Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544727
illum • IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2026 07 "Minflok naraw kemm se nġibu aktar nies biex jiftħu aktar ristoranti naraw li dawk eżistenti jagħmlu l-flus." Fuq Xtra, Saviour Balzan tkellem ma' Clyde Caruana u Adrian Delia dwar il-finanzi tal-gvern u l-ekonomija intervista 'Fl-erba' budgets li għamilt in-nies kellhom prova ċara ta' kif tinżamm id-dixxiplina fiskali ' L-ekonomija Maltija skont aġenziji rinomati sejra tajjeb. Is-suċċess tal- ekonomija, grazzi għal xi bakketta maġika, l-abbiltà tal-imprenditur Malti, għall- Malti, għall-gvern, u għall- gvernijiet ta' qabel? CC: Naħseb waħda mir-raġunijiet ewlenin, minkejja żewġ gwerer u l-pan- demija, qal li Malta għadha qed tara tkabbir ekonomiku u dan se jkompli. Dan grazzi għal dak li qed jagħmel il-gvern. Qal li l-gvern qed jgħin lill-ekonom- ija, l-ebda gvern ieħor fl-UE mhu qed jagħmel dak li qed nagħmlu aħna. Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet parametri dwar state aid, u wieħed mill-oqsma fejn il-pajjiżi jistgħu jgħinu huwa s-sussidji fl-enerġija. Għax raw dak li ilna nagħm- lu f 'dan il-pajjiż jidher ċar li ħadem. Il-finanzi tal-gvern mhux idgħajfu, issaħħu. Int taħseb dil-formola li ma teżistix fl-Ewropa, pajjiżi oħra għandhom jikkupjaw? CC: Meta nkun qed nattendi kull xahar laqgħat li jkollna bħala ministri tal-finanzi dejj- em ngħid li l-Ewropa qed tħares lejn l-ekonomija hija xi ħaġa tat-textbooks aktar milli b'mod pragmatiku kif nagħmlu hawn Malta. Jekk jaħdem f 'pajjiżna abbli jaħdem ukoll fil-kontinent Ewropew. Wieħed mis-suġġetti li hemm battibekk fuqu huwa d-dejn. X'qed idejqek fl- ekonomija bħala kelliem tal-Oppożizzjoni? AD: Mhix kwistjoni x'qed idejjaqni, imma x'nistgħu nagħmlu aħjar. F'55 sena Malta l-gvernijiet għamlu €6 biljun dejn, filwaqt li dan il-gvern akkumula €6 biljun oħra f 'ħames snin biss. Huwa minnu li l-ekonomija qed tikber u ħa tibqa' tikber bil-kejl tal-GDP. Fl-aħħar ħames snin żdied bil-kbir in-numru ta' ħaddie- ma barranin f 'pajjiżna. Allura l-kontributur ewlieni tat-tkab- bir fil-GDP hija ż-żieda massiva tail-popolazzjoni. Jekk minflok inkejlu bil-GDP, ejjew nibdew inkejlu kemm ikunu aħjar in- nies. Il-proposti kollha tal-PN se jkunu diretti biex juru li l-GDP jista' jibqa' jikber imma n-nies se jkunu qed jgħixu aħjar. Temmen li hawn level playing field fl-ekonomija? AD: The system is rigged. Ma jistax ikollok sistema li bejn wieħed u ieħor tkun taf min huma l-ħbieb tal-ħbieb li se jieħdu t-tenders, u rekord asso- lut tad-direct orders. Ma jistax ikollox Project Green li għal kull ewro li jintefaq fuq siġar, jintefqu €240 fuq marketing. L-ekonomija hija kruċjali meta n-nies jiġu biex jiddeċiedu. Ir-ritmu ekonomiku li għandna huwa sostenibbli jew hemm element ta' fortuna? CC: Xejn mhu każwali fejn tidħol l-ekonomija, u li r-riżultati tajbin huma frott id-deċiżjonijiet li qed nieħdu. Hemm differenza kbira bejn il-Partit Laburista u l-Par- tit Nazzjonalista fil-mod kif jimmaniġġjaw l-ekonomija. Bilfors kellu jiżdied id-dejn, għax il-pajjiż kien bħal pazjent li kien jeħtieġ demm. Fil-pan- demija kellna nagħmlu minn kollox biex in-nies ma jitilfux il-postijiet tax-xogħol tagħhom, biex in-negozji ma jżarmawx. Sal-aħħar tal-2030, id-dejn tal-gvern se nniżżluh lura għal livelli simili għal dawk ta' nofs is-snin disgħin. Dwar il-popolazzjoni mingħajr ħaddiema barranin xi setturi ma jikkrollawx? Huwa suġġett sensittiv għax hemm element ta' razziżmu u xenofobija. AD: Hija problema li ħoloq il-Ministru Caruana meta kien imexxi l-Jobsplus. Fl-aħħar 13-il sena żied b'130,000 il-popolazz- joni. Id-dejn qed iqabblu mal- GDP. Dan ifisser li taħt Caruana se tibqa' tiżdied il-popolazzjoni. L-ispiża tad-dejn hija miljun kuljum. Il-persentaġġ ta' dejn finanzjat minn barra żdied minn 6% għal 22%, u dan ifisser li l-flus qed joħorġu mill-pajjiż. Imma l-ħaddiema barranin mhux kapriċċ, x'inhi s-soluzzjoni? AD: Għandna bżonn 12,000 ħaddiem tal-Y-plates? Ir-ris- toranti, anke meta jkunu mimlijin, mhux bilfors qed jagħmlu qligħ. Minflok naraw kemm se nġibu aktar nies biex jiftħu aktar ristoranti naraw li dawk eżistenti jagħmlu l-flus. Għandhom spejjeż kbar ta' kera, pereżempju. Dan id-diskors dwar il-250 miljun ewro bbażat fuq projections. Se jkun hemm impatt minħabba l-gwerra. Dal-cushion li għandek biżżejjed? CC: Il-cushion ta' €250 miljun biex jittaffew l-effetti, għax se nnaqqas id-defiċit. L-ispiża se tkun xi 100 miljun ewro, id- dħul se jkun altar b'saħħtu minn dak mistenni. Għalhekk ot- timist. Irrid inżid li mhux vera li l-ekonomija mhix qed tikber minħabba l-ħaddiema barra- nin, iżda bil-kontra, in-negozji għandhom bżonn aktar ħaddie- ma għax sejrin tajjeb. AD: Il-ministru jaqbel li se nsiru minoranza f 'pajjiżna? Adrian Delia, int titkellem fuq x'hemm bżonn ikun mmaniġġjat aħjar fl- ekonomija. Għaliex in-nies għandhom jafdaw lill-Partit Nazzjonalista dwar il- finanzi u l-ekonomija? AD: Prinċipalment għax il-PL inkluż il-ministru ma weġibx għaliex ħallasna 400 miljun ewro u ma ħadna xejn. Ma ħad- niex risposta għaliex infaqna 900 miljun ewro suppost fuq tliet sptarijiet meta ma nbena l-ebda sptar ġdid f 'Għawdex, Karin Grech ma ġiex immod- ernizzat u San Luqa baqa' abbandunat. Ma ħadniex valur għal flusna. Naraw direct orders waħda wara oħra. Kuntent il-ministru li jkollox stima ta' 80 miljun fuq proġett u mbagħad ikollok nefqa ta' 130 miljun ewro. Dwar id-dixxiplina fiskali ministru kif tirrispondi? CC: In-nies kif ikejlu d-dixxiplina fiskali? In-nies ikejlu d-dixxiplina għax jaraw li l-gvern laħaq il-miri finanz- jarji tiegħu. Jaraw li naqqasna t-taxxi għal darba darbtejn. Żammejna l-kontijiet l-istess. Tajna fuq li tajna fil-pensjonijiet u childrens' allowance. Fl-erba' budgets li għamilt in-nies kell- hom prova ċara ta' kif tinżamm id-dixxiplina fiskali. Mingħajr id-dixxiplina dawn il-miżuri ma setgħux jitwettqu. AD: Il-wegħda li tnaqqsu l-corporate tax minn 35% għal 25%, lanqas għamiltuha minkejja li wegħedtuha fil-man- ifest.

