MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 June 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545287

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

Lanqas kien għadu daħal lura l-Istamperija wara r-rebħa ta' Robert Abela, li Alex Borg, il-Kap tal-Partit Nazzjonalis- ta, ma bediex iħabbel xagħru dwar l-isfidi li jmiss. F'April kien qed jitlob li l-mexxej Laburista Robert Abe- la jerġa' jibdielu u ma jagħmilx l-elezzjoni f 'Mejju. Kien jaf li ċ-ċansijiet li jirbaħ kienu mini- mi u kellu bżonn aktar ħin biex jipprepara u jsaħħaħ il-Partit Nazzjonalista. F'moħħu kellu li jaħtar viċi kap ġdid u kien hemm ukoll diskors dwar segretarju ġenerali ġdid. Issa jidher li Alex Borg – li jidher ċar li se jsib il-fi- duċja assoluta tal-kunsilliera u l-membri – qed jitfa' għajne- jh fuq persuna ġdida li jista' jħabbatha ma' Ian Borg u Alex Agius Saliba. Il-persuna li jibqa' jissem- ma fil-kurituri tal-istamperija ġewwa Tal-Pietà huwa Darren Carabott, il-membru parlam- entari li tela' mill-ewwel distrett sparat. Carabott għandu fama bħala wieħed rasu fuq għonqu, kariżmatiku u jaf jitkellem. Avukat żagħżugħ u bbrilla kull darba li deher f 'xi dibattitu. Jidher serju u integru. Kien tela' l-ewwel darba fl-elezzjoni tal-2022 u f 'din l-elezzjoni tela' b'4,923 voti fl-ewwel għadd. Il-fatt li Alex Perici Calas- cione, il-Viċi Kap preżenti issa ġie elett fil-parlament jagħmil- ha iktar faċli li xi ħadd bħal Carabott jiġi aċċettat. Għall-kariga ta' segretarju ġenerali, hemm pressjoni wkoll biex il-pożizzjoni timtela b'xi ħadd li għandu it esperjenza imma huwa relattivament wiċċ ġdid u mhux marbut ma' xi episodju partikolari fil-passat tal-Partit Nazzjonalista. Filwaqt li Charles Bonello, li huwa pesuna li kien jaħdem fis-segretarjat ta' Lawrence Gonzi u li huwa meqjus bħala persuna dedikata, hemm ix- xewqa u l-ħsieb li jkun hemm demm ġdid f 'din il-kariga. Fuq kollox, ix-xi ħadd li jista' jwassal lill-PN għall-elezzjoni- jiet tal-Parlament Ewropew, kif ukoll għall-ikbar sfida possib- bli, dik tal-elezzjoni ta' ħames snin oħra mhu ħadd ħlief Alex Borg innifsu. Il-kap li dak iż-żmien ikollu 35 sena, ikun tgħallem u jkun saħħaħ aktar lill-PN. www.illum.com.mt NRU 1015 €1.50 IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2026 IKOMPLI F'PAĠNA 3 PAĠNI 4 - 5 Il-Kabinett il-Ġdid ta' Robert Abela: Uċuħ ġodda u responsabbiltajiet ġodda Tant kien hemm ċertezza li l-PN kien se jirbaħ li f 'dawn l-aħħar ġranet ħafna chats ta' attivisti u votanti Nazzjonalisti bdew ixerrdu li l-Partit Laburista kien rebaħ l-elezzjoni għax eluf ta' barranin, l-iktar Indjani li jaħdmu Malta, kienu ngħataw ċittadinanza Maltija u kienu vvutaw għall-PL. Imma minn stħarriġ sempliċi u diskursata ma' diriġenti taż-żewġ par- titi jidher ċar li din l-istorja hija frott l-immaġinazzjoni ta' xi wħud li riedu bilfors isibu skuża għar-raba' telfa Nazzjonalista. Iż-żewġ partiti ewlenin għandhom lista dettaljata bid-data tal-votanti kollha, u t-tnejn jafu li din il-xniegħa hija waħda falza. Miti u ħolm fost xi votanti Nazzjonalisti ALEX BORG JAFFAĊĊJA L-EWWEL SFIDI Alex Perici Calascione, Charles Bonello u Darren Carabott (fil-kaxxi mix-xellug) bħalissa fuq moħħ Alex Borg

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 June 2026