Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545060
06 IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2026 • illum Interessanti jew strambi? Ħarsa lejn mill-manifesti elettorali tal-partiti Osservatur politiku Ġennew lil kulħadd ifajru l-proposti. Speċjalment il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista komplew jirrendu l-politika qisha xi rkant. Iroxxu l-proposti, anzi l-għotjiet 'l hemm u 'l hawn qishom għandhom salt nies mejtin bil-ġuħ qed jistennew il-manna taqa' mis-sema quddiemhom. Kemm bis-serjetà, imma anke b'doża ċajtiera se nħarsu lejn il-manifesti tal-PL, PN, tal-Ħodor ADPD, u anke tal-Momentum. Għax l-ideat tajbin, il-proposti serji, u anke dawk naqra zoppi, strambi jew ġennati totali jiġu minn kullimkien. Se nibdew bit- trasport, għax is-suġġett jibqa' fuq fomm kulħadd u nidħlu f 'naqra dettall fuq is-suġġett. Imbagħad se naqbdu tal-ekonomija u l-famuż 'settur ekonomiku ġdid' li kulħadd isemmi. Fl-aħħar se nsemmu proposti strambi jew assurdi. Issa l-problema hija li jekk wieħed iqisx proposta tajba, interessanti jew ġennata totali jiddependi mill-perspettiva ta' dak li jkun. Mitt bniedem mitt fehma. Ħuduha kif tridu, bis-serjetà jew biċ-ċajt, ħadd m'għandu għalfejn jieħu għalih. Din hija l-fehma tagħna. It-Trasport Partit Nazzjonalista: kastelli fl-arja Il-proposta tal-PN ta' metrò ta' 11.5km bi tmien stazzjonijiet lesta u kompluta f 'ħames snin hija fantasija totali. Jistgħu mhux iġibu perit jgħid li possibbli għax ħarsa kemm lejn studji internazzjonali, kemm lejn il-letteratura fuq il-mo- bilità, u anke proġetti fi bliet oħra madwar id-dinja juru li għandek mill-inqas ħames snin ta' pjanar dettaljat qabel biss jibda t-tħaffir. Forsi, forsi, fi ħmistax-il sena iva, imma linja waħda taqdi rotta waħ- da. Barra l-ispiża enormi għall-ko- struzzjoni, u l-problemi kbar li jistgħu jinqalgħu waqt it-tħaffir tal-mini, għandek l-ispejjeż kbar ta' manutenzjoni. Il-PN jgħidilna li kollox b'xejn se jkun. Biljetti? Le, żero. Għaliex qed jagħmlu din il-wegħda? Għax fuq il-karta sabiħa. Għax jistgħu jgħidu li f 'wiċċ l-art mhuwa se jinbidel xejn, tibqa' tmur u tipparkja fejn trid bil-karozza. Fil-verità jekk tibni metrò jew timbotta n-nies biex jużawha, inkella tkun armejt biljuni kbar ta' flus għalxejn. Konġestjoni tat-traffiku tibqa' u nibqgħu koppi. Il-perit li ta l-ap- poġġ tiegħu għall-fantasija tal-PN hu l-istess wieħed li ġie bl-idea ta' metrò b'għoxrin stazzjon, tlieta minnhom f 'Għawdex. In-numru enormi ta' passiġġieri li għandek bżonn, l-ammonti enormi ta' skart mit-tħaffir, l-ispiża astronomika – fuq dawn l-affarijiet xejn. Imma dan bis-serjetà? Partit Laburista: now you see it, now you don't Ilhom ibiddlu. Mill-metrò fantasija ta' Ian Borg, u issa l-idea forsi aktar fattibbli ta' dik li qed isejħu sistema ibrida. Xi drabi taħt l-art, xi drabi ttir fl-ajru, xi drabi fil-livell tat-triq. Imma, ma jmurx imissu xi parking, jgħid- ulna li l-parking se jibqa' l-istess tul ir-rotot kollha. Fantasija oħra, għax jekk jekk tmurx bil-karozza jew bit-trasport tal-massa ma tagħmilx xi differenza allura proġett ieħor fallut u ħela ta' flus. Iridu jiddeċiedu. Fejn hemm rotot servuti bit-trasport tal-massa, dan għandu jkollu d-dritta u l-prijorità assoluta. Aqraw biċċa ktieb jaħas- ra. Fejn m'hemmx, offru alternat- tivi oħra, anke parkeġġ minn fejn wieħed jista' mbagħad jagħmel konnessjoni mas-sistema tal-mas- sa. Imma li tgħid li fit-toroq mhuwa se jinbidel xejn u mkien, isimgħuha ġejja, tiħdux għalikom, qed titmejlu bin-nies. Bħall-PN, nimmaġina li kollox b'xejn ukoll, li ma jmurx imut xi ħadd bil-ġuħ. Momentum: Xi ħadd ħabat rasu jaqaw? Tal-Momentum tħallik bla kliem. Sabu lil xi ħadd mingħalih li jiem f 'kollox u bellgħalhom ġennata li tmur kontra kull parir minn esperti fit-trasport u l-mobilità. Fil-fatt hemm min qed jiaħar li dar il-partiti kollha u l-Momentum biss aċċettaw il-proposta tiegħu, jew aħjar belgħu l-lixka. Imbasta kollhom professuri u x'naf jien. Il-proposta prinċipali hija mijiet ta' miljuni f 'taxis issussidja- ti, li jaħdmu bl-AI, u li fi it snin lanqas sewwieq ma jkollhom. Fantasija bħal din għad irridu naraw. Għandek bżonn tal-anqas 250 taxi, għal kull 1000 persuna, dejjem jekk dawn iġorru erba' passiġġieri. L-istess ammont ta' passiġġieri joqogħdu f 'madwar 15-il karozza tal-linja. Immaġinaw il-ġenn kbir fit-toroq. Immaġinaw id-diżastru fit-trasport pubbliku b'eluf ta' persuni jippruvaw jużaw it-taxis f 'daqqa minflok. Min isuq jibqa' jsuq. L-oħrajn jippruvaw it-taxis kważi b'xejn. Immaġinaw madwar 200,000 passiġġier li jużaw tal-linja kuljum jitħajru jużaw it-taxi ta' Cassola minn wara l-bieb tad-dar. 50,000 taxi jippruvaw ilaħħqu magħhom. U din li biex jimpressjonaw iżeffnu l-AI fin-nofs ħelwa wisq! Qisu l-AI xi bakketta maġika. Fi it kliem iridu sussidju massiċċ għall-operaturi privati għal siste- ma anqas effiċjenti minn sistema ta' trasport pubbliku. Fl-istess ħin wara li jkunu webblu lil kulħadd b'taxi biċ-ċiċri jridu jżidu 300 karozza tal-linja oħra. Iddeċiedu! Skuża oħra biex kollox jibqa' l-stess, jew saħansitra mmorru għall-agħar. Saħansitra qed idaw- ru video fejn jisparixxu l-karozzi kollha minbarra waħda. Il-mes- saġġ ċar: int ibqa' kif int, ħad- dieħor ibiddel għemilu. Il-politika tal-egoiżmu. Xi ħadd għandu bżonn jerġa' jmur l-Università u jistudja it. ADPD: bis-sens, imma mur ikkonvinċi lin-nies! L-aktar proposta bis-sens, anke għax mibnija fuq il-piramida tal-mobilità u anke fuq studji li diġà saru kemm f 'Malta u anke barra. Il-manifest jgħid li hemm bżonn bidla fil-mentalità, u jsem- mi bidliet li jistgħu jsiru pjuttost malajr, bħal toroq aktar sikuri biex aktar nies, x'aktarx żgħażagħ, jitħajru jużaw mezzi nodfa tat- trasport bħar roti elettriċi. Kumbi- nazzjoni l-Labour isemmu li jridu jżidu l-għotja għax-xiri tar-roti elettriċi. Il-Ħodor u l-Ħomor jistgħu jagħmlu 'partnership' fuq din! Il-flus tal-Ħomor u l-proġett tal-Ħodor. Is-sistema tat-trasport tal-massa li jsemmu ADPD hija l-Bus Rapid Transit. Jammettu li din ikollha bżonn prijorità assoluta fit-toroq. Qed jgħidu l-verità. Il-problema biex tikkonvinċi n-nies li jew ikun hemm bidla jew inkella nibqgħu koppi. Is-sistema diġà ġiet suġġerita mill-konsulenti Halcrow fl-2007. Ħarsa lejn l-esperjenza internazzjonali turi li l-BRT hija effettiva fi bliet b'popolazzjoni medja, u jekk issir nemmnu li tkun effettiva. Il-klassifika tagħna minn fattib- bli sa ġennata totali hija: 1. ADPD; 2. PL; 3. PN u 4. Momentum. L-Ekonomija Il-petrol station fil-baħar tal- PN Imma min daħħallu f 'moħħu juża dik il-frażi lil Alex Borg? Filwaqt li l-partit ipprova jpinġi l-proposta bħala settur ekonomiku ġdid, in-negozju fil-fuels fossili mhu xejn ħlief … fossila. 95% tal-vapuri l-kbar jużaw il-famuż Heavy Fuel Oil. Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar se jkun hemm taxxi fuq it-tniġġis. Imbagħad no- qogħdu neqirdu mal-Unjoni Ew- ropea qisu t-tort tagħhom li f 'dinja fejn il-fuels fossili huma ntaxxati fl-għerf tagħna iddeċidejna li nibnu 'settur ekonomiku ġdid' fuqhom. Il-fuels nodfa li jsemmi l-PN għadhom 'il bogħod. Li nsew ukoll l-ispiża biex tiżdied is-sig- urtà u d-difiża tal-impjant tal-fuel. Xi drone jonqosna! Bumm! Settur ieħor li jissemma huwa l-greentech. Il-PN jara s-settur greentech bħala settur li jista' jesporta prodotti innovattivi. Il-logħob tal-azzard tal-La- bour Is-settur ekonomiku ġdid tal-Labour huma l-prediction markets. Frażi li tfisser logħob tal-azzard naqra aktar sofistikat bl-użu tat-teknoloġija. Predic- tion markets huma swieq fejn in-nies jinnegozjaw fuq x'jaħsbu li se jiġri fil-futur. Essenzjalment, tixtri jew tbigħ shares relatati ma' avveniment futuri, billi tipprova taqta' min se jirbaħ elezzjoni, riżultat sportiv, liema ishma se jogħlew, u kull tip ta' avveni- ment. Bażikament aktar gaming, aktar logħob tal-azzard bil-pu- lit. Imma possibbli dan huwa s-settur li rridu nkomplu norbtu kusna miegħu bħala pajjiż? Diġà kumpaniji tal-gaming qed inaqqsu n-nies għax ħafna proċessi qed isiru awtomatizzati. Dan biex ma nsemmux li kif jiġu malajr jistgħu jisparixxu malajr dawn it-tip ta' kumpaniji. Li jridu huma taxxi baxxi ħafna u daqshekk. Il-man- ifest tal-PL isemmi l-greentech, imma biss fil-kuntest ta' boroż ta' studju. ADPD: Greentech u koperat- tivi Il-manifest isemmi s-settur Greentech, jiġifieri industriji bbażati fuq l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi. Jiġifieri prodotti, sistemi, jew kumpaniji li jgħinu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet u t-tniġġis, jinħolqu sorsi nodfa ta' enerġija, jew jitnaqqas l-iskart. Hemm ukoll servizzi fl-agrikoltu- ra sostenibbli, trasport sostenibbli, u teknoloġiji oħra ħodor. L-infra- struttura hija biżżejjed biex tattira dawn it-tip ta' kumpaniji? Biex inkunu għedna kollox, il-man- ifest isemmi setturi oħra inkluż il-koperattivi u anki l-indus- trija kreattiva. Żgur li s-settur Greentech huwa settur ekonomiku ġdid. Il-periklu hu li jkun hemm min jilbes il-mantell aħdar biex taparsi 'ġdid'. Momentum: innovazzjoni u riċerka Il-manifest ta' Momentum ma jsemmix settur speċifiku bħala 'settur ekonomiku ġdid'. Hemm enfasi fuq l-innovazzjoi u r-riċer- Bejn metros "fantasija", taxis issussidjati bl-AI u wegħdi ta' kollox b'xejn, il- manifesti elettorali tal-partiti qed jitfgħu fuq il-mejda taħlita ta' proposti serji, oħrajn kontroversjali u xi wħud li jħallu lil ħafna jistaqsu jekk humiex realistici jew sempliċement teatru elettorali Id-diskussjoni dwar it-trasport spiċċat teatru ta' wegħdi li fuq il-karta jidhru sbieħ imma ħafna drabi mhux realistiċi

