Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544873
04 IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2026 • illum Flus, flus u iktar flus: Kif il-partiti jużaw La l-Partit Laburista u lanqas il-Partit Nazzjonalista mhuma injoranti. Forsi jiżbaljaw, forsi jfasslu pjani li ma jaħdmux, jew jipproponu xi miżura li ma tintgħoġobx. Iżda t-tnejn jafu sew li l-iktar miżuri li jolqtu lill-maġġoran- za tal-elettorat huma dawk li jitfgħulhom iktar flus fil-but. Jew dawk li jnaqqsu l-ammont li joħorġu mill-but. U waqt li l-Partit Laburista ħareġ fl-ewwel ġurnata tal-kam- panja elettorali bi proposti li jit- fgħu flus fil-but tan-nies, il-PN stenna ftit jiem sakemm anke hu beda joħroġ proposti simili. X'qed joffri l-Labour Jekk il-Patrit Laburista jibqa' fil-Gvern, kull ħaddiem f 'Malta jkun intitolat għal super bonus ta' €1,000 fis-sena, skont Robert Abela. Il-miżura, li mistennija tiswa madwar €200 miljun fis-sena, se tingħata b'rata fissa irrispet- tivament mid-dħul u se tapplika għal impjegati, self-employed, studenti u pensjonanti li jaħd- mu. Biex wieħed jibbenefika, irid ikun ilu resident f 'Malta għal mill-inqas ħames snin. Ħaddiema part-time li jaqilgħu sa €12,000 fis-sena se jirċievu bonus ta' mhux inqas minn €500. Il-PL qed jipproponi żieda ta' €250 fl-allowance tat-tfal għal familji bi dħul ta' inqas minn €40,000 fis-sena. Se jiżdied ukoll l-in-work benefit għal €150 għal kull tifel jew tifla, b'żieda addizzjonali ta' €100 għal familji fejn jaħdem ġenitur wieħed biss. Waħda mill-ewwel proposti tal-PL kienet dik ta' €5,000 għal kull tarbija. Fuq l-edukazzjoni, il-Labour ippropona li l-istudenti jirċievu żieda oħra ta' 15% fl-istipendju tagħhom. Studenti li jmorru fuq Erasmus jew skambji oħra barra minn Malta se jirċievu għotja ta' €1,000. Il-proposta għandha l-għan li tħeġġeġ aktar studenti jieħdu opportunitajiet inter- nazzjonali u jiksbu esperjenzi edukattivi barra l-pajjiż. Fuq il-qasam tad-djar, il-PL qal li se jgħolli l-limitu tal-eżen- zjoni tal-boll għal min qed jixtri dar għall-ewwel darba, minn €200,000 għal €300,000. B'hekk ix-xerrejja jiffrankaw €5,000 oħra f 'taxxa. L-iskema tad-depożitu ta' 10%, li tgħin lix-xerrejja li huma intitolati għal self bankar- ju iżda ma jistgħux iħallsu d-de- pożitu meħtieġ għall-konvenju se tissaħħaħ ukoll billi l-valur tal-proprjetà eleġibbli jiżdied minn €250,000 għal €300,000. First-time buyers jingħataw rifużjoni ta' €1,200 biex ikopru parti mill-ispejjeż tan-nutar u searches. Flimkien mal-bidla fil-bolla, din tista' twassal għal saving totali ta' madwar €6,200, li jista' jintuża għal finishing jew furnishing tad-dar. Persuni b'diżabilità severa se jkunu jistgħu jsiru sidien ta' darhom b'għotja miżjuda għal €20,000, id-doppju ta' dik attwali għall-first-time buyers. Barra minn hekk, ġie mħabbar ukoll li persuni b'diżabilità 'l fuq minn 18-il sena se jibbenefikaw minn budget plan personalizzat biex jiġu indirizzati l-bżonni- jiet individwali tagħhom u tissaħħaħ l-indipendenza tagħhom. Il-Prim Ministru Rob- ert Abela ħabbar li gvern Laburista se jestendi l-appoġġ finanzjarju għall-pazjenti li jkollhom bżonn kura barra minn Malta, billi jkopri wkoll l-ispejjeż tal-persuna li takkumpanjahom. Bħalissa, l-assistenza tal-gvern tkopri lill-paz- jent adult biss, filwaqt li fil-każ ta' minorenni jitħallsu l-ispejjeż taż-żewġ ġenituri li jivvjaġġaw mat-tifel jew tifla. Skont il-proposta l-ġdida, dan l-appoġġ se jiġi estiż biex jin- kludi wkoll akkumpanjatur għal pazjenti adulti. Gvern Laburista ġdid iħal- las l-ispiża kollha tat-terapiji meħtieġa minn tfal taħt it-18-il sena b'diżabilità jew kundizzjoni newrodiverġenti. Dan jinkludi terapiji li jistgħu jkunu essen- zjali għall-iżvilupp tat-tfal u jnaqqas ħafna mill-piż finanz- jarju fuq il-ġenituri. Servizz ta' gym b'xejn se jiġu offruti lil persuni li jbatu b'kundizzjonijiet bħal Parkin- son's. Tfal bejn it-tlieta u l-ħames snin se jingħataw lezzjonijiet tal-għawm b'xejn bħala parti minn inizjattivi li jippromovu saħħa u żvilupp fi stadji bikrija tal-ħajja. Il-PL qed jipproponi wkoll żieda fir-rifużjoni tat-taxxa għal ġenituri li jħallsu għal attivita- jiet extra-kurrikulari għat-tfal tagħhom. Ir-rifużjoni se tiżdied b'€100 u tilħaq €400 fis-sena, u se tkopri attivitajiet sportivi, artistiċi u kulturali. Din l-iskema se tiġi estiża wkoll biex tinkludi tfal li jattendu akkademji tal-futbol u attivitajiet oħra bħal taħriġ ibridu. Għall-pensjonanti, il-PL wiegħed żieda ta' €50 fil-ġimgħa fil-pens- jonijiet, inkluż il-COLA. Il-partit qed jippreżenta din bħala żieda mifruxa fuq il-leġiżlatura li għandha ttejjeb id-dħul tal-pensjonanti u tgħin- hom ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja. Fuq livell ta' negozju, il-Prim Ministru ħabbar li kumpaniji b'fatturat ta' inqas minn €1 miljun fis-sena se jħallsu taxxa ta' 25% minflok 35%. Il-PL qed jipproponi li l-vjaġġi bil-Gozo Channel jkun bla ħlas għar-residenti kollha ta' Malta u Għawdex per- mezz ta' pass apposta. Ħabbar ukoll li s-sus- sidju għall-Għawdxin li jużaw il-fast ferry għal xogħol jew studju se jiżdied minn €650 għal €800. Atleti elit li jirra- ppreżentaw lil Malta barra minn pajjiż- na mhux

