MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 3 May 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544727

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

"Flimkien magħkom se nkomplu nibnu l-futur. Futur fejn kull familja tħoss is-sigurtà, fejn kull individwu għandu opportunità, fejn il-kultura tiffjorixxi u fejn il-komunitajiet jikbru flimkien." L -ewwel ġimgħa tal-kam- panja elettorali serviet, jekk xejn, biex turi l-kun- trast qawwi bejn iż-żewġ partiti politiċi ewlenin. Il-kampan- ja tal-Partit Laburista telqet, kif jgħidu, full speed ahead – mhux biss fejn jidħol il-viżwal, fejn il-Par- tit Laburista jeċċella, iżda aktar importanti minn hekk, fil-proposti. Il-Prim Ministru Robert Abe- la, b'enerġija kbira, u b'determi- nazzjoni akbar, ħabbar proposti li fil-qalba tagħhom hemm il-familji Maltin u Għawdxin. Min-naħa l-oħra, rajna Partit Nazzjonalista xejn ippreparat, tant li fit-tieni ġurnata tal-kam- panja elettorali, il-media indip- endenti, inkluż oħt din il-gazzet- ta, il-MaltaToday, innutat kif Alex Borg kien inħeba mill-ġur- nalisti. Dan jgħid ħafna dwar kemm Borg, u l-PN, mhumiex ippreparati biex imexxu lil pajjiżna fil-ħames snin li ġejjin. Konna nafu li dan kien il-każ, iżda l-kampanja elettorali qed turina dan b'mod ċar ħafna. Kif jgħidu, ix-xemx minn filgħodu turik! Li jaffaxxinani huwa kemm il-Partit Laburista jibqa' partit dinamiku, bil-polz tan-nies f 'idejh. Fuq kollox, jibqa' l-unika partit politiku kompetenti dwar l-ekonomija. Għalhekk il-Labour fdat mill-elettorat, għax in-nies moħħhom mistrieħa li bih fil- gvern, l-ekonomija se tkompli tissaħħaħ. Qed nikteb dan l-artiklu meta għadha kemm ħarġet l-aħbar illi l-prezz taż-żejt laħaq liv- elli rekord. Dan kollu jfisser illi s-sitwazzjoni ġeopolitika għadha waħda inkwetanti ħafna. U quddiem din l-instabbiltà internazzjonali, Malta għandha bżonn gvern ankra tal-istab- biltà. Iż-żmien wera li huwa biss il-Partit Laburista li jista' jiggarantixxi dan. Iggarantih waqt il-pandemija, il-gwerra fl-Ukrajna, dik fil-Palestina, u issa waqt li għaddejja l-gwerra fuq l-Iran, u t-taqlib kollu li din ġabet magħha. Quddiem dan it-taqlib kollu, Malta baqgħet b'saħħitha. Mhux b'kumbinazzjoni, iżda b'għażla ċara u b'viżjoni soda mmexxija minn Gvern Laburista li jemmen fil-poplu tiegħu u jaħdem bla heda għalih. Illum, aktar minn qatt qabel, għandna Gvern Laburista, immexxi minn Prim Ministru, li mhux biss jiem ir-realtajiet tan-nies, iżda jantiċipa l-ħolm tagħhom. Il-proposti mħabbra jkomplu juru direzzjoni waħ- da: li ntejbu l-kwalità tal-ħajja b'mod konkret, b'mod ġust, u b'mod sostenibbli. Mhux kliem vojt, iżda azzjoni li tħalli impatt dirett fuq il-familji Maltin u Għawdxin. Din il-ġimgħa, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar ħemel ta' inizjattivi li jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-familji. Pereżemp- ju, il-ħtiġijiet ta' ġenituri bi tfal b'diżabilità, fejn it-taxxa ssir aktar ġusta u l-carers grant jitla' sal-livell tal-paga mini- ma. Din hi tabilħaqq politika ġejja mill-qalb. Jew meta koppji jingħataw il-possibbiltà li jittrasferixxu kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali biex jiżguraw pensjoni b'saħħitha, naraw poli- tika b'sens ta' ġustizzja. Dawn mhumiex biss miżuri ekonomiċi — huma dikjarazzjonijiet ta' valuri. U għaż-żgħażagħ, żidiet fl-istipendji, u aktar għajnuna għal koppji żġħażagħ li se jixtru l-ewwel dar tagħhom. F'nofs il-maltemp internazz- jonali, Gvern Laburista għażel li minflok jogħtor quddiem il-pressjoni enormi li din iġġib magħha, imexxi b'kuraġġ. Fil- waqt li pajjiżi oħra qed jitħab- tu biex iżommu l-ekonomiji tagħhom stabbli, aħna komple- jna nikbru. Tkabbir b'saħħtu, konsistenti, mibni fuq kompe- tenza ekonomika, u deċiżjoni- jiet għaqlin. Dan it-tkabbir ma ġiex b'kumbinazzjoni, ġie għax għandna Gvern Laburista li jaf xi jrid, u jaf fejn sejrin. Matul din il-leġiżlatura kelli l-privileġġ kbir li nservi bħala l-Ministru għall-Kultura, l-Arti- jiet u l-Gvern Lokali. Bis-saħħa ta' ekonomija b'saħħitha, ġibna kisbiet kbar f 'dawn l-oqsma. Waħda mill-akbar kisbiet li għamilna kienet illi l-artist Malti llum jinsab f 'pożizzjoni li jista' jaqla' l-għejxien tiegħu mill-arti, u l-kultura. Qabel din kienet biss ħolma. Aħna, tal-Gvern Laburis- ta, din il-ħolma għamilnieha l-proġett tagħna, u wettaqnie- ha — u se nagħmlu aktar f 'dan ir-rigward. L-istess bħalma għamilna fejn tidħol l-art pubblika. Il-proġetti marbuta ma' Manoel Island, Fort Tigné u l-White Rocks huma xhieda ta' dan. Spazji li darba kienu magħluqa jew abband- unati, illum qed jiġu rritornati lin-nies, għall-familji, għaż- żgħażagħ, għall-artisti. Dan huwa Gvern li jemmen li l-art pubblika għandha tkun għall- ġid komuni. U fil-ħames snin li ġejjin, bl-appoġġ tagħkom, hekk se nkomplu nagħmlu. Tagħna hija l-politika li tħares 'il quddiem. Politika li tiem li l-isfidi globali ma jistgħux jiġu evitati, jew kif qal ħaddieħor, b'mod mill-aktar assurd, 'ma jaffettwawniex', iżda jistgħu jiġu indirizzati b'għaqal u b'viżjoni. Politika li ma tibżax tinvesti fin-nies tagħha, għax taf li huma l-akbar riżorsa li għandna. Il-Partit Laburista qed ikompli juri kemm huwa moviment ħaj, dinamiku, u marbut mal-as- pirazzjonijiet tan-nies. Flimkien magħkom se nkomplu nibnu l-futur. Futur fejn kull famil- ja tħoss is-sigurtà, fejn kull individwu għandu opportunità, fejn il-kultura tiorixxi u fejn il-komunitajiet jikbru flimkien. Matul l-erba' snin li għaddew wettaqna kisbiet important flimkien. Imma ma nistgħux niefqu hawn għax nitilfu dak kollu li ksibna. Ċara li tal-Partit Nazzjonalista mhumiex ip- preparati. M'hemmx gravitas. M'hemm sugu. M'hemmx kom- petenza ekonomika. Jekk jieħdu l-poter f 'idejhom, ibati l-poplu kollu. Dan huwa ż-żmien li nkom- plu nibnu fuq dak li ksibna. Li nkomplu ninvestu fil-kultura, fl-arti, fil-wirt tagħna. Li nkom- plu nagħtu lura spazji lin-nies. Li nkomplu nsaħħu l-ekonomija u ntejbu ferm aktar il-kwalità tal-ħajja tan-nies. Li flimkien inkomplu nibnu Malta li hija isbaħ, aħjar, aktar ġusta, aktar umana. Dan huwa l-impenn tagħna. Int Malta. Il-ħolma tiegħek, il- proġett tagħna. Din hija l-viżjoni tagħna. U flimkien, se nagħmlu- ha realtà. Ix-xemx minn filgħodu turik Il-gvern qed jimbotta l-proġetti marbuta ma' Manoel Island, Fort Tigné u l-White Rocks 10 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2026 • illum opinjoni Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali OWEN BONNICI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 3 May 2026