MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 June 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545287

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 illum • IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2026 L-aġenzija internazzjonali tal-kreditu Standard & Poor's ikkonfermat il-valutazzjoni pożittiva tagħha ta' Malta, fil- waqt li żammet ukoll il-pros- petti ekonomiċi tal-pajjiż bħala stabbli. Id-deċiżjoni tasal fi żmien meta diversi ekonomiji Ewropej qed jiffaċċjaw pressjonijiet dejjem akbar, tant li pajjiżi bħal Franza, il-Belġju u s-Slovakkja raw ir-ratings tagħhom jitn- aqqsu minn aġenziji internazz- jonali tal-kreditu. Ir-rapport ta' Standard & Poor's jindika li Malta qed tkompli turi reżiljenza ekono- mika minkejja l-inċertezzi internazzjonali, fosthom it-tens- jonijiet ġeopolitiċi u t-tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku globali. L-evalwazzjoni pożittiva tasal ukoll wara sensiela ta' rapporti li matul l-aħħar ġimgħat enfa- sizzaw il-prestazzjoni ekonomi- ka tal-pajjiż. Il-Kummissjoni Ewropea reċentement ikkonfermat li Malta rnexxielha tilħaq il-miri fiskali tagħha qabel iż-żmien previst, filwaqt li t-tbassir jindi- ka li d-defiċit tal-pajjiż mistenni jkompli jonqos fis-snin li ġejjin. Standard & Poor's osservat li, minkejja l-isfidi li qed jaffet- twaw l-ekonomija internazz- jonali, il-prospetti ekonomiċi ta' Malta baqgħu sostnuti minn pedamenti ekonomiċi meqjusa b'saħħithom. L-aġenzija rrimarkat ukoll fuq il-kundizzjonijiet ekonomiċi li qed jiffaċċjaw pajjiżi oħra Ewropej, filwaqt li semmiet fost l-oħrajn livelli għoljin ta' qgħad f 'ċerti Stati Membri u l-effetti tal-inċertezza politika u ġeopolitika fuq is-swieq inter- nazzjonali. Minkejja dan ix-xenarju, Mal- ta ma rat l-ebda reviżjoni negat- tiva fil-valutazzjoni tagħha, fatt li ġie interpretat bħala sinjal ta' fiduċja fil-kapaċità tal-pajjiż li jżomm stabbiltà ekonomika u fiskali. L-analisti osservaw li t-titjib gradwali fil-finanzi pubbliċi poġġa lil Malta f 'pożizzjoni aktar b'saħħitha biex taffaċċja sfidi esterni u tibqa' tirrispon- di għal żviluppi ekonomiċi internazzjonali mhux misten- nija. B'reazzjoni għar-rapport, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-konferma tar-rating hija indikazzjoni oħra tal-fiduċja li qed igawdi l-pajjiż minn istituzzjonijiet internazzjonali indipendenti. F'messaġġ fuq il-midja soċ- jali, Abela sostna li r-riżultat jirrifletti l-aspettattiva li l-am- ministrazzjoni tiegħu se tkom- pli tiffoka fuq il-protezzjoni tal-familji u n-negozji, filwaqt li żżomm l-istabbiltà ekonomika f 'kuntest internazzjonali dejjem aktar inċert. Huwa żied li l-prijorità tibqa' li l-ekonomija tkompli tikber b'mod sostenibbli filwaqt li l-benefiċċji tat-tkabbir jilħqu lill-familji u l-ħaddiema Maltin. S&P iżżomm ir-rating ta' Malta stabbli Kampanja elettorali kalma Robert Abela jgħid li se jibqa' Prim Ministru għall-bqija tal-leġiżlatura JAELLE BORG Il-Prim Ministru Robert Abela ddikjara li għandu l-intenzjo- ni li jibqa' fit-tmexxija tal- Gvern għall-bqija tal-mandat leġiżlattiv, u b'hekk ta sinjal ċar dwar il-futur politiku tiegħu fost spekulazzjonijiet li ilhom għaddejjin għal diversi xhur. Abela kien qed iwieġeb mis- toqsija ta' din il-gazzetta waqt konferenza tal-aħbarijiet, fejn ġie mistoqsi direttament dwar il-pjanijiet tiegħu fit-tmexxija tal-pajjiż u tal-Partit Laburista. Matul l-aħħar xhur, diversi osservaturi politiċi u kummen- taturi qajmu mistoqsijiet dwar kemm Abela se jibqa' Prim Ministru sal-aħħar tal-leġiżlat- ura. Fost l-ismijiet li ssemmew b'mod frekwenti bħala possibbli suċċessuri tiegħu kien hemm il-Ministru Ian Borg, li ħafna jqisuh bħala wieħed mill-ak- tar figuri prominenti fil-Partit Laburista. Kien hemm ukoll spekulazz- jonijiet li bidla fit-tmexxija setgħet isseħħ qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li jmiss. Madankollu, il-Prim Ministru għamilha ċara li bħalissa l-at- tenzjoni tiegħu hija ffukata fuq il-governanza u fuq it-twettiq tal-wegħdiet li saru lill-elettorat. Huwa sostna li l-Gvern għandu responsabbiltà li jwet- taq il-programm elettorali li bih kiseb il-fiduċja tal-poplu fl-elezzjoni ġenerali tal-2022 u li l-prijorità tiegħu tibqa' li jkompli jwassal ir-riżultati lill-familji u lin-negozji Maltin u Għawdxin. Abela spjega li l-ħidma tal- Gvern fis-snin li ġejjin se tkun ibbażata fuq tliet prijoritajiet ewlenin. L-ewwel waħda hija t-tkom- plija tat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-ġid, filwaqt li jiġi żgurat li l-benefiċċji ekonomiċi jilħqu direttament lill-familji u lis-settur tan-negozju. It-tieni prijorità hija dik tal-kwalità tal-ħajja, b'enfasi fuq aktar investiment fl-infrastrut- tura, titjib fl-ambjent u servizzi pubbliċi aktar effiċjenti. It-tielet prijorità hija l-im- plimentazzjoni tal-miżuri u l-proposti li jinsabu fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista, li skont Abela għandu jibqa' l-qa- fas ewlieni tal-ħidma tal-Gvern matul il-bqija tal-leġiżlatura. Il-kummenti tal-Prim Min- istru saru ġurnata wara t-tħab- bira tal-kabinett il-ġdid, li rat il-ħatra ta' diversi ministri u segretarji parlamentari ġodda. Minkejja l-ispekulazzjoni- jiet dwar il-futur tat-tmexxija Laburista, il-messaġġ ta' Abela kien wieħed ċar: il-ħsieb tiegħu huwa li jkompli jmexxi l-Gvern sal-aħħar tal-mandat attwali, filwaqt li jiffoka fuq it-twettiq tal-prijoritajiet li l-amminis- trazzjoni tiegħu stabbiliet għas- snin li ġejjin. IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Minkejja li din kienet r-raba' rebħa infila tal-Partit Laburista b'distakk ta' madwar 22,000 vot, jibqa' l-fatt li l-Partit Nazzjonalista żied fuq l-aħħar elezzjoni u ġie fl-istess livell meta Simon Busuttil kien kap. Għalkemm il-kampanja elettorali kienet waħda kalma, fuq il-midja soċjali xorta kien hemm esaġer- azzjonijiet, tgħajjir sproporzjonat u allegazzjonijiet kontra xulxin. Imma minkejja kollox, iż-żewġ mexxejja tal-partiti ewlenin baqgħu jirriutaw li jaqgħu f 'attakki feroċi. Il-mexxej u l-Prim Ministru Laburista Robert Abela min-naħa tiegħu żamm il-kolp matul il-kam- panja u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg għamel sforz kbir biex ma jsemmix il-korruzzjoni u l-każ ta' Daphne, jew jintefa' b'kantaliena negattiva. Il-Prim Ministru Robert Abela ddikjara li għandu l-intenzjoni jservi l-mandat kollu tiegħu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 June 2026