Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545060
31 editorjal IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt W asalna fl-aħħar ġimgħa tal-kampanja elettorali tal- 2026, u fiha rajna xmara ta' proposti fiskali li kienu interessanti, kif ukoll oħrajn kemxejn sorpredenti. Jidher li kien hemm diskussjoni serja fil-partiti. Jidher ukoll li ġew ingaġġati nies barra mill-partiti biex jaħdmu fuq il-proposti. U kien hemm interess ġenwin biex jinstabu soluzzjonijiet għall-pajjiż f 'dak li għandu x'jaqsam mat-traffiku, mal-popolazzjoni u mas-saħħa. Imma mbagħad kien hemm il-bonan- za ta' għotjiet ta' flus li ġew imxerrda ma' kull demografija immaġinabbli, orġa ta' għotjiet li kienu mmirati biss biex 'jixtru' l-vot ta' dak u tal-ieħor. Fl-isfond ta' kriżi mondjali minħab- ba l-gwerra ma tantx deher li l-politiċi tagħna kienu qed ikunu attenti u kawti. Mal-partiti ż-żgħar, l-ADPD u l-Mo- mentum, kellna numru ta' proposti li kienu msejsa fuq il-premessa li dawn jiġu eletti fil-parlament, ħaġa li ma tidhirx li se tiġri minħabba r-realtajiet elettorali. Kien għalhekk eżerċizzju inut- li li juri kif il-Partiti ż-żgħar għadhom ma fehmux li f 'dan il-mument kien jaqbel li jingħaqdu u jiffukaw fuq tema jew tnejn. Min-naħa l-oħra, kurjużi kif se jmur Alex Borg, il-Kap tal-Partit Nazzjon- alista f 'din l-elezzjoni. Meta tpoġġi lil Alex Borg ħdejn Simon Busuttil, Adrian Delia u Bernard Grech, tarah jibbrilla u jattirak bi kliemu u b'għemilu. For- si m'għandux il-piż u l-esperjenza li għandu Robert Abela l-mexxej Laburista iżda joffri tama lil ħafna Nazzjonalisti u votanti oħra. Il-mass meetings u r-rallies tal-PN ifakkruk f 'episodji fil-passat meta l-PN kien b'saħħtu u popolari. U minkejja dak li qed jingħad fis-sondaġġi jidher li d-distakk se jonqos bejn il-PL u l-PN. Imma kontrih hemm żewġ fatturi: tim b'saħħtu b'rekord twil, u fuq in-naħa l-oħra ekonomija vibranti u krexxenti. Dawn iż-żewġ fatturi jużahom Robert Abela biex jargumenta li l-Partit La- burista huwa l-iktar partit idoneu biex imexxi lil Malta. Alex Borg min-naħa l-oħra jargu- menta li dan il-pajjiż għandu bżonn nifs ġdid. U ma' dan l-argument iżid li partit li ilu fil-gvern fuq 13-il sena għandu problema ta' arroganza. Nhar is-Sibt immorru nivvutaw. Inħeġġu lin-nies jivvutaw. Nifhmu li l-ebda partit ma jinkwadra fil-mod kif naħsbu. Imma li tivvota huwa dmir u saħansitra privileġġ. Wasalna

