MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 3 May 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544727

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

u B ħalma jafu dawk viċin tiegħi, l-iktar ħaġa għal qalbi sa minn dejjem u iżjed u iżjed minn mindu dħalt għall-impenn tal-ħajja politika hija li nisma' u nifhem x'għandhom xi jgħiduli n-nies — mhux neċessarjament bil-kliem iżda xi drabi anki b'ħarsa, bi tbissima, b'għafsa tal-idejn. F'kull opportunità li jkolli, jekk hix tazza kafè fil-pjazza ma' erbat iħbieb mir-raħal, waqt xi festin jew okkażjoni soċjali, jew żjarat lill-familji fi djarhom dejjem nagħti widen sinċier għal ħsibijiet, opinjonijiet, pari- ri u weġgħat li jaqsmu miegħi, b'mod spontanju u ġenwin. Nammetti li l-aktar li jink- wetawni mhumiex il-karbiet żgħar materjali. Ferm aktar minn hekk il-piżijiet ta' natura emozzjonali u psikoloġika li xi drabi jtaqqlu lil dak li jkun u jdallmu perspettivi oħrajn li d-dinja tagħna taf tkun mgħam- mra bihom. Ikolli ngħid li din hija realtà li xi ftit jew wisq tolqot persuni ta' etajiet diversi, u mhux l-inqas, naturalment, lill-persuni anz- jani li tant huma għal qalbi u li magħhom tant ħdimt tul dawn l-aħħar snin. L-anzjan u l-anzjana tal-lum huma l-ħaddiema professjonisti jew manwali tal-bieraħ li bnew is-sisien ekonomiċi li b'ħilithom għadna qed ingawdu l-benefiċċ- ji bħala nazzjon; huma n-nannu u n-nanna, l-omm u l-missier, l-iben u l-bint li sawru u kkon- tribwew għal qafas ta' familja li kompla jinseġ ħafna minn dak li ngħożżu fil-pedamenti tas-soċ- jetà tagħna. L-anzjani tal-lum huma l-frott u l-mera tal-ambjent, edukazzjoni, soċjetà, twemmin u kultura li writna. Huwa proprju għalhekk li sa mill-ewwel jiem ta' din il-kam- panja elettorali l-Partit Laburis- ta firex sensiela ta' miżuri li qed jikkommetti li jwettaq b'risq ċit- tadini ta' kull età, mhux l-inqas familji żgħar li qed irabbu t-tfal jew jaħsbu biex ikollhom id-dar tagħhom. Proposti intiżi pereżempju sabiex ikomplu jagħtu nifs prat- tiku liż-żgħażagħ billi fl-ewwel tliet snin minn meta jibdew jaħdmu wara l-perkors edukat- tiv ma jħallsux taxxa fuq l-ew- wel €30,000 tad-dħul tagħhom. Proposti oħrajn miżgħuda b'inċentivi ġodda bħalma huma l-My First Home u Our Next Home, b'din tal-aħħar intiża speċifikament sabiex familji b'aktar minn wild wieħed li jridu jkabbru l-proprjetà li jgħixu fiha se jkunu qed jib- benefikaw minn uħud mill-in- ċentivi tal-first time buyers. Bla ebda dubju Gvernijiet Laburisti suċċessivi rrikonoxx- ew dejjem aktar il-valur kbir tal-familja bħala qafas tas-soċ- jetà tagħna u kienu impenjati sabiex joħolqu xibka aġġornata ta' sostenn finanzjarju u soċjali li twennes lil min seta' jaqa' lura jew lil min għandu bżonn xi tip ta' support partikolari. Dan kollu għamilnieh u nkomplu nagħmluh għaliex bħala Partit Laburista kommessi li nkomplu nisimgħu u nifhmu. Kommessi li nkomplu nkunu ta' tarka għas-soċjetà Maltija. Kommessi li nkomplu ninvestu sabiex il-ġid li qed jinħoloq jinħass b'mod tangibbli minn kulħadd. Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva MALCOLM PAUL AGIUS GALEA 08 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2026 • illum opinjoni "Gvernijiet Laburisti suċċessivi rrikonoxxew dejjem aktar il-valur kbir tal-familja bħala qafas tas-soċjetà tagħna" Tmexxija ħabrieka, politika proattiva, tarka għaċ-ċittadini kollha L-anzjan u l-anzjana tal-lum huma l-ħaddiema professjonisti jew manwali tal-bieraħ FUQ TVM • IL-ĦAMIS 7 TA' MEJJU • 9.15PM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 3 May 2026