MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 April 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544605

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

mill-qorti IL-ĦADD 26 T'APRIL 2026 • illum 16 JAELLE BORG Fis-seduti tal-bidu tal-ġimgħa, il-ġurati semgħu minn diversi xhieda li kienu preżenti waqt il-ġlieda. Wieħed minnhom irrakkonta kif ra grupp ta' madwar ħames persuni jiġġieldu, b'wieħed minnhom jidħol ġo garaxx b'sikkina f 'idu qabel il-vitt- ma ħarġet midruba. Xhud ieħor, li osserva kollox minn gallarija, qal li ra lill-vittma jaqa' għarkupptejh u jiġi mkaxkar 'il bogħod minn oħrajn waqt li s-sitwazzjoni eskalat fit-triq. Il-Qorti semgħet ukoll evidenza medika li kkonfermat li Najem miet kawża ta' daqqa ta' sikkina fatali qrib il-qalb, li wasslet għal telf rapidu ta' demm. L-esperti sostnew li l-mewt kienet waħda vjolenti, filwaqt li ġew deskritti wkoll diversi ġrieħi fuq persuni oħra involuti fil-ġlieda. Matul il-proċeduri, diversi xhieda taw verżjonijiet li mhux dejjem jaqblu bejniethom, b'mistoqsijiet jinqalgħu dwar min kien qed iżomm is-sikkina u x'ġara eżattament fil-mumenti qabel il-ferita fatali. Il-prosekuzzjoni enfasizzat dawn id-differenzi, filwaqt li d-difiża ppru- vat tqajjem dubji dwar il-kredibilità ta' ċerti xhieda. Aktar tard fil-ġimgħa, il-Qorti semgħet ukoll dwar il-fatt li l-arma allegata qatt ma nstabet minkejja tfit- txijiet estensivi, inkluż f 'residenzi u vetturi relatati mal-każ. Dan kompla jżid mal-inċertezza dwar il-kors eżatt tal-avvenimenti. Fil-11-il jum tal-ġuri, il-ġurati ġew murija filmati tal-bodycam li juru lill-akkużat jagħti stqarrija lill- pulizija waqt l-arrest tiegħu, eviden- za kruċjali fil-każ fejn l-akkużat qed jinsisti li aġixxa f 'difiża tiegħu nnifsu. Fl-aħħar tas-seduta, il-Qorti qablet li l-ġurati jżuru x-xena tar-reat f 'Marsalforn kmieni s-Sibt filgħodu, sabiex jimu aħjar il-kuntest u l-arranġament tal-post fejn seħħ l-inċident. Il-każ, li qed jinstema' quddiem l-Imħallef Neville Camilleri, issa jidħol f 'fażi kruċjali hekk kif il-ġurati qed jibdew jifformaw stampa aktar ċara tal-avvenimenti li wasslu għall- mewt ta' Najem. Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Angele Vella u Cynthia Tomasuolo f 'isem l-Avukat Ġenerali. L-akkużat huwa rappreżentat minn Peter Fenech, Elena Fenech u Amy Zahra, filwaqt li Franco Debono u Matthew Xuereb qed jidhru f 'isem il-familja tal-vittma. Il-ġuri tal-qtil f 'Marsalforn: Provi, xhieda kontradittorja u filmati Il-pulizija kellhom intel liġenza bikrija fl-2018 li rabtet lil Fenech mal-kumpanija sigrieta 17 Black, li wasslet biex jinbdew l-investigazzjonijiet, semgħet il-qorti nhar il-Ġimgħa. Din l-informazzjoni kellha rwol kruċjali fit-tnedija tal- investigazzjoni. Dan ħareġ waqt ix-xhieda tal- eks Assistent Kummissarju Ian Abdilla hekk kif komplew il- proċeduri fil-qorti kontra l-eks superintendent u eks kap tal- pulizija kontra l-ħasil tal-flus Ray Aquilina u n-negozjant Yorgen Fenech. Iż-żewġt irġiel jinsabu mixlija b'ħasil tal-flus u korruzzjoni. L-akkużat Aquilina qed jiffaċċja wkoll akkużi ta' korruzzjoni, żvelar ta' sigrieti uffiċjali, ħasil tal-flus u xhieda falza. Huma qed iwieġbu mhux ħatja. In-nutar Mario Bugeja qed jigi mixli wkoll b'ħasil tal-flus. Aquilina ġie arrestat għall- ewwel darba f 'April tal-2021 bħala parti minn investigazzjoni dwar uffiċjali tal-pulizija u tal- gvern li allegatament żvelaw informazzjoni sensittiva lil suspettati fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Dan seħħ fi żmien meta Aquilina kien qed jinvestiga lil Fenech fir-rigward tal-kumpanija 17 Black. Bħala parti minn din l-investigazzjoni, l-awtoritajiet eżaminaw ehim ippjanat ta' proprjetà f 'Birżebbuġa li kien jinvolvi lil Aquilina, li Fenech kien suspettat li mexxieh . Aquilina kien suppost qed jinvestiga lil Fenech dwar 17 Black, kumpanija suspettata li ntużat biex jitwasslu pagamenti lil eks uffiċjali Konrad Mizzi u Keith Schembri. Minflok ma xtara l-proprjetà hu stess, allegatament Aquilina arranġa biex il-ġenituri tiegħu jixtruha u mbagħad jittrasferuha lilu. Hu sostna li dan sar għal raġunijiet personali, inklużi proċeduri ta' separazzjoni, u qal li x-xiri kien se jiġi ffinanzjat mill- iffrankar personali tiegħu. Madankollu, l-investigaturi ssuspettaw li dan il-ehim kien irregolari, peress li l-appartament, stmat għal aktar minn €180,000, kien qed jinbiegħ għal madwar terz tal-valur tas-suq tiegħu. Fil-qorti, Ian Abdilla spjega li l-investigaturi kienu konxji minn kmieni minn din l-intelliġenza u ġew avzati biex jaġixxu b'kawtela. Hu rrimarka li wieħed mill-uffiċjali involuti kien Ray Aquilina. Abdilla qal li ma kienx jaf b'xi relazzjoni personali bejn Aquilina u Fenech waqt l-investigazzjoni, peress li Aquilina qatt ma ddikjara kunflitt ta' interess. Hu qal li sar jaf b'din ir-relazzjoni biss aktar tard permezz tal-midja. Abdilla kkonferma wkoll li Fenech kien taħt investigazzjoni fir-rigward tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, kif ukoll fil-każ ta' Melvin euma, li ammetta li kien il-middleman fil-qtil. Hu spjega wkoll li kien ġie ordnat mis-superjuri tiegħu biex jiżgura li Aquilina ma jkunx involut fl-investigazzjoni tal-każ ta' euma. Dan ħoloq sitwazzjoni mhux tas-soltu u skomda fejn uffiċjal ta' grad aktar baxx kellu aċċess għal informazzjoni sensittiva li Aquilina, minkejja li kien superjur tiegħu, ma kellux. L-investigazzjoni bdiet f 'Marzu tal-2018 wara rapport sottomess lill-FIAU. Aquilina kien fost l-uffiċjali li mexxew il-każ u Fenech kien diġà identifikat bħala s-suspettat prinċipali f 'dak l-istadju. L-awtoritajiet inizjalment ippruvaw jiksbu informazzjoni permezz ta' Europol u Interpol, iżda kellhom jippreżentaw talbiet legali formali permess tal- ittri rogatorji. Dawn intbagħtu aktar tard lil-Latvja u lill-Emirati Għarab Magħquda, bil-kontribut ta' Aquilina. Abdilla spjega wkoll li rapport sempliċi tal-FIAU waħdu ma jkunx biżżejjed biex tinbeda investigazzjoni kriminali fuq individwu. L-Ispettur Brian Paul Camilleri xehed li kien involut fl-investigazzjoni tal-kumpaniji barranin ta' Fenech u 17 Black. Aquilina mexxa l-investigazzjoni taħt is-superviżjoni ta' Abdilla sa April 2020, meta Camilleri ħa f 'idejh ir-responsabbiltà. Camilleri kkonferma li Aquilina bagħat ittri rogatorji biex jinkiseb tagħrif minn barra. Abdilla ġie sospiż mill-Korp tal-Pulizija f 'Awwissu tal-2021 wara snin ta' skandli u kritika. Abdilla, li kien imexxi l-Unità tar-Reati Ekonomiċi sal-2020, ġie kkritikat b'mod qawwi għal allegat nuqqas ta' azzjoni fuq reati finanzjarji, partikolarment fejn kienu involuti uffiċjali għolja tal-gvern. Hu tneħħa mill-kariga tiegħu wara snin ta' akkużi li kien qed iżomm lura evidenza ta' aġir kriminali minn uffiċjali pubbliċi. Abdilla kien ammetta wkoll li kien ħassar laqgħa ma' Yorgen Fenech f 'Novembru tal-2018 biex jiddiskutu rapport ta' Reuters li żvela s-sjieda ta' 17 Black, wara li s-superjur tiegħu kien qallu li Fenech kien marid. L-Ispettur Sean Friggieri mexxa l-prosekuzzjoni flimkien mal- avukati Andrea Zammit u Gary Cauchi mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-avukat Charles Mercieca deher għal Fenech, Franco Debono u Andreana Zammit dehru għal Bugeja, filwaqt li Lennox Vella deher għal Aquilina. Il-Maġistrat Lara Lanfranco qed tippresiedi l-każ. Intelliġenza bikrija rabtet lil Yorgen Fenech ma' 17 Black Membri tat-tim tal-forensika fuq is-sit tad-delitt f 'Marsalfron Yorgen Fenech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 April 2026