MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 June 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545287

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Il-Vara tal-Madonna tal-Ġilju tal- Imqabba tagħlaq 150 Sena MARVIN SCIBERRAS Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi, Soċ. Muż. Madonna tal- Ġilju, l-Imqabba Sa it snin ilu, l-uniku ħjiel li kien hemm dwar id-data u l-oriġini tal-Vara tal-Madonna tal-Ġilju, kien minn nota li dehret fil-gazzetta Il Corriere Mercantile Maltese, tat-8 ta' Mejju 1876. Fiha, il-kontributur iħabbar il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju li kellha ssir fl-Imqabba fil-21 ta' Mejju. Jgħid ukoll li għal din il-Festa se tiġi użata għall-ewwel darba l-vara "bellissimo lavoro del signor G. Darmanin". Jgħid ukoll li l-Festa kienet f 'idejn is-Sur Innoċenz Zammit, li kien ukoll ħallas biex saret l-Istatwa. Sal-bidu tas-snin disgħin tas-se- klu l-ieħor, kien maħsub li l-isem tal-Istatwarju "G. Darmanin", kien miktub hekk bi żball, għax minflok kellu jkun Karlu Darmanin. Bħala stil tixbah ħafna liż-żewġ statwi tal-Immakulata li Karlu Darmanin kien għamel għal Ħal Qormi u għar-Rabat, imma wiċċ il-Madonna jidher ferm isbaħ fl-Istatwa tal-Im- qabba milli l-oħrajn. U aspett ieħor li juri li din l-istatwa ħarġet minn idejn ħaddieħor huwa l-fatt li xagħar il-Madonna mhux kollu mgħotti bil-velu. Karlu mhux soltu li kien iħalli xagħar l-istatwi tiegħu jidher meta dawn ikollhom xi velu. Fis-snin disgħin instabet referenza oħra għal din l-okkaż- joni u minnha ħarġu aktar dettalji importanti dwar l-oriġini ta' din l-Istatwa Artistika. "La Rigenerazi- one" tat-8 ta' Ġunju 1876, titkellem dwar il-festi li saru l-Imqabba bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-miġja tal-Istatwa fil-Knisja. Din id-darba fuq l-Istatwa jingħad hekk: "In quest' anno fu fatta una nuova statua, merce' del maestro Innocenzo Zammit, la quale riusci' bellissima e devotissima, e fa onore al Signor Giovanni Darmanin che l'ha eseguita in cartapesta". L-isem tal-Istatwarju kien miktub sħiħ bħala "Giovanni Darmanin", u minn riċerka li saret, irriżulta li ma kien ħadd għajr ħu Karlu. Minn fost l-istatwi kollha li għamel, il-Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba għandha żgur titqies bħala l-kapo- lavur tiegħu, għaliex fl-ebda statwa oħra ma rnexxielu jpoġġi x-xogħol fin u eleganti li poġġa f 'din. Fir-raħal għadhom jeżistu għa- jdut li Innoċenzu Zammit jidher li fettillu jordna statwa u għamel ta' rasu bla ma ġab l-approvazzjoni u l-permessi ta' ħadd. Meta tlestiet, ħadha d-dar u esibieha għall-pub- bliku. Dan ġab l-oppożizzjoni tal-kleru li fl-opinjoni tagħhom din l-Istatwa kellha tinġieb fil-Knisja, titbierek u wara titpoġġa għall-ven- erazzjoni pubblika. Sal-2001, dan kien meqjus biss bħala għajdut tal-poplu, sakemm fis-sena li fiha l-Istatwa għalqet 125 sena mill-miġja tagħha fl-Imqabba, instab dokument prezzjuż, li fih Innoċenzo Zammit jitlob permess lill-isqof biex l-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju li hu kien ikkummissjona tiddaħħal fil-Knisja u "titpoġġa ġo kaxxa tal-ħġieġ fil-Kappellun tal-Kunċizzjoni, fejn ma toħloq ebda skomdu". Minn din in-nota jidher ċar li din l-Istatwa saret mill-ewwel bħala l-Madonna tal-Ġilju u dan għandu jsikket diversi għajdut oħra li l-istatwa oriġinarjament saret bħala l-Im- makulata u mbagħad żdidilha l-anġlu bil-ġilju wara. F'din ix-xbieha sabiħa, lill-Ma- donna narawha wieqfa fuq is-sħab bid-dinja taħtha. B'ħarsitha 'l isfel u b'idejha fuq sidirha, tidher qed titpaxxa tħares lejn l-ulied mifdi- jin tagħha. Taħt sieqha l-leminija hemm ras is-serp tad-dnub bi frotta f 'ħalqu. Taħthom hemm il-qamar, referenza għall-mara tal-Apokalissi "liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġle- jha". Maġenb il-Madonna hemm puttin żgħir għarkupptejh, iżomm ġiljuwa f 'idu, simbolu tas-safa ta' Marija. L-Istatwa ma damitx ma ġibdet lejha ċerta devozzjoni, u xhieda ta' dan huma l-għotjiet prezzjużi li bdew jingħatawlha. Meta waslet l-Imqabba, diġà kellha stellar- ju tal-fidda. L-ewwel għotja ta' kalibru wara din ġrat fl-1902, meta Giovanna Manche', mill-Belt, tatha ġiljuwa tal-fidda bħala ringrazzja- ment tal-fejqan tan-neputija tagħha Eleonora, mis-Sandfly Fever. Din il-ġiljuwa ħadet post oħra naturali f 'idejn l-anġlu, u sal-lum għadha tagħni l-vara. Fuq dik l-istatwa ta' Giovan- ni Darmanin, baqgħet tintefa' attenzjoni speċjali. Fil-fatt fl-1954 saritilha bradella ġdida li ħadet post l-oħra li tfarrket bil-gwerra, u matul is-snin sarulha diversi interventi ta' restawr. Ta' min jgħid li l-Vara tal-Madonna tal-Ġilju ntradmet kompletament fl-attakk tad-9 t'April 1942, iżda b'xorti kbira, il-ħsara li sofriet kienet waħda minima. Illum din ix-xbieha tgawdi għożża kbira fil-komunità Mqab- bija, u l-ħarsa ħelwa tagħha tisraq qalb dawk kollha li jżuruha ta' kull sena fil-jiem tal-Festa tal-Madon- na tal-Ġilju. L-imħabba lejn din il-vara, tista' tiġi espejenzata b'mod doppju, għaliex hija waħda mill-it vari f 'pajjiżna li jinħarġu b'mod proċessjonali darbtejn fis-sena. Il-vara artistika u devota tal-Ma- donna tal-Ġilju bħalissa għaddejja minn proċess ta' tindif u restawr professjonali, bil-għan li tiġi mħar- sa u kkonservata għall-ġenerazz- jonijiet futuri. Din il-vara għażiża se terġa' tinġieb lura fil-knisja Par- rokkjali għall-festa tal-2026, sena ta' importanza storika partikolari, peress li fiha se jiġi mfakkar u ċċel- ebrat il-150 anniversarju mill-miġja tagħha fl-Imqabba fl-1876. Is-Soċ- jetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, il-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni flimkien mal-Uffiċċ- ju Parrokkjali jixtiequ jesprimu r-ringrazzjament sinċier tagħhom lill-parruċċani Mqabbin, il-ben- efatturi, is-soċi u d-devoti kollha tal-Madonna tal-Ġilju għall-koper- azzjoni u s-sostenn tagħhom matul dan il-perjodu, li huma essenzjali sabiex dan il-proġett jitwettaq b'suċċess u b'ġieħ xieraq lejn dan il- wirt reliġjuż u artistiku prezzjuż. F'din is-sena speċjali fejn qegħ- din nagħmlu t-tiira tal-150 sena mill-miġja tagħha f 'din il-Komu- nità, aħna, mixħutin quddiem din- ix-xbieha li tant taspira devozzjoni, nitolbu lill-Madonna tal-Ġilju sabiex kif għamlet tul dawn is-snin kollha, tkompli żżommna taħt mantarha u tindukrana bil-grazzji tagħha. Nhar il-Ħadd, 14 ta' Ġunju 2026, se ssir l-inawgurazzjoni uffiċjali tar-restawr tal-vara artistika u devota tal-Madonna tal-Ġilju. Dan ir-restawr sar permezz ta' intervent professjonali intensiv ta' konservazzjoni li twettaq matul din is-sena, fl-okkażjoni tal-150 anniversarju mill-wasla tal-vara fl-Imqabba. Il-programm jibda fl-10:00am b'Quddiesa solenni fil-Knisja Parrokkjali tal-Imqab- ba, bis-sehem tad-diversi fergħat tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju. Wara l-Quddiesa, se jsir il-kxif uffiċjali tal-vara restawrata, flimkien mal-pedestall u l-bankun, li wkoll għaddew minn xogħliji- et ta' restawr. Matul l-attività se jingħata wkoll tagħrif storiku dwar din l-opra artistika. Kulħadd huwa mistieden u mħeġġeġ jattendi għal din iċ-ċerimonja prestiġjuża. Fuq: Ritratt tal-vara li deher fil- Corriere Mercantile Maltese tat-8 ta' Mejju 1876

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 June 2026