Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544377
Ta' min ifakkar li l-aktar serje twila ta' films li fil-preżent għadha għaddejja hi dik dwar il-gremxula ġganteska msejħa Godzilla fil-film Ġappuniż tal- 1954 "Gojira". Dan il-film tax-xjenza fittizja, li għamel suċċess kbir f 'pajjiżu u anki madwar id-dinja, kien kollu mertu ewlieni tad-Direttur Ishi- ro' Honda (il-Ġappuniżi jibdew bil-kunjom l-ewwel). L-Amer- ikani kellhom il-wiċċ tost li jibdlu xi sekwenzi ta' dan il-film, idaħħlu attur Amerikan (Ray- mond Burr) bħala l-protagonist, ituh it-titlu ta' "Godzilla, King of the Monsters!" u joħorġuh f 'pajjiżhom u anki xi postijiet oħra (hawn Malta wkoll intwera hekk), b'ħin inqas mill-oriġinal u b'impatt imnaqqas. Ishiro' Honda kien stmat bħala wieħed mill-aqwa diret- turi ta' suċċess ma' kullimk- ien u wieħed mill-fundaturi tal-ġeneru modern tad-diżastri. Għalkemm qabel idderieġa ħafna films tal-gwerra, xogħlijiet drammatiċi u kummiedji, anki dokumentarji, hu baqa' mfakkar bħala l-bniedem li ħoloq ma' ħaddieħor il-ġeneru kaiju (dwar mostri kbar u strambi) mad-di- rettur tal-effetti speċjali viżżjali Eiji Tsuburaya. Fl-1975 idderieġa t-tmien u l-aħħar film ta' Godzil- la. Fis-snin ta' wara, Hollywood ikkappara dan il-mostru ġo pro- duzzjonijiet epiċi, spettakulari u elaborati li għadhom jinħadmu. Kif kulħadd jaf, biex ċedew fit-Tieni Gwerra Dinjija, il-Ġap- puniżi qalgħu ġo fihom fil-bliet ta' Hiroshima u Nagasaki fis-6 u d-9 ta' Awwissu 1945 żewġ bombi atomiċi li kienu kaġun ta' ħerba totali u eluf kbar ta' mwiet, anki xi snin wara kaġun tar-radjazzjoni. Dan it-terrur, fil-menti u fil-fantasija im- maġinattiva ta' Honda attrib- wixxa għall-ħolqien u d-dehra ta' Godzilla u mostri kbar oħra- jn daqsu. Għall-bidu dan id-di- nosawru kien kważi kull sena joħroġ mill-qiegħ tal-baħar u jħarbat lil Tokyo, sakemm wara sar il-ħabib tal-umani dejjem jikkumbatti kontra l-mostri distinti oħrajn. Ishiro' Honda twieled fis-7 ta' Mejju 1911 u miet ta' 81 sena f 'Tokyo. Hu kien iż-żgħir minn erba' subien u tifla waħda. Hu kien inklinat lejn ix-xjenza fittizja, mhux bħal ħutu. Ta' 20 sena beda jinteressa ruħu fil-films u sikwit bil-moħbi tal-ġenituri tiegħu kien jidħol baxx baxx fit-teatri taċ-ċinema. Fl-1931 kien aċċettat fid-dipar- timent tal-arti tal-films tal-Uni- versità ta' Nihon. Meta kompla l-istudji tiegħu laħaq assistent direttur u beda jaħdem fid-di- partiment tal-editjar. Ta' 23 sena kien imsejjaħ biex jingaġġa fl-Armata Imperjali Ġappuniża fejn dam sal-1946. Fl-1944 inqabad priġunier fil-gwerra maċ-Ċina u sostna li kien stmat tajjeb ferm u anki riduh jibqa' hemm, però kellu ħerqa kbira jfittex lil martu u t-tfal. Fl-1946 reġa' beda jaħdem bħala assistent direttur fuq żewġ films mal-kumpanija Toho Company li qabel kien jisimha P.C.L. Sar ħabib sewwa mad-direttur rinomat internaz- zjonalment Akira Kurosawa u beda jaħdem miegħu. Anki fis- snin 70 meta kien irtira Kuro- sawa ħeġġu biex jgħinu f 'ħames films. Honda kien influwenza ruħu b'rapporti ta' test nukleari fuq gżira tal-Paċifiku u r-riżultat diżastruż li ħalla fuq dgħajsa tas-sajd Ġappuniża. B'dan ix-xe- narju f 'moħħu wasal Godzil- la, l-aktar film famuż tiegħu. Fl-1962, wara xi films varji tax-xjenza fittizja, irritorna biex jidderieġi produzzjoni oħra, King Kong Vs Godzilla. B'kol- lox matul is-snin 60 ħa t-tmun ta' ħames films oħra dwar din il-gremxula ta' kobor immens. L-aħħar film tiegħu li dderieġa, qabel ma rtira temporanjament, fejn kien involut Godzilla kien fl-1975. 14 films IL-ĦADD 12 T'APRIL 2026 • illum Carmel Bonnici Ishiro' Honda: Direttur prolifiku Ġappuniż tal-films tax-xjenza fittizja L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Ishiro' Honda kien id-direttur tal-film 'Gojira' li ntroduċa il-gremxula ġganteska msejħa Godzilla

