MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 3 May 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544727

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Il-Mużew tal-Katidral tal-Imdina jiftaħ bieb diġitali ġdid lejn skoperta siekta iżda qawwija Sit elettroniku ġdid jistedinna nidħlu, bil-mod u bil-kurżità, fil-qalba ta' wieħed mill-aktar mużewijiet affaxxinanti ta' Malta Xi kultant, l-aktar teżori prezzjużi jkunu dawk li jgħixu fis-skiet. Fil-qalba tal-belt siekta tal-Imdina, waħda mill-aktar ambjenti memorabbli tal-Mediterran, wieħed jista' jsib il-Mużew tal-Katidral tal-Imdina li ilu wieqaf għal sekli sħaħ fil-Pjazza tal-Arċisqof. Jokkupa binja Barokka imponenti u sabiħa. Għal ħafna, dak li jinsab wara l-faċċata tiegħu baqa' misteru. Issa, dan il-misteru qed jinfetaħ — b'mod diġitali. Il-Mużew tal-Katidral tal-Imdina ħabbar it-tnedija ta' sit elettroniku ġdid: museum.metropolitanchapter.com. Din hija stedina miuħa: kemm għal min qed jippjana żjara fl-Imdina, kif ukoll għal min jixtieq jerġa' jiltaqa' fiżikament mal-wirt Malti jew sempliċement għal min iħoss il-kurżità li jara x'hemm moħbi wara waħda mill-ak- tar faċċati eleganti tal-belt. Kollezzjoni li tirrakkonta sekli Il-Mużew jinsab f 'binja Barokka ta' eċċellenza, mibnija fil-bidu tas-seklu tmintax bħala seminarju, taħt il-patroċin- ju tal-Isqof Paul Alpheran de Bussan. Illum, dan l-ispazju jħaddan kollezzjoni li tgħaqqad sekli ta' storja, devozzjoni, arti u ħila umana. Pinakoteka li tkopri xogħlijiet fuq l-injam ta' importanza kbira f 'Malta u pittura Barokka. Xogħlijiet oħra joffru lill-viżitaturi arti Neoklassika u Moderna. Kollezzjoni sinifikattiva ta' inċiżjonijiet ta' Albre- cht Dürer flimkien ma' xogħlijiet rari fix-xema' tal-iskultur Malti Melchiorre Cafà. Il-kollezzjonijiet jinkludu għamara, porċellana, ħġieġ Venezjan u fided li joħolqu mużew eklettiku. Wieħed jista' jara wkoll Presepju Naplitan tas-seklu tmintax matul is-sena kollha. "Is-sit il-ġdid jagħti lill-Mużew leħen diġitali li jirrifletti l-karattru u r-ruħ tal-kollezzjoni tiegħu. Il-vjaġġ illum jista' jibda online, bl-istess sens ta' skoperta li wieħed iħoss meta jidħol mill-bibien tal-Mużew." Esperjenza diġitali li tħossok qisek diġà hemm Id-disinn il-ġdid tas-sit inħoloq b'attenzjoni kbira għall-esperjenza tal-viżitatur. Bl-użu ta' kuluri safranin, ispirati mill-ġebla tal-franka tal-bini tal-Imdina u bi tqassim nadif u rfinut, ir-rap- preżentazzjoni diġitali toffri lill-viżitatur spazji b'arranġa- menti ta' esebiti f 'dehra professjonali u attraenti. Mill-ewwel mument li wieħed jasal fil-homepage, jibda jimxi, bil-mod, ġewwa l-Mużew. Skopri qabel tasal Kull kamra u kull sezzjoni tal-kollezzjoni issa għandhom l-ispazju diġitali tagħhom, imżejjen b'fotografija dettaljata, 360 tours u deskrizzjonijiet li jqajmu l-immaġinazzjoni u anteċipazzjoni. Is-Sala Dürer, is-Sala Marchese, u l-Kappella tal-Annun- zjazzjoni jistgħu jiġu esplorati minn qabel, mhux bħala sostitut taż-żjara, iżda bħala prologu. Is-sit huwa mfassal biex iqanqal xewqa: ix-xewqa li fl-aħħar mill-aħħar tasal hemm, timxi bil-pass tiegħek, u tħalli l-kollezzjoni titkellem għalik.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 3 May 2026