Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544873
Il-films tal-cowboys jew cowboys u Indjani sa mill- bidu nett taċ-ċinema rriżultaw ġeneru ta' film tassew popolari. Però, minn nofs is-snin 60 dan it-tip ta' xogħol ċinematografiku beda juri sinjali ta' nuqqas ta' interess mill-udjenzi. Bħal kull ħaġa oħra, il-palat tal-pubbliku minn żmien għal żmien jitbiddel. Raġuni oħra kienet li l-Amerka sfat fi gwerra mal-Vjetnam u ż-żgħażagħ kienu mdejqin li jinqabdu bil-lieva u jmorru jiġġieldu. Biex jgħaddu l-ftit ħin li kien fadlilhom liberi bdew jitfaċċaw il-hippies, dawk tal-flower power u gruppi ta' adolexxenti lebsin ġkieket tal-ġild, jieħdu d-drogi u jiġġerrew mal-pajjiż bil-muturi u ġieli anki jaqilgħu l-inkwiet. Kien propju f 'dak iż- żmien li mill-Italja bdew ħerġin Westerns aktar goffi u vjolenti li dlonk għamlu suċċess mal-Ew- ropa u wara ftit anki fl-Istati Uniti. L-Amerikani bdew jik- kupjawhom ukoll u ħafna, speċ- jalment familji, qagħdu lura. Ftit qabel u matul dan iż- żmien A. C. Lyles, produttur prolifiku, imbarka fuq sensiela ta' Westerns modesti b'atturi veterani li kienu waslu fl-aħħar tal-karriera tagħhom, però xi għaxar snin qabel diversi min- nhom kienu għadhom igawdu popolarità. Mill-1963 sal-1968 dan il-produttur involva ruħu fi 13 minn dawn il-Westerns kollha mal-kumpanija Para- mount Pictures. Il-ħabib tiegħu Lon Chaney Jr. deher fi tmienja minnhom dejjem f 'xi parti se- kondarja. Attur ieħor li kien ilu jidher fuq il-liżar il-kbir minn żmien iċ-ċinema mutu, Richard Arlen, ukoll ħadem f 'diversi minnhom, aktarx f 'partiċelli. Dawn kienu proġetti b'baġits żgħar, imma kultant b'ċerta reqqa biex iżommu dik l-atmos- fera tipika ta' dan il-ġeneru. In- fatti, fil-maġġoranza tagħhom, l-andament iseħħ lokalment u l-azzjoni tiġri aktarx jew fit-triqat tal-belt jew f 'xi saloon. F'waħda mill-intervisti li ta dan il-produttur semma li kien imfittex minn żewġ eżekuttivi ta' Paramount Pictures biex jipproduċilhom Western, meta ndunaw li kellhom skeda ta' films li riedu joħorġu għall-wiri kważi vojta. Meta l-film Law of the Lawless mar tajjeb fid-dħul tal-flus staqsewh kemm kien kapaċi jlesti films simili f 'sena. Lyles wieġeb "ħamsa" u tawh id-dritt li jkompli jipproduċi aktar minnhom biex jintwerew qabel il-film propju (kienu jissejħu second features). Bħala produttur xogħlu kien li jfittex l-atturi u għażel grupp ta' atturi adulti b'esperjenza u li kienu ħbieb tiegħu. Il-Westerns kollha li pproduċa kienu bil-kulur u l-maġġoranza bil-proċess Tech- niScope (liżar wiesa') u mhux bis-CinemaScope biex jiffranka l-flus. Id-Direttur Joe Dante jid- her li impressjona ruħu b'dawn il-produzzjonijiet li kif sostna hu m'hemmx stil u sustanza fihom, tant li huma mudelli ta' xogħlijiet sempliċi u b'sengħa bażika li għalih irriżultaw guilty pleasures (jagħtuk pjaċir bis-sempliċità li juru). Andrew Craddock Lyles Jr. twieled fis-17 ta' Mejju 1918 f 'Jacksonville, Florida. Sa minn meta kien għadu tfajjel nibtet ġo fih l-affaxxinazzjoni għaċ-ċin- ema meta ra l-film Wings (1927) tal-Paramount Pictures, l-ewwel wieħed li rebaħ l-Oscar. Għaldaqstant, beda l-karriera tiegħu jaħdem f 'teatru lokali mmexxi minn Paramount meta kien għadu teenager jiknes il-popcorn mill-art wara l-wiri. Fl-1937 telaq lejn Hollywood biex jaħdem bħala tfajjel fl-uffiċċji ta' Adolph Zukor u Cecil B. DeMille. Malajr ħa promozzjoni fid-dipartiment tal-pubbliċità u fis-snin 50 sar produttur u serva bħala assist- ent produttur f 'The Mountain u produttur waħdu f 'Short Cut to Hell. Wara, kien il-produttur pro- lifiku f 'ruxxmata ta' Westerns fis-snin 60 u f 'xogħlijiet diversi oħrajn fid-diċennji ta' wara. Matul is-snin sar ħabib ma' ħafna atturi, fosthom Ronald Reagan u kien sapporter tiegħu meta sar President tal-Amer- ka. Barra produttur kien ukoll eżekuttiv tal-Paramount u baqa' magħruf għaż-żmien straor- dinarju twil li serva ma' dan l-istudjow – aktar minn 70 sena. F'Marzu tal-1938 iżżewweġ lill-attriċi Martha Vickers, iżda sitt xhur wara ddivorzjaw. Fl-1955 reġa' żżewweġ lil Martha French, żwieġ li din id-darba baqa' sod 58 sena sal- mewt tiegħu. Dan il-bniedem leġġendarju ta' Hollywood miet fis-27 ta' Settembru 2013 ta' 95 sena. Ma kellhomx tfal. 14 films IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2026 • illum Carmel Bonnici A. C. Lyles – Direttur ta' diversi Westerns b'atturi veterani L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 3 għal 4 li jdur min-Nofsinhar forza 3 għal 4 Viżibilità Tajba L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mill-Punent forza 3 Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat li jsir ħafif Imbatt Baxx mil-Lvant SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA A. C. Lyles ma' martu Martha French

