoni tas-sena 2020 ILENIA DEBONO Minn fejn bdiet l-istorja tal-band? NIKET bidet fl-iżolazzjoni tas-sena 2020, wara t-telf ta' wħud min-nies l-akbar viċin tiegħi f 'temp ta' qasir żmien. B'verament sens ta' xejn ħlief niket infexxejt fl-unika ħaġa li kien fadalli u l-iktar ħaġa li nħobb, il- mużika metal. Bdejt nikteb mużika u nikkomponi dak li eventwalment sar l-ewwel EP tagħna li jismu 'NIKET'. Kontu tafu lil xulxin qabel ma kontu fil-band flimkien? Iva. Il-membri tal-band inbidlu tul is- snin iżda dejjem konna nafu lil xulxin. Ix-xena żgħira, kulħadd jaf lil kulħadd. Kif għażiltu l-isem tal-band? Naħseb li l-isem tal-band huwa pjuttost 'self-explanatory'. Liema hu l-iżjed proġett għal qalbkom? Għadna sal-lum kburin bl-ewwel EP tagħna, 'NIKET'. X'inhu l-pass li jmiss? NIKET huwa fi stat fejn qed jinkiteb materjal ġdid. Jiena m'iniex il-persuna li kont fis-sena 2020, kemm mużikalment, kif ukoll fl-iżvilupp personali tiegħi. L-affarijiet inbidlu bħalma dejjem jiġri, u s-sentimenti tiegħi jiġu riflessi fil- mużika l-ġdida. Jekk tintgħoġobx jew tistunax, ma nafux, imma li nafu hu li jekk tibqa' l-istess, ma tevolvi qatt. Liema hi l-ikbar ispirazzjoni tagħkom? Apparti li mużikalment inħossuna ispirati minn diversi bands, bħal Deafheaven, Alcest, Russian Circles u iktar, l-ikbar ispirazzjoni tiġi mid- dwejjaq relatabbli illi kulħadd jgħaddi minnu. Il-mixja tal-ħajja bit-tlugħ u l-inżul kollha, u li dejjem hemm soluzzjoni jekk tħares madwarek. Il-motto tagħna huwa 'NIKET loves you'. Ix-xena tal-mużika lokali toffri opportunitajiet lill-artisti li għadhom jibdew? In-nuqqas ta' postijiet fejn wieħed jista' jipprattika flimkien ma' sħabu, u restrizzjonijiet fuq fejn, kif, meta u kemm jistgħu jdoqqu live gruppi mużikali, huwa deterrent għal kull band. Madankollu, il-motivazzjoni ta' żgħażagħ taħt it-18-il sena hija ferm ogħla minna ta' 30+. Kieku tistgħu tbiddlu xi ħaġa fix- xena mużikali Maltija, xi tkun? Mingħajr ma naqa' fl-ovvju, in-nuqqas ta' postijiet għall-prattika u l-provi hija problema eterna.

