Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545287
Wara li ġew konfermati r-riżultati tal-elezzjoni ġenerali, il-proċess elettorali għadu ma ntemmx. Issa jmiss il-fażi tal-elezzjonijiet każwali u l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu korrettiv tal-ġeneru X' inhuma l-elezzjonijiet każwali u l-mekkaniżmu korrettiv tal-ġeneru? 02 IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2026 • illum JAELLE BORG Għalkemm ir-riżultat tal-elezzjo- ni ġenerali issa huwa magħruf, il-kompożizzjoni finali tal-Par- lament għadha mhijiex komple- tament stabbilita. Fil-ġimgħat li ġejjin se jibdew l-elezzjonijiet każwali, proċess li jista' jwassal biex diversi kandidati li ma ġewx eletti fl-ewwel fażi tal-għadd tal-voti jidħlu fil-Parlament. L-elezzjonijiet każwali jsiru meta kandidat jiġi elett minn aktar minn distrett wieħed. Peress li l-kandi- dati jistgħu jikkontestaw fuq żewġ distretti elettorali, dawk li jiġu eletti fuq it-tnejn iridu jagħżlu siġġu wieħed biss u jċedu l-ieħor. Meta siġġu jiġi vakanti, il-Kum- missjoni Elettorali torganizza elezzjoni każwali fuq dak id-dis- trett sabiex timtela l-vakanza. F'dan il-proċess, il-kandidati mhux eletti ta' dak il-partit fuq id-distrett ikkonċernat jibdew mill-ġdid, mingħajr ma jinżammu l-voti tal-ewwel għadd. Il-Partit Laburista jiddeċiedi b'vot sigriet Il-Partit Laburista ddeċie- da liema siġġijiet se jiġu ċeduti mid-deputati tiegħu eletti fuq żewġ distretti permezz ta' vot sigriet waqt l-ewwel laqgħa tal-Eżekuttiv Nazz- jonali tal-partit wara l-elezzjoni. B'riżultat ta' dan, se jsiru elez- zjonijiet każwali fuq tmien distretti differenti. Il-Prim Ministru Robert Abela, li ġie elett fuq it-2 u l-5 distrett, se jċedi s-siġġu tiegħu fuq it-2 distrett. Chris Fearne se jċedi s-siġġu tiegħu fuq it-3 distrett, filwaqt li Ian Borg se jċedi dak tas-7 distrett. Clyde Caruana se jċedi s-siġġu miksub fuq it-8 distrett. Clion Grima u Michael Falzon, li t-tnejn ġew eletti fuq id-9 u l-10 distretti, se jċedu s-siġġijiet tagħhom fuq id-9 distrett. Miriam Dalli se ċċedi s-siġġu tagħha fuq il-11-il distrett, filwaqt li Jonathan Attard se jċedi dak tat-12- il distrett. Dawn il-vakanzi se jiħu l-bieb għal kandidati oħra Laburisti li sfaw viċin l-elezzjoni biex issa jingħataw opportunità jidħlu fil-Parlament. X'se jiġri fil-Partit Nazzjonalista Il-Partit Nazzjonalista kkonfer- ma uffiċjalment li se jsiru seba' elezzjonijiet każwali mifruxa fuq ħames distretti wara li diversi kandidati ġew eletti minn żewġ distretti differenti. Skont l-istatut tal-partit, kandidat elett fuq żewġ distretti għandu jċedi wieħed mis-siġġijiet tiegħu. Il-PN ħabbar li elezzjoni- jiet każwali se jsiru fuq it-12-il distrett, it-3 distrett, il-5 distrett, żewġ elezzjonijiet fuq l-10 distrett u żewġ elezzjonijiet oħra fuq is-7 distrett. Il-kandidati eletti fuq żewġ distretti li se jċedu siġġu huma Alex Borg, Stephen Spiteri, Mark Anthony Sammut, Conrad Borg Manche, Adrian Delia, Rebekah Borg u Joe Giglio. Dan ifisser li fuq it-12-il distrett se ssir elezzjoni każwali wara li Alex Borg iżomm is-siġġu tiegħu ta' Għawdex. Fuq it-3 distrett se tinfetaħ elezzjoni każwali wara li Stephen Spiteri jċedi wieħed mis-siġġijiet tiegħu, filwaqt li fuq il-5 distrett se ssir elezzjoni każwali wara li Conrad Borg Manche jċedi s-siġġu tiegħu hemmhekk. Żewġ elezzjonijiet każwali se jsiru wkoll fuq is-7 distrett wara li Adrian Delia u Rebekah Borg jċedu s-siġġijiet tagħhom hem- mhekk, filwaqt li fuq l-10 distrett se jsiru żewġ elezzjonijiet każwali oħra wara li Joe Giglio u Mark Anthony Sammut iċedu s-siġġiji- et tagħhom. L-elezzjonijiet każwali se joffru opportunità oħra lill-kandidati Nazzjonalisti li ma ġewx eletti fl-ewwel stadju tal-għadd biex jikkompetu għas-siġġijiet vakanti. Kif jaħdmu l-elezzjonijiet każwali? Kuntrarjament għal dak li jaħsbu ħafna, il-kandidati ma jżommux il-voti li jkunu kisbu waqt l-elezzjoni ġenerali. Meta ssir elezzjoni każwali, il-kandidati eleġibbli jibdew mill-ġdid u jiġu kkunsidrati biss it-trasferimenti tal-voti relatati ma' dak is-siġġu vakanti. Dan ifisser li kandidat li kien kiseb aktar voti fl-elezzjoni ġen- erali mhux neċessarjament ikun favorit biex jirbaħ l-elezzjoni każwali. Il-mekkaniżmu korrettiv tal- ġeneru Wara li jitlestew l-elezzjonijiet każwali, jista' jidħol fis-seħħ ukoll il-mekkaniżmu korrettiv tal-ġen- eru, li ġie introdott għall-ewwel darba fl-elezzjoni tal-2022. Dan il-mekkaniżmu nħoloq biex jindirizza n-nuqqas ta' rappreżentanza tan-nisa fil-Parla- ment Malti. Ir-regoli jipprovdu li jekk wieħed mis-sessi jkun jirra- ppreżenta inqas minn 40% tal-membri parlamentari eletti, jistgħu jiżdiedu sa 12-il siġġu par- lamentari ġdid, b'massimu ta' sitt siġġijiet għal kull naħa tal-Kamra. Madankollu, il-mekkaniżmu japplika biss meta fil-Parlament jiġu eletti żewġ partiti politiċi biss u għandu jibqa' fis-seħħ għal perjodu ta' 20 sena. Il-proċess iseħħ f 'żewġ stadji. Fl-ewwel stadju jiġu identifikati kandidati tal-ġeneru sottorap- preżentat li kienu viċin li jiġu eletti fl-aħħar għadd tal-voti. Fit-tieni stadju titfassal klassifi- ka tal-kandidati mhux eletti skont il-persentaġġ tal-kwota li jkunu kisbu fl-aħħar għadd tagħhom. Minn hemm jintgħażlu dawk li jidħlu fil-Parlament permezz tal-mekkaniżmu. Il-kompożizzjoni finali għadha trid tkun magħrufa Għalhekk, minkejja li l-elez- zjoni ġenerali ntemmet u l-maġġoranza parlamentari hija magħrufa, il-formazzjoni finali tal-Kamra tar-Rappreżentanti għadha mhijiex stabbilita kom- pletament. L-elezzjonijiet każwali misten- nija jdaħħlu uċuħ ġodda fil-Par- lament, filwaqt li l-mekkaniżmu korrettiv tal-ġeneru jista' jżid aktar membri biex jiġi żgurat bilanċ akbar bejn l-irġiel u n-nisa fil-politika Maltija. Il-ġimgħat li ġejjin għalhekk se jkunu kruċjali biex tkun magħr- ufa l-kompożizzjoni definittiva tal-Parlament li se jmexxi lill- pajjiż matul il-leġiżlatura li jmiss. Kellhom iċedu siġġu għall- elezzjonijiet każwali (għall-PL) Robert Abela, Chris Fearne, Clyde Caruana, Ian Borg, Clifton Grima, Michael Falzon, Miriam Dalli, Jonathan Abela u (għall-PN) Alex Borg, Stephen Spiteri, Conrad Borg Manche, Adrian Delia, Rebekah Borg, Joe Giglio u Mark Anthony Sammut

