Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545156
13 arti u kultura IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Il-film Malti "Cleo Cleo" dirett minn Keith Tedesco jitnieda fuq Amazon Prime Video Symphony of Stars – Spettaklu piromużikali fl-Imqabba Il-film Malti "Cleo Cleo", dirett minn Keith Tedesco, issa qed jixxandar uffiċjalment fuq Amazon Prime Video fir-Renju Unit, l-Irlanda, l-Istati Uniti u l-Awstralja. Din it-tnedija internazzjonali fuq pjattaforma ta' streaming hija pass importanti għall-industrija tal-films Maltija, billi film prodott lokalment issa jista' jintlaħaq minn miljuni ta' telespettaturi madwar id-dinja permezz ta' waħda mill-ikbar pjattaformi ta' streaming fid-dinja. "Cleo Cleo" huwa kummiedja romantika skura li jsegwi żewġ koppji li jerġgħu jiltaqgħu waqt dak li jibda bħala pranzu ta' ħbiberija, qabel ma jinbidel f 'lejl ta' tensjoni, kaos u rivelazzjonijiet skomdi. Prodott minn Lupus Stamp u Roughcut Films, il-film jinkludi tim kreattiv Malti b'saħħtu, kemm quddiem, kif ukoll wara l-kamera, u jenfasizza l-kwalità u l-ambizzjoni dejjem tikber tal-produzzjoni tal- films indipendenti f 'Malta. Il-produzzjoni kienet appoġġjata mill-Arts Council Malta. Fil-film jidhru Mikael Basmadjian, Antonella Axisa, Chris Dingli, Simone Spiteri, Katrina Lupi, Ryan Micallef De Battista, Kevin Naudi, u Ruth Borg. Meta tkellem dwar it- tnedija internazzjonali, id- Direttur Keith Tedesco qal: "Li "Cleo Cleo" jinħareġ internazzjonalment fuq Amazon Prime Video huwa kisba kbira għal kulħadd involut fil-produzzjoni. Hija eċitanti li tara stejjer Maltin jaslu għand udjenzi fuq diversi kontinenti." Din it-tnedija tkompli ssaħħaħ ir-reputazzjoni ta' Malta bħala ċentru għall-produzzjoni ta' films oriġinali u ċinema indipendenti b'appell internazzjonali. "Cleo Cleo" bħalissa huwa disponibbli fuq Amazon Prime Video fir-Renju Unit, l-Irlanda, l-Istati Uniti u l-Awstralja. Prodott minn Lupus Stamp u Roughcut Films, il-film jinkludi tim kreattiv Malti b'saħħtu Fl-okkażjoni tal-Festi speċjali ad unur il-Madonna tal-Ġilju 2026, l-Għaqda tan-Nar fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal- Imqabba se tippreżenta "Symphony of Stars", spettaklu ta' nar sinkronizzat ma' diversi siltiet mużikali, nhar is-Sibt 20 ta' Ġunju 2026, lejliet il-Festa fid-9:30pm, fil-Bypass tal- Imqabba. L-ispettaklu se jikkonsisti minn logħob tan-nar tradizzjonali fosthom murtali tal- beraq, murtali tal-kulur, blalen, sfejjer u diversi affarijiet oħra flimkien ma' wirjiet piromużikali sinkronizzati tul is-serata kollha li jinkludu elementi oriġinali u innovattivi. Wara, issegwi esebizzjoni ta' nar tal-art oriġinali u mekkanizzat. L-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju kienet ir-rebbieħa ġenerali tat-tieni edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal- Logħob tan-Nar tal-Art fuq il-Fosos tal-Furjana kif ukoll naqqxet isimha fil-Guinness Book of World Records bil- ħruq tal-akbar raddiena fid-dinja.

