Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544727
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt "N ifs Ġdid": dan għażel il-PN bħala slogan tiegħu għal din l-elezzjoni ġen- erali. Wieħed li mill-ew- wel deher ħafna iktar frisk mis-slogan "Int Malta" tal-Partit Laburista. Iżda biex inkunu onesti, dak in-nifs ġdid ma tantx kien ovvju fl-ewwel jiem tal-kampanja elettorali. Għax mill-ew- wel jiem, deher li l-PN kien diġà qiegħed jipprova jirreaġixxi u jlaħħaq ma' dak li kien qed jagħmel il-Labour. Għax waqt li l-mexxej Laburista Robert Abela beda jħabbar mill-ew- wel proposta wara l-oħra biex jeċita lill-partitarji tiegħu u jipprova jirbaħ oħrajn ġodda, Alex Borg beda jsem- milna sptarijiet u pagi għall-ħaddiema tas-saħħa. Proposti tajbin u b'saħħithom, ngħiduha kif inhi, imma mhux it-tip li ħa jiggalvanizzaw l-elettorat. Għal dawk l-ewwel jiem tal-kampan- ja, il-PN deher qisu ma kienx ipprepa- rat, bħal donnu ma kienx jaf li ġejja elezzjoni. Meta laħaq kap tal-partit, Borg qal b'vuċi soda li l-PN kien lest għal elezzjoni, tiġi meta tiġi. Iżda ħafna kienu qed jistennew li kif tissejjaħ l-elezzjoni, il-PN kien se joħroġ iktar b'saħħtu. Ħafna stennew li Borg jiftaħ il-kampanja minn Għaw- dex u jħabbar proposti sodi u fattibbli għall-gżira. Iżda kien Abela li ħabbar proposti għal Għawdex, inkluż investi- ment f 'vapuri ġodda għat-trasport bejn il-gżejjer. Abela u l-PL jafu li dan huwa suġġett estremament għal qalb l-Għawdxin. Iżda iktar minn hekk, Abela wera li mhux se joqgħod lura milli jisfida lil Borg anke fuq dak li huwa l-home turf tal-Kap tal-PN. Li qed nistennew issa huma l-mani- festi taż-żewġ partiti l-kbar biex ikollna stampa ċara ta' verament x'inhuma l-pjanijiet tagħhom għall-ħames snin li ġejjin jekk jirbħu l-elezzjoni. Iżda mhux kollox dlam u ċpar għall- PN. Għax imbagħad ġejna għall-mass rally tal-1 ta' Mejju. U Alex Borg ta prestazzjoni taj- ba. Deher ċar li kien ippreparat sew. Lill-partitarji tal-PN li attendew għall-attività f 'Ħal Lija żammhom iffukati fuqu, entużjasti u ħerqana għalih. Jekk jirnexxilu jibqa' jikkomunika b'mod elokwenti u infurmat, Borg kapaċi jasal fejn ħaddieħor ma wasalx. Għax għall-inqas anke l-PN deher qisu nqabad fuq sieq waħda b'din l-elezzjoni, Alex Borg qed irabbi iżjed kunfidenza fl-irwol tiegħu. Il-prestazz- joni tiegħu f 'Ħal Lija għandha tix- prunah biex ikompli jwassal il-messaġġ b'mod li n-nies tieqaf u tisma'. Il-PN u l-PL għandhom it-tnejn proposti tajbin, kandidati relevanti wkoll, ħaddiema u voluntiera issa jid- her li hemm ukoll. Imma bla dubju ta' xejn il-magna tal-Partit Laburista hija iktar ipprepa- rata. Iżda jekk il-makkinarju l-PN mhux bħal tal-Labour, Alex Borg qed juri li kapaċi jilħaq lin-nies f 'din il-kampanja. Il-mossa li għamel il-PN f 'din il-kam- panja kien li tefa' lil Borg bħala l-wiċċ tal-kampanja, milli kwalunkwe wegħ- da, pjan jew proġett huwa sinjal li l-PN jaf li dan hu l-aħjar asset li għandu. Filwaqt li fil-każ tal-PL, il-kompetenza u l-ekonomija jibqgħu żewġ pilastri ewlenin apparti Robert Abela nnifsu. Il-ġimgħat li ġejjin juruna kemm il-partiti qed jikkonvinċu u lil min qed jikkonvinċu. Tibda l-ġlieda elettorali

