Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545287
Legiżlatura ġdida, Kabinett Ian Borg – Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Ian Borg kien wieħed mill-aktar ministri prominenti tal-aħħar snin. Qabel serva bħala Ministru għall-Infrastruttura, Transport, Affarijiet Barranin u Turiżmu. Fl-2026 ingħata l-kariga ta' Deputat Prim Ministru u responsabbiltà għas-saħħa. L-isfidi tiegħu jinkludu ż-żamma ta' servizz tas-saħħa pub- blika ta' livell għoli, in-nuqqas ta' professjonis- ti fis-settur, il-ħtiġijiet ta' popolazzjoni li qed tixjieħ u l-ġestjoni tal-investiment f 'faċilitajiet ġodda tas-saħħa. Clyde Caruana – Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana daħal fil-Kabinett fl-2020 bħala Ministru għall-Finanzi wara li kien Chairman ta' Jobsplus u involut fil-qasam tal-politika ekonomika u tax-xogħol. Huwa meqjus bħala wieħed mill-arkitetti tal-poli- tika fiskali tal-gvern fl-aħħar snin. L-isfida ewlenija tiegħu hija li jżomm finanzi pubbliċi sostenibbli filwaqt li jiffinanzja investi- menti kbar fl-infrastruttura bħat-trasport għall-massa, is-saħħa u l-ambjent. Se jkollu wkoll jindirizza l-inflazzjoni, il-kompetittività u l-pressjoni fuq il-finanzi tal-istat. Clifton Grima – Ministru għall- Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clion Grima huwa avukat professjonal- ment u ilu attiv fil-politika nazzjonali għal diversi snin. Qabel serva bħala Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, fejn kien re- sponsabbli minn diversi riformi edukattivi u inizjattivi relatati mal-iżvilupp tal-ħiliet. L-isfidi quddiemu huma t-tnaqqis tad-dew- mien fil-proċeduri ġudizzjarji, it-tisħiħ tal-effiċjenza tal-qrati, iż-żieda fl-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni, u l-promozzjoni ta' kollaborazzjoni aktar mill-qrib bejn l-uni- versità, l-industrija u l-gvern. Jonathan Attard – Ministru għall- Ippjanar, l-Infrastruttura u x-Xogħol Jonathan Attard huwa avukat li serva bħala Ministru għall-Ġustizzja matul il-leġiżlatura preċedenti. Matul il-mandat tiegħu kien involut f 'diversi riformi legali u istituzzjonali. Issa ġie assenjat settur kruċjali li jaffettwa direttament il-kwalità tal-ħajja, l-iżvilupp ekonomiku u s-suq tax-xogħol. L-ikbar sfidi għalih se jkunu r-riforma tal-ippjanar, il-bi- lanċ bejn l-iżvilupp u l-protezzjoni ambjentali u t-titjib tal-ippjanar urban, in-nuqqas ta' ħaddiema f 'ċerti setturi u t-tisħiħ tad-drittijiet u l-kundizzjonijiet tax-xogħol. Jo Etienne Abela – Ministru għat- Turiżmu Jo Etienne Abela huwa kirurgu b'esperjenza twila fis-servizz pubbliku u fis-settur tas- saħħa. Qabel, serva bħala Ministru għall-An- zjanità Attiva u aktar tard bħala Ministru għas-Saħħa, fejn kien involut fit-tmexxija ta' servizzi essenzjali u fil-politika tas-saħħa pubblika. L-sfidi ewlenin se jkunu ż-żamma tal-kompetittività ta' Malta bħala destinazz- joni turistika, il-promozzjoni ta' turiżmu ta' kwalità ogħla, il-ġestjoni tal-pressjoni fuq l-infrastruttura u l-ambjent, u t-tqassim aħjar tal-attività turistika matul is-sena kollha. Silvio Schembri – Ministru għall- Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri ilu jmexxi l-qasam ekono- miku u diġitali għal diversi snin. Kien ukoll responsabbli mill-intrapriża, l-investiment u t-trasformazzjoni diġitali. L-isfidi tiegħu huma li jżomm ir-rata għolja ta' tkabbir ekonomiku, jattira investiment ta' kwalità, isaħħaħ is-settur tat-teknoloġija u jnaqqas id-dipendenza fuq mudelli ekonomiċi bbażati fuq tkabbir estensiv tal-popolazzjoni. Clint Camilleri – Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ilu responsabbli minn Għawdex għal aktar minn leġiżlatura waħda. Qabel serva bħala Segretarju Parlamenta- ri għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali. L-isfidi tiegħu jinkludu l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità f 'Għawdex, il-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer, il-pro- tezzjoni tal-identità Għawdxija u l-ġestjoni tal-iżvilupp sostenibbli. Glenn Bedingfield – Ministru għall- Intern u s-Sigurtà Glenn Bedingfield ilu attiv fil-politika naz- zjonali għal diversi snin u serva bħala deputat parlamentari b'diversi responsabbiltajiet politiċi u governattivi. Fl-2026 ngħata wieħed mill-aktar portafolli sensittivi fil-gvern: dak tal-Intern u s-Sigurtà. L-isfidi tiegħu jinkludu l-modernizzazzjoni tal-korp tal-pulizija, il-ġestjoni tal-immigrazzjoni irregolari, is-sigurtà nazzjonali u ż-żamma tal-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet tal-infurzar tal-liġi. Byron Camilleri – Ministru għall- Edukazzjoni u l-Isport Byron Camilleri kien għal snin twal Minis- tru għall-Intern u s-Sigurtà. Fl-2026 għadda għall-portafoll tal-Edukazzjoni u l-Isport, wieħed mill-akbar bidliet fil-Kabinett il-ġdid. L-isfidi tiegħu huma r-riżultati edukattivi, in-nuqqas ta' għalliema, il-modernizzazzjoni tal-kurrikulu u l-promozzjoni tal-isport bħala parti mill-kwalità tal-ħajja. Miriam Dalli – Ministru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli kienet Membru tal-Parla- ment Ewropew qabel daħlet fil-Kabinett. Mexxiet il-portafoll tal-enerġija u l-ambjent matul il-leġiżlatura preċedenti. L-isfidi tagħha huma t-tranżizzjoni lejn enerġija aktar nadifa, il-protezzjoni ambjentali, il-ġestjoni tal-iskart, il-kwalità tal-arja u ż-żamma tal-istabbiltà fil-prezzijiet tal-enerġija. Chris Bonett – Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbli Chris Bonett huwa avukat u politiku li qabel, serva bħala Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi. Huwa kien involut fit-tmexxija ta' proġetti infra- strutturali ewlenin u riformi relatati mat- trasport. L-isfidi ewlenin għalih jibqgħu t-tn- aqqis tal-konġestjoni tat-traffiku, sistema ta' trasport tal-massa, iż-żieda fl-użu tat-trasport pubbliku, l-iżvilupp ta' mezzi alternattivi ta' mobilità bħaċ-ċikliżmu u l-mixi, u l-kon- tribut għat-tnaqqis tal-emissjonijiet filwaqt li tinżamm l-effiċjenza ekonomika tal-pajjiż. Chris Fearne – Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Chris Fearne huwa wieħed mill-aktar politiċi b'esperjenza fil-Partit Laburista. Kirur- Il-Prim Ministru Robert Abela din il-ġimgħa fforma l-Kabinett il-ġdid wara r-rebħa tal-Partit Laburista fl- elezzjoni ġenerali tat-30 ta' Mejju. L-għażla tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari saret bil-għan li jitkompla l-implimentazzjoni tal-programm elettorali tal-Gvern filwaqt li tingħata aktar importanza lill-kwalità tal-ħajja, it- tkabbir ekonomiku u setturi ġodda meqjusa bħala prijorità. analiżi IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2026 • illum 04

