MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 April 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544605

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

D in il-ġimgħa tħabbret fażi oħra għall-Pjan ta' Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, li kien ġie mniedi mill-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru Miriam Dalli fi Frar li għadda. Fil-fatt, nhar il-Ħamis, tħabbar li qed issir konsultazzjoni oħra, din id-darba biex ikun mistħarreġ l-interess ta' investiment, lokali u anki internazzjonali, f 'dak li kien ġie ppreżentat bħala l-kunċett ta' x'jixtieq il-gvern jara għal din il-parti tal-Port il-Kbir. Din il-fażi, teknikament imsejħa bħala "Pre-Market Consultation", se tkun qed tara x'livell ta' interess hemm minn investituri potenzjali, f 'dik li fil-pjan oriġinali ġiet me- qjusa bħala l-ewwel fażi, jiġifieri dak li qed ikun propost għaż-żona li tibda mill-inħawi tat-Tinda tal-Patata u tinkludi ż-żona kollha ta' fejn kien hemm il-power sta- tion tal-Enemalta. Il-proċess qed ikun immexxi mill-Korporazzjoni għar-Riġen- erazzjoni tal-Port il-Kbir, li hija l-entità governattiva fdata b'dan il-proċess, li ingaġġat l-aġenzija Grant ornton biex tassisti. Fil-pjan kif spjegat fl-aħħar ġimgħat, l-ewwel fażi tal-proġett hija l-ikbar fażi fost l-erbgħa li jiffurmaw il-pjan kollu. Il-parti l-kbira tal-proprjetà inkwistjo- ni hija tal-gvern u hija żona li għandha l-potenzjal biex tattira opportunitajiet kbar. Irridu li din iż-żona tinbidel mill-istat li tinsab fih illum il-ġurnata għal waħda mill-aktar żoni vibranti li jista' jkollna, mhux biss fil-Port il-Kbir, iżda anki fil-pajjiż. F'din iż-żona rridu naraw spazji ġodda u miuħa għall-pubbli- ku, postijiet ta' divertiment, ta' rikreazzjoni u oħrajn kummerċja- li; żona maħsuba għall-arti u l-kul- tura fejn it-talenti lokali jingħataw spazji jesebixxu u jesprimu dak li jafu lill-pubbliku; żona li se tara s-sit tal-eks power station tal-Mar- sa tinbidel f 'waħda li toffri oppor- tunitajiet kbar fil-qasam urbanis- tiku, kummerċjali u residenzjali. Dan dejjem f 'rispett totali lejn l-istorja ta' din il-parti tal-pajjiż u b'importanza lejn aspetti ambjen- tali u ta' sostenibbiltà. Il-proċess tal-Pre-Market Consultation huwa maħsub li jdum miuħ għal erba' xhur u matulhom, dawk li jridu juru interess se jkunu jistgħu jagħmlu dan fuq sistemi regolati bil-proċe- duri stabbiliti għal sejħiet uffiċjali għall-offerti. Wara li jingħalaq dan il-perjodu u jkun hemm viżibbiltà tal-inter- ess, il-proċess jimxi 'l quddiem billi jibdew taħditiet aktar fid-det- tall ħalli jiġi aktar konkretizzat dak li jistgħu jkunu l-ideat aħħarin u li fuqhom ikunu jistgħu jsiru aktar studji, preparamenti, proposti, taħditiet u konsultazzjonijiet. Proċess twil u elaborat li huwa meħtieġ qabel jinbeda teknika- ment ix-xogħol effettiv. Dan il-proċess se jsegwi l-per- jodu ta' konsultazzjoni pubblika li kien hemm wara li ġie varat dan il-proġett imfassal mill-Korpo- razzjoni għar-Riġenerazzjoni tal- Port il-Kbir, flimkien mal-aġenzija ta' fama internazzjonali Chapman Taylor. Perjodu ta' konsultazzjoni li matulu mhux biss il-pubbliku ta r-reazzjoni, kummenti u suġġer- imenti tiegħu dwar dak propost, iżda anki għaqdiet, entitajiet u NGOs oħra għamlu s-sottomiss- jonijiet tagħhom. Diġà bdejna naraw interess b'saħħtu minn kumpaniji lokali u barranin. Qed naraw interess serju minn min qed jagħmel talbiet għall-informazzjoni. Oħrajn kienu qed iħarsu b'interess għal meta titħabbar il-Pre-Market Consul- tation. Ir-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir għandha l-potenzjal li twassal għal investiment massiv li jilħaq mijiet ta' miljuni ta' ewro. Dan se jkun ir-riżultat dirett ta' proċess serju li jħares lejn investiment ta' kwalità, bi pjanijiet ta' kwalità. Malta tinsab ippożizzjonata biex tattira dan it-tip ta' investiment, inkluż fl-attrazzjoni tat-turiżmu ta' kwalità. Għandna biex nagħmlu dan grazzi għall-istabbiltà, il-poten- zjal ġeografiku, l-infrastruttu- ra, ir-reżiljenza tal-ekonomija tal-pajjiż u r-riżorsi umani. Fuq kollox, l-istorja ta' dan il-pajjiż u l-faxxinu li jġorr miegħu dan il-Port jagħmluh wieħed mill-aq- wa u l-isbaħ portijiet li jinsabu fil-Baħar Mediterran. 08 aħbarijiet IL-ĦADD 26 T'APRIL 2026 • illum opinjoni "Irridu li din iż-żona tinbidel mill-istat li tinsab fih illum il-ġurnata għal waħda mill-aktar żoni vibranti li jista' jkollna, mhux biss fil-Port il- Kbir, iżda anki fil-pajjiż." Il-potenzjal tal-Port il-Kbir Il-proċess tal-Pre-Market Consultation huwa maħsub li jdum miftuħ għal erba' xhur Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir GINO CAUCHI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 April 2026