MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 April 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544605

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 26 T'APRIL 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Titwaqqaf il-Fondazzjoni għall-Malta Biennale Għadha kemm twaqqfet il-Fondazzjoni għall-Malta Biennale, bl-għan li jissaħħaħ dan il-festival internazzjonali tal-arti kontemporanja li ttella' kull sentejn Heritage Malta primarjament fis-siti storiċi u l-mużewijiet tagħha. Din il-Fondazzjoni, li hija responsabbiltà ta' Heritage Malta u parti integrali minnha, twaqqfet bejn l-istess aġenzija u l-gvern permezz tal-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali. Id- deċiżjoni għat-twaqqif ta' din il-Fondazzjoni ttieħdet mill- Kabinett tal-Ministri fl-10 ta' Marzu li għadda. Il-Malta Biennale jinsab fit-tieni edizzjoni tiegħu. L-edizzjoni in- awgurali tal-Malta Biennale saret sentejn ilu u kisbet suċċess im- medjat. Minbarra li fl-2024 kienu pparteċipaw fih uħud mill-aqwa artisti kontemporanji fid-dinja bħalissa, il-Malta Biennale ġibed l-attenzjoni tal-media inter- nazzjonali, b'numru minnhom iqiegħdu lil Malta destinazzjoni favorita għal waqt dal-festival internazzjonali tal-arti ġdid fuq ix-xena internazzjonali. Għal dik l-edizzjoni kienu applikaw aktar minn 2,500 artist minn aktar minn 100 pajjiż u ħadu sehem mal-14-il padiljun tematiku jew nazzjonali. Is-suċċess tal-Malta Biennale 2024 kien muri mill-istħarriġ li kien sar lejn tmiemu f 'Mejju ta' dik is-sena. Aktar minn 80% tal-Maltin stqarrew li l-Malta Biennale mhux biss meħtieġ għall-pajjiż biex juri u jikseb aktar apprezzament għall-patrimonju tagħna, imma meħtieġ ħafna kemm għall-artisti nfushom u għax-xena artistika lokali. Iżjed minn 75% tal-artisti qalu li huma sodisfatti b'dak li esperjenzaw fil-Malta Biennale u lesti jinko- raġġixxu artisti oħra jipparteċipaw fl-edizzjonijiet sussegwenti tiegħu. Bħalissa għaddejja t-tieni ediz- zjoni tal-Malta Biennale, li komp- liet tibni fuq dak li nbeda fl-2024. Artisti ta' fama internazzjonali qed jipparteċipaw f 'din l-edizzjoni u l-applikazzjonijiet għall-Malta Biennale 2026 żdiedu mat-30% u qabżu t-3,200. Il-padiljuni wkoll żdiedu, anzi rdoppjaw minn sentejn ilu u kellha ssir għażla minn aktar minn 50 applikazzjoni. Din l-edizzjoni tal-Malta Bien- nale qed issir fi 11-il sit u mużew ta' Heritage Malta u hija mifruxa fuq 11-il ġimgħa sa tmiem Mejju li ġej. Bħalissa, meta l-Biennale jinsab f 'nofsu, il-konkorrenza hija waħda inkoraġġanti ħafna, bis-siti kollha li qed jospitaw dal-festival internazzjonali jirrapportaw żieda notevoli fil-viżitaturi. Is-siti tal-Bi- ennale jinsabu fil-Belt Valletta, fil-Birgu, fix-Xagħra u fiċ-Ċitta- della t'Għawdex. Il-Malta Biennale għandu l-patroċinju tal-President ta' Malta u tal-UNESCO. Sentejn ilu, il-President tal-Malta Bien- nale u Chairman ta' Heritage Malta, Mario Cutajar, kien qal li l-kunċett uniku tal-Malta Biennale ġibed lejh il-patroċinju prestiġjuż tal-UNESCO għax il-miri tal-Biennale huma l-istess bħal dawk tal-UNESCO. Daqstant ieħor, kompla s-Sur Cutajar, huwa sinifikattiv il-patroċinju tal-Pres- ident ta' Malta, għax dan jixhed l-impenn nazzjonali għall-Malta Biennale. "Id-deċiżjoni li titwaqqaf din il-Fondazzjoni hija turija li dan il-Biennale jenħtieġ permanenza, u l-permanenza jagħtuha l-istrutturi. Permezz ta' din il-Fondazzjoni, il-Malta Biennale se jkompli jistab- bilixxi ruħu bħala avveniment kulturali ewlieni fil-gżejjer tagħna, bħala vetrina tal-patrimonju Malti u bħala ankra li żżomm post Malta fil-kalendarju inter- nazzjonali tal-arti kontemporanja. Dan kollu mingħajr ma l-Malta Biennale jitbiegħed mill-kunċett ewlieni tiegħu li jservi ta' pont bejn l-istorja u l-kontemporanju, li jkun ħolqa bejn il-ġenerazzjonijiet, u li jservi biex nagħrfu aktar l-illum billi nispiraw ruħna mill-esperjenzi storiċi tal-imgħoddi ħalli nħarsu 'l quddiem b'aktar fiduċja," qal Mario Cutajar waqt it-twaqqif tal-Fon- dazzjoni għall-Malta Biennale. It-twaqqif tal-Fondazzjoni sar fil-MUŻA, il-Mużew Nazzjonali tal-Arti tal-Komunità, li huwa d-'dar' tal-Biennale, permezz ta' kuntratt quddiem in-Nutar tal-Gvern, Dr Keith German, liema kuntratt ġie ffirmat minn Mario Cutajar bħala Chairman ta' Heritage Malta u minn Kevin Mahoney, Segretarju Permanenti f 'isem il-Ministeru għall-Kul- tura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali. Preżenti għall-iffirmar kien hemm Noel Zammit, Kap Eżekuttiv ta' Heritage Malta, Kenneth Gambin, Kap tal-Operat tal-Aġenzija, u Russell Muscat, Manager tad-Di- partiment Internazzjonali ta' Her- itage Malta. Is-Sinjuri Zammit, Gambin u Muscat huma l-membri fil-Bord Eżekuttiv tal-Fondazz- joni għall-Malta Biennale filwaqt li Mario Cutajar huwa l-ewwel President tal-Fondazzjoni. Fuq: Tour organizzat għall- istudenti tal-Istitut għall- Istudji Turistiċi Xellug: The Crowd Children

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 April 2026