Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545060
Fil-jum internazzjonali iddedikat għan-naħla, Project Green bil-kollaborazjoni tal- Assoċjazzjoni Naħħala Malta flimkien mal-Fondazzjoni għall-Konservazzjoni tan-Naħla Maltija, nediet proġett pilota li fost l-oħrajn fih ħa tkun qed tutilizza in-naħal sabiex iġġib informazzjoni fuq il-kwalità tal-ambjent fl-ispazji ħodor li qed toħloq. BEECON hija installazzjoni li kienet esibita matul il-Val- letta Green Festival u issa ġiet rilokata fil-Park ta' San Klement f 'Ħaż-Żabbar, wieħed mill-ispazji fejn dan il-proġett ħa jkun qed jiġi implimentat. L-installazzjoni hija waħda mmersiva u multisensorjali, fejn viżitaturi jistgħu jidħlu ġo xehda u jesperjenzaw il-fosdqiet (bee cells), d-duqqajs (larval stages), u l-beżżula (il-queen cell) fost l-oħrajn, permezz tas-smiegħ, ħass, dehra u saħansitra r-riħa. Għal min huwa nteressat, din l-esebizzjoni għandha integrat fiha gwida li jgħin sabiex dak li jkun jiem aħjar x'qiegħed jara. In-naħla Maltija hija fost l-ak- tar dakkara importanti f 'pajjiżna u hija mhedda minħabba t-taħlit tagħha ma' diversi ekotipi ta' naħal li huma impurtati minn barra minn xtutna. Fil-fatt wieħed mill-għanijiet prinċipali ta' dan il-proġett huwa li jqanqal kuxjenza u anke interess fuq l-importanza tan-naħla Maltija għal pajjiżna minħabba li din addattat biex tgħix fil-kundiz- zjonijiet ħoroxx klimatiċi ta' pajjiżna aktar minn kull speċi ta' naħal impurtat u bħala sottospeċi endemika (tinsab ġo pajjiżna biss) hija parti mill-identità tagħ- na bħala Maltin. Matthew Grima Connell, xjentist fi ħdan it-tim tar-riċerka u żvilupp ta' Project Green u li qed imexxi dan il-proġett pilota, rrimarka kif Beecon għandha l-għan li tiġbor data relatata man- naħal permezz tat-teknoloġija. "B'dan il-proġett pilota mhux qed niġbru biss data, imma qed inġibu l-pubbliku konxju u ngħinuh jgħarraf is-sbuħija u l-importanza tan-natura permezz tal-arti, l-interazzjoni soċjali u l-esperjenza. Fil-fatt din l-instal- lazzjoni tax-xehda tan-naħal li ħloqna hija waħda mill-modi ta' kif Beecon qed jimmira li jibda konservazzjoni mal-pubbliku fuq is-sbuħija tan-natura, bit-tama li dan jissarraf f 'aktar apprezzament meta wieħed ikun f 'xi ġnien u fil-kampanja," żied jgħid Matthew Grima Connell. Il-proġett Beecon għandu elementi edukattivi u qed joħloq u jassisti f 'opportunitajiet ta' riċerka bl-għajnuna tal-NGOs flimkien mal-Università' ta' Malta u entitajiet ta' riċerka barra minn Malta. Jorge Spiteri, membru rap- preżentattiv tal-Assoċjazzjoni Naħħala Malta aċċenna fuq il-fatt li l-Assoċjazzjoni temmen bis-sħiħ fil-kollaborazzjoni u fil-ħidma konġunta għall-ġid komuni. Permezz tal-membri naħħala fi ħdanha, hija impenjata biex tipprovdi assistenza teknika, prattika u professjonali fit-twaqqif, l-immaniġġjar u l-manutenzjoni tal-kolonji tan-naħal Malti f 'dan il-proġett pilota. Minn naħa l-oħra, Dylan Farru- gia il-Ko-Fundatur u President tal- Fondazzjoni għall-Konservazzjoni tan-Naħla Maltija rrimarka fuq l-importanza ta' kollaborazzjoni li waslet għal proġett interessanti li jagħti prijorità lin-naħla Maltija. "F'dan il-proġett, in-naħla Maltija ġiet magħżula biex isservi bħala indikatur bioloġiku, deċiż- joni li ma kienitx każwali. Bħala Fondazzjoni ħidma biex in-naħla Maltija tiġi l-Insett Nazzjonali - azzjoni pożittiva favur il-ħarsien tal-bijodiversità fraġli ta' Malta u l-appoġġ lejn futur aktar sos- tenibbli għall-apikultura lokali," rrimarka Dylan Farrugia. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ iżur din ix-xehda mhux tas-soltu u, filwaqt li jgawdiha, jieħu ħsieb iħalliha kif sabha sabiex ikunu jistgħu jgawduha wkoll dawk li għad iridu jżuruha. Fl-istess ħin, inħeġġu lil kulħadd iżomm ruħu aġġornat fuq il-paġni soċjali ta' Project Green, għaliex se nkunu qed inħabbru kompetizzjonijiet relatati ma' dan il-proġett pilota. opinjoni 32 ana- arti u kultura IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Xehda kbira tan-naħal ġo San Klement – qisha ta' veru, imma m'hijiex! Fil-jum internazzjonali iddedikat għan- naħla tnieda proġett pilota li fih in-naħal se jiġi utilizzat biex tinġieb informazzjoni fuq il-kwalità tal- ambjent fl-ispazji ħodor maħluqa BEECON hija installazzjoni li kienet esibita matul il- Valletta Green Festival u issa ġiet rilokata fil-Park ta' San Klement f 'Ħaż-Żabbar

