MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 MAY 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545060

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

33 arti u kultura IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti L-avveniment popolari ta' Heritage Malta 'Museums by Candlelight' se jirritorna b'edizzjoni ġdida spettakolari, din id-darba fil-qalba tal-Belt Valletta, u se jbiddel il-kapitali f 'festa ta' storja, arti u kultura. Is-Sibt, 6 ta' Ġunju, mis-19:00 sa nofsillejl, il-pubbliku huwa mistieden jesplora sitta fost l-aktar siti storiċi affaxxinanti tal-Belt, imsebbħin bid-dawl inemnem tax-xemgħa, mużika, divertiment live u re-enactments — għal €6 biss. Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, fil-binja eleganti tal-Berġa ta' Provenza, il-pub- bliku jivvjaġġa fl-ewwel kapitli tal-ġrajja ta' Malta, mill-perjodu Neolitiku sal-era Feniċja. Fost il-kollezzjonijiet tal-mużew jispikkaw artefatti ikoniċi bħall-Mara r-Rieqda u l-Venere ta' Malta, akkumpanjati matul is-sera- ta min-noti ħelwin tal-vjolin minn Mario Ciantar. Il-Palazz tal-Gran Mastru, il-ġojjell arkitettoniku tal-Belt Valletta u s-sede tal-poter għal aktar minn 450 sena, issa jagħti aċċess pubbliku għal aktar minn ħamsa u tmenin fil-mija tal-ispazju tiegħu. Il-kurituri tal-Piano Nobile u s-Swali Statali restawrati, u l-Ar- merija tal-Palazz li reġgħet ħadet il- post oriġinali tagħha, jixhdu l-lussu kbir tal-Ordni ta' San Ġwann, kumplimentati mill-melodiji kalmi ta' Dean Muscat & the Lazarenes. Fil-qrib, MUŻA — Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti tal-Komu- nità, misjub fil-Berġa tal-Italja, jippreżenta kollezzjoni vasta ta' xogħlijiet tal-arti li jirriflettu l-evoluzzjoni artistika ta' Malta fil- kuntest Mediterranju u kulturali usa' tagħha. L-ispazji tal-mużew se jimtlew b'aktar ħajja b'mużika live minn Mark Rapa u Raquela Dalli Gonzi. Il-Knisja ta' Santa Katerina tal-Italja biswitu — iddisinjata minn Ġlormu Cassar għall-Kav- allieri Taljani u l-uniku eżempju li għadu jeżisti ta' knisja ta' żmien il-Kavallieri magħquda mal-berġa oriġinali tagħha — ukoll se tkun qed tilqa' lill-pubbliku, akkump- anjata minn daqq ta' pjanu minn Clint Spiteri. Il-viżitaturi se jkollhom ukoll l-opportunità li jesperjenzaw il-Konkatidral ta' San Ġwann bħal qatt qabel, bil-ġewwieni Barokk tiegħu mdawwal bid-dawl tax-xemgħa. Imżejjen bi ġmiel l-affreski ta' Mattia Preti fuq is- saqaf u l-kapolavur ta' Caravaggio 'Il-Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann Battista', il-katidral huwa waqfa indimentikabbli. Għall-ewwel darba, Museums by Candlelight se jasal ukoll sal-Forti Sant'Iermu u l-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra. Wieqaf setgħani fil-ponta tal-peniżola ta' Sceberras, il-Forti Sant'Iermu kien protagonist f 'mumenti kruċja- li għal Malta u għadu simbolu b'saħħtu tal-istorja militari għanja tagħha. F'dan l-isfond, re-enactors ta' Show of Arms se jittrasportaw lill-ispettaturi fis-seklu 17, filwaqt li l-Big Band Brothers iżommu r-ritmu tal-lejl għaddej. Re-enactors tal-In Guardia se jkomplu jżidu mal-maġija tal-lejla, b'marċ li se jibda minn quddiem il-bini tal-Parlament fi Triq ir-Repubblika fis-7:00pm u jasal fil-Palazz tal-Gran Mastru, fejn imbagħad ir-re-enactors se jibqgħu stazzjonati sa nofsillejl. Biljetti li jagħtu aċċess għas-sitt siti kollha jistgħu jinxtraw online, mill-mużewijiet u s-siti ta' Her- itage Malta, jew fil-bieb tas-siti ta' Heritage Malta miuħa bħala parti mill-avveniment. Il-membri ta' Heritage Malta jidħlu min- għajr ħlas, iżda huwa meħtieġ li jaqtgħu l-biljetti tagħhom minn qabel. Dettalji sħaħ dwar il-biljetti, it-trasport, l-aċċessibbiltà u l-linji gwida għall-viżitaturi jinsabu fuq heritagemalta.mt/ whats-on/museums-by-candle- light-valletta-2026/. Sitt siti storiċi fil-Belt Valletta jiddu f 'lejla maġika waħda Is-Sibt, 6 ta' Ġunju, mis-19:00 sa nofsillejl tirritorna l-edizzjoni 'Museums by Candlelight', din id-darba fil-qalba tal-Belt Valletta Il-Palazz tal-Gran Mastru MUŻA — Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti tal-Komunità Il-Konkatidral ta' San Ġwann Forti Sant'Iermu Forti Sant'Iermu

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 MAY 2026