MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 April 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544377

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 12 T'APRIL 2026 • illum Miġjuba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil-ġimgħa, Michaela Pia Camilleri toħodna vjaġġ fil-mitoloġija – mhux dik Griega jew Rumana, iżda dik Maltija. It-tieni volum ta' Maltese Mythology jgħaqqad il-mitoloġija mal-lingwa u l-kultura Maltija, u Michaela taħseb li kull min se jaqrah jista' jlesti ruħu għal vjaġġ sabiħ t'għarfien fuqna l-Maltin. "Tridux tmorru għand boxxla xjaten!" Il-mitoloġija ilha taffaxxinani minn mindu kont żgħira. Nif- takarni naqra s-serje ta' Percy Jackson, u nintilef fid-dinja maġika tal-allat Griegi mqarbin u potenti, tal-kreaturi nofs anni- mal u nofs bniedem, u tal-bned- min li b'xi mod ikollhom il-for- tuna, jew l-isfortuna, li jitħalltu mad-dinja maġika tagħhom. Però, ikolli nistqarr, illi qatt ma tbegħedt wisq lil hinn mill-mi- toloġija Griega u xi it dik (skont uħud, ikkupjata) Rumana. Wisq anqas ma qatt ġieni f 'rasi nfittex dwar il-mitoloġija Maltija – kważi lanqas biss kont konxja li kellna waħda. Iżda meta bdejt immur il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, dejjem kienu jolqtuli għajnejja l-kotba bi qxur eleganti u bi lwien rikki tas-serje Maltese Mythology (Merlin Publishers) ta' Stephan D. Mifsud, u xtaqt niskopri x'kien hemm li jifred il-mitoloġija Malti- ja minn mitoloġiji oħrajn. F'din is-serje, Mifsud jir- rikostruwixxi l-mitoloġija Maltija fi speċi ta' enċiklopedija, iżda bl-interpretazzjonijiet tiegħu. Juża diversi sorsi biex joħloq kompend- ju tagħha, inkluż stejjer mgħoddi- ja lilu minn qrabatu, u minn an- zjani li jitkellem magħhom. Però s-sors priniċipali ta' Mifsud huwa l-Precis de Mythologie Maltais, ippubblikat fl-1907, tal-Ġiżwita Manwel Magri, li kien ukoll etno- grafu, arkeologu u akkademiku. Iżda l-kotba ta' Mifsud huma differenti minn dawk li ħallewl- na l-folkloristi tas-sekli dsatax u għoxrin, bħal Manwel Magri u Ġorġ Pisani, li kienu jiġbru l-ħrejjef u l-leġġendi u jippub- blikawhom biex jiddokumen- tawhom. Minflok, Mifsud qabad dawn ix-xogħlijiet u kkritikahom u interpretahom minn lenti ġdida, billi jikkumparahom ma' mitoloġi- ji ta' popli oħra, u jikkuntestwaliz- zahom minn lenti antropoloġika. Infatti, Mifsud jispjega li huwa interessat f 'perspettiva antro- poloġika tal-mitoloġija fuq il-kul- tura Maltija u l-effett tagħha fuq it-twemmin u r-ritwali tal-Maltin matul il-millennju li għadda. Apparti minn hekk, il-kotba ta' Mifsud huma mimlija b'illus- trazzjonijiet li ħarġu mill-pinna tiegħu stess. L-awtur-illustratur jistqarr li l-illustrazzjonijiet huma l-interpretazzjoni tiegħu stess, u m'għandhomx jittieħdu b'wisq ser- jetà, għaliex normalment il-folklor kien jiġi mgħoddi oralment. Skon- ti, l-illustrazzjonijiet huma mezz utli immens biex jiġu mfiehma kunċetti tant astratti bħall-ħares tad-dar, jew pereżempju l-għażżie- la, li hija deskritta bħala ballun ta' dawl abjad, b'forma ta' M fin-nofs. Din il-forma eventwalment saret is-simbolu tal-Verġni Marija, u xi villaġġi kienu (u għadhom) jaħmu l-ħobż bla ħmira b'din il-forma bħala tip ta' taliżman li jkeċċi x-xjaten u l-maltemp. L-illustrazz- joni ta' Mifsud jagħtuna idea ta' kif dan il-ballun tad-dawl mexa minn simbolu astratt għal simbolu importanti għall-Kattoliċi. Minħabba li għal Mifsud il-kuntestwalizzazzjoni hija pri- jorità, huwa jiddimistiċizza ħafna misteri dwar il-kultura u l-lingwa Maltija, li m'għandniex spjegazzjo- ni għalihom. Il-kultura u l-lingwa Maltija għad għandhom ħafna traċċi tal-mitoloġija meħjuta ġo fihom. Jispjegalna pereżempju għala niċċelebraw il-quċċija, għala ngħidu "għandu riħ", jew għala ngħajru 'l xi ħadd "mingħul". Xogħlu huwa essenzjali għad-do- kumentazzjoni u l-kuntestwaliz- zazzjoni tal-effetti tal-mitoloġija fuq il-lingwa u l-kultura Maltija. Pereżempju, Mifsud jaqbad is-suġġett tal-irjieħ. Dawn huma spirti jew allat responsabbli għaċ- ċaqliq fl-arja, bħall-irwiefen u l-maltemp, li jieħdu l-forma ta' falkuni huma u jtiru, u rġiel sbieħ fuq l-art. Fi ħrafa li ġabar minn ċertu Patist Hili, dawn l-irjieħ, bl-isem Majjistral, Punent u Lbiċ – irjieħ qawwijin li jolqtu dawn il-gżejjer – jinżlu l-art u jġorru magħhom il-bniet tar-re. Din il-ħrafa hija riflessjoni tal-ġeo- grafija u l-klima ta' dawn il-gżejjer, u ta' kif kienu jispjegaw dawn il-fenomeni missirijietna. Fuq kol- lox, hija twissija għas-semmiegħa, biex ikunu ppreparati u joqogħdu attenti mill-vjolenza tar-riħ. Mifsud iħaffer fl-għeruq ta' din il-ħrafa, b'arketipi li ġibniehom mill-mitoloġija Greco-Rumana, permezz ta' ġrajjiet li waslu għand- na minn Sqallija. Jispjega wkoll li nsibu arketipi simili fil-mitoloġija tal-Mesopotamja, fejn ukoll kienu jbatu bil-qerda tal-uċuħ tar-raba' minħabba r-riħ. Mifsud jitteorizza dwar il-psikoloġija li ssostni dan il-folk- lor. Jispjega kif l-abitanti tal-gżejjer Maltin, li fil-passat fil-maġġoranza tagħhom kienu bdiewa, kienu jibżgħu sew mill-irjieħ li, meta jfettlilhom, kienu jiġu u jħallu ħerba fuq l-għelieqi li jkunu ilhom jikkuraw għal xhur sħaħ, sabiex jgħajxu lilhom u 'l familthom. Minħabba dan, inħolqu frażijiet bħal "xifajk", jew "nirra l-imniefaħ iġorruk magħhom", u "tridx tmur għand boxxla xjaten". In-natura qerrieda ssir seħta f 'ħalq il-Malti. Mifsud huwa reqq f 'xogħlu, u jqassam il-ktieb f 'sezzjonijiet skont it-tipi ta' folklor. Din il-kat- egorizzazzjoni tgħin lill-qarrej ikollu idea ċara u komprensiva tal-folklor Malti. Fis-sezzjoni tal-allat tal-irjieħ u d-dimonji tal-maltemp, jelabora fuq l-imniefaħ, li huma speċi ta' dimonji li jtiru fis-smewwiet. Mifsud ma jonqosx li jagħmel referenzi għal xogħlijiet letterarji li huma xhieda tat-traċċi li tħalli warajha l-mitoloġija fil-kultu- ra. Pereżempju, jirreferi għal Les Djinns, ta' Victor Hugo, u għax-xogħol klassiku ta' Juann Mamo, Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka, li jiddokumenta l-kultura Maltija, minsuġa fi storja fittizja. Fis-silta li jikkwota Mifsud, grupp ta' Maltin ġewwa l-Amerka jġorru magħhom is-superstizzjoni, u wieħed minnhom jibda jdoqq qanpiena biex ikeċċi l-maltemp. Din it-tradizzjoni għadna naraw traċċi tagħha mnaqqxa fuq qniepen ta' xi knejjes Maltin, bħal dik tal-Katidral t'Għawdex, li tgħid "DAEMONES EXPELLO, TEMPESTATESQUE SERENO" li tfisser "inkeċċi x-xjaten, u nikkal- ma t-tempesti". Jien u naqra t-tieni volum, xtaqt nara iżjed kuntestwalizzazzjo- ni taż-żmien li kienu popolari mal-Maltin dawn il-ħrejjef, u meta kienu jemmnu f 'dawn is-supers- tizzjonijiet. Pereżempju, Mifsud isemmi x-Xhur, jew l-Aħwa, li kienu tnax-il alla li kienu jġibu x-xita u jikkontrollaw it-temp – spjegazzjoni għall-istaġuni. Però mhuwiex ċar meta beda, u meta spiċċa dan it-twemmin, u kemm kien jittieħed bis-serjetà fis-soċjetà ta' dak iż-żmien. Xtaqt nara wkoll kuntestwal- izzazzjoni ta' dawn il-mitoloġiji fil-kuntest tar-reliġjon Kattolika, u partikolarment, kif il-Maltin kienu jgħożżu dan it-twemmin kuntra- dittorju, u kultant kumplimentari, f 'daqqa. Madanakollu, xogħol Mifsud huwa ta' min ifaħħru, għaliex ipoġġi l-mitoloġija tagħna fuq il-mappa u jirreżisti t-telfa tagħha, permezz tad-dokumentazzjoni tagħha. Mifsud jiddimistiċizza ħafna mill-misteri u l-kurżita- jiet li għandna dwar il-lingwa u l-kultura tagħna, u fuq kollox, jgħallimna min aħna u l-antenati tagħna. Avolja ċerti superstiz- zjonijiet illum il-ġurnata sirna nqisuhom ħmerijiet, dan il-ktieb iniżżilna lura l-art, u jġibna konxji ta' kemm dan it-twemmin jidħol ġo fina iżjed profondament milli qatt ħsibna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 April 2026