MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 3 May 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544727

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

mill-qorti IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2026 • illum 16 JAELLE BORG Għall-ewwel darba fil-prattika tal-qrati Maltin, ġiet applika- ta s-sistema ta' monitoraġġ elettroniku bħala parti minn kundizzjonijiet ta' ħelsien mill-arrest f 'każ krimina- li. Il-miżura ġiet imposta mill-Qorti Kriminali hekk kif tat il-libertà proviżorja lil Nicky Falzon, ta' 27 sena, u Daniela Spiteri, ta' 43 sena, waqt li qed jistennew l-eżitu tal-appell tagħhom. Iż-żewġ imputati kienu dehru l-Qorti f 'Settembru li għadda u ġew akkużati b'serq ta' żewġ bask- tijiet, mowbajl u oġġetti personali oħra, kif ukoll li kienu qed jgħixu ħajja ta' vagabundaġġ u li huma reċidivi. Fi Frar li għadda, il-Qorti sabet lil Falzon ħati ta' tliet akkużi u kkundannatu sentejn ħabs, filwaqt li Spiteri nstabet ħatja u ġiet ikkun- dannata tliet snin ħabs. Madankollu, it-tnejn appellaw mis-sentenzi u talbu għall-ħelsien mill-arrest sakemm jinstema' l-ap- pell. Il-Qorti Kriminali, ippresedu- ta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, laqgħet it-talbiet tagħhom f 'digriet dettaljat fejn enfasizzat il-prinċipju fundamentali li l-lib- ertà tibqa' r-regola u d-detenzjoni l-eċċezzjoni. Il-Qorti rrimarkat li, minkejja l-fedina penali tal-akkużati u l-oġġezzjonijiet tal-prosekuzzjoni, il-liġi u l-ġurisprudenza Ewropea jitolbu li detenzjoni fit-tul tkun ġustifikata minn riskji konkreti u attwali, u mhux biss mill-passat tal-imputat. Fil-każ ta' Falzon, il-Qorti nnotat li huwa kien ilu f 'kustodja preven- tiva għal aktar minn seba' xhur u li matul dan iż-żmien ġab ruħu tajjeb u rriżulta negattiv għad-droga. Barra minn hekk, ġiet ippreżen- tata offerta ta' akkomodazzjoni u impjieg li tista' tgħinu jerġa' jintegra ruħu fis-soċjetà. Fir-rigward ta' Spiteri, il-Qorti semgħet evidenza li hija wriet motivazzjoni biex tegħleb il-vizzju tad-droga u tidħol fi programm ta' riabilitazzjoni. Missierha xehed li huwa lest jappoġġjaha, filwaqt li professjonisti kkonfermaw li hija beħsiebha tidħol f 'kura residenz- jali. Il-prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Charlon Borg flimk- ien mal-Avukat Brandon Bonnici mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, opponiet il-ħelsien mill-arrest, billi semmiet il-kundanni preċedenti tagħhom u r-riskju ta' reċidiviżmu. Madankollu, il-Qorti qalet li dawn l-argumenti ma kinux biżżejjed biex jiġġustifikaw detenzjoni kontinwa. Il-ħelsien mill-arrest ingħata taħt kundizzjonijiet stretti, inkluż depożitu ta' €1,000 u garanzija personali ta' €5,000, kif ukoll ħin ta' rinkażar kull filgħaxija bejn it-8:00pm u t-8:00am. Ġiet imposta wkoll ordni ta' protezzjoni favur il-vittma allegata. Element ċentrali f 'dan id-digriet kien l-użu tat-monitoraġġ elet- troniku — sistema li ġiet approvata riċentement mill-Parlament Malti b'appoġġ unanimu. Din il-miżu- ra tippermetti lill-awtoritajiet jimmonitorjaw lill-imputati f 'ħin reali u tiżgura li dawn jaderixxu mal-kundizzjonijiet imposti, bħar-restrizzjonijiet ta' moviment u d-distanza mill-vittma. Il-monitoraġġ elettroniku huwa meqjus bħala alternattiva għal detenzjoni preventiva, billi joffri bilanċ bejn id-dritt tal-libertà tal-individwu u l-ħtieġa li jiġu protetti s-soċjetà u l-vittmi. Il-Qorti wissiet li kwalunkwe ksur tal-kundizzjonijiet se jwassal għal konsegwenzi serji, inkluż it- telf tal-garanziji u arrest mill-ġdid. L-Avukat Nicholas Mifsud deher għad-difiża fl-appell mis-sentenza. Għall-ewwel darba: Il-Qorti Kriminali timponi monitoraġġ elettroniku f 'ħelsien mill-arrest Il-Qorti Kriminali tat il-ħelsien mill-arrest lil Nicky Falzon u Daniela Spiteri b'kundizzjonijiet stretti, inkluż monitoraġġ elettroniku introdott reċentement fil-liġi Maltija Wara ġuri li dam ġimagħtejn u deliberazzjoni ta' ħames sigħat, il-ġurati sabu lil Maher Aljasem mhux ħati tal-qtil ta' Fawez Najem, f 'dak li huwa t-tieni verdett ta' liberazzjoni minn ġuri din is-sena Wara deliberazzjoni li damet madwar ħames sigħat, il-ġurati rritornaw fl-Awla 22 quddiem l-Imħallef Neville Camilleri biex jagħtu l-verdett tagħhom fil-konfront ta' Maher Aljasem, li spiċċa lliberat minn kull akkuża. Dwar l-aktar akkuża serja, dik ta' omiċidju volontarju, il-ġurati ddeċidew li Aljasem mhuwiex ħati b'vot ta' 8 kontra 1. Fir- rigward tat-tliet kapijiet l-oħra — offiża volontarja, pussess ta' arma bil-ponta u li taqta', u ksur tal-paċi pubblika — il-ġurati unanimament sabuh mhux ħati. Il-ġuri kien beda fit-13 ta' April u dam għal madwar ġimagħtejn, b'numru ta' xhieda u esperti jixhdu quddiem il-Qorti dwar l-inċident li seħħ f 'Marsalforn fl-2022. Il-każ imur lura għas-7 ta' Mejju ta' dik is-sena, meta nqalgħet ġlieda bejn żewġ gruppi ta' Sirjani, allegatament fuq kwistjoni ta' flus. L-argument eskala f 'appartament f 'Marsalforn, fejn il-vittma, Fawez Najem, ta' 25 sena, ġie milqut b'daqqa ta' sikkina f 'qalbu u tilef ħajtu. Matul il-ġuri, il-Qorti semgħet xhieda dettaljata minn diversi xhieda, inkluż il-forensiku Mario Scerri, li spjega kif il-vittma kellu diversi feriti minn sikkina f 'rasu, wiċċu, għonqu, idejh u sidru. Huwa qal li żewġ daqqiet f 'sidru kienu fatali u kkawżaw telf massiv ta' demm, li wassal biex qalbu ma setgħetx tkompli tippompja biżżejjed demm. Scerri spjega wkoll li n-natura tal-feriti tissuġġerixxi li s-sikkina daħlet u ħarġet minn direzzjonijiet differenti, indikazzjoni li seta' sar xi moviment waqt l-att, jew li l-aggressur seta' biddel il- pożizzjoni ta' jdejh waqt l-attakk. Il-ġurati semgħu wkoll xhieda minn uffiċjali tal-pulizija u persuni oħra li kienu preżenti jew involuti fl-inċident, fejn ħarġu verżjonijiet differenti ta' kif żviluppat il-ġlieda u x'seħħ fil- mumenti li wasslu għall-attakk fatali. Tul il-proċeduri, il-Qorti semgħet ukoll evidenza dwar il-kuntest tal-inċident u r-relazzjonijiet bejn il-persuni involuti, kif ukoll dettalji dwar kif il-ġlieda eskalat minn argument għal vjolenza. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill- Avukati Angele Vella u Cynthia Tomasuolo f 'isem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, filwaqt li d-difiża kienet immexxija mill- Avukati Peter Fenech, Amy Zahra u Elena Fenech. Dan il-verdett jimmarka t-tieni każ ta' ġuri din is-sena fejn akkużat ġie lliberat minn kull akkuża, wara li l-ġurati ma sabux biżżejjed provi biex jikkundannaw. Sirjan illiberat minn akkużi ta' qtil fil-każ ta' Marsalforn Il-monitoraġġ elettroniku huwa meqjus bħala alternattiva għal detenzjoni preventiva Membri tat-tim tal-forensika fis-sit tal-qtil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 3 May 2026