Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545287
Dawk li jħobbu jzekzku u jissindikaw fuq l-atturi, kontra qalbhom skoprew li Rudolph Valentino ma kienx iħobb jat- tendi riċevimenti, ma kienx jiġri wara n-nisa u lanqas jisker. Saru jafu biss bi skandlu wieħed. Wara żwieġ qasir mingħajr imħabba mal-attriċi Jean Acker, hu beda jħobb lil Natacha Rambova, dis- injatriċi gwappa u żżewwiġha qa- bel id-divors mal-oħra sar finali. B'hekk ġie mixli b'bigamija imma wara it kollox irranġa ruħu. Rambova eżerċitat effett diżastruż fuqu fosthom li ġġieled ma' diversi kumpaniji, li kellu jgħix ħajja stravaganti li skont hi tixraq lill-attur u li jinteressa ruħu fl-ispiritwaliżmu. Dan iż-żwieġ dam biss sakemm kważi falla fi- nanzjarjament, kif ukoll ikkawżalu ulċeri li finalment fl-1926 qatluh. Il-films ta' wara e Four Horsemen Of e Apocalypse ma kellhomx l-istess suċċess, però l-popolarità tiegħu mas-sess femminili baqgħet fl-aqwa tagħha. Valentino ma kellux vista tajba u ma kienx jara fit-tul. B'hekk il-ħars tiegħu li jippenetra tant mimli passjoni kien jeċita lill-attu- ri nisa li jaħdmu miegħu u jħarrek id-demm tan-nisa Amerikani. Anzi l-aktar kwalità glorjuża li għammxet lil dawn f 'kull sek- wenza f 'kull film li ħadem kienet il-grazzja fina li kien jeżerċita – grazzja mimlija pożi ta' żfin tal-ballet. Rudolph Guglielmi wasal Holly- wood fl-1917 u sas-sena 1920 de- her fi 17-il film f 'partijiet ċkejknin u f 'oħrajn it ikbar l-aktar bħala xi viljakk jew bħala Taljan mhux rispettabbli. F'Eyes Of Youth, issa bħala Valentino impressjona u permezz t'hekk rebaħ il-par- ti tal-playboy Julio f 'e Four Horsemen Of e Apocalypse (1921). Hawn id-Direttur Rex Ingram li ħa ċans u tah din il-parti impressjona ruħu ferm bl-impatt fis-sekwenza taż-żifna tango li kienet tant erotika li ebda mara ma setgħet tirreżistiha. Ingram id- deċieda li jkompli jżid l-aspett ta' din il-ħaġa, però Valentino kellu aktar x'jikkontribwixxi. Fil-film ta' wara, e Conquer- ing Power (1921) kienn iggwidat minn dan l-aqwa direttur ta' żmien iċ-ċinema mutu. Dan kien bħala rigal lil Valentino għax fit- 12-il film li ħadem wara kien biss fl-aħħar tnejn, e Eagle u Son Of e Sheik li kienu diretti minn irġiel ta' statura ġenwina. L-influ- wenza ta' martu Natacha Rambo- va fuqu bdiet tnaqqas. Din kienet bdiet tiddomina l-karriera tiegħu speċjalment fis-sena li nħadem Camille (1921). Dan il-film li snin wara ħadmitu, issa mitkellem, Greta Garbo impressjona mhux għall-kontribuzzjoni ta' Valentino imma l-aktar għad-disinji biżarri 'art-deco' ta' Rambova u għall-par- ti sublimi ta' Alla Nazimova. Min-naħa l-oħra, e Conquering Power offra lil dan l-attur iċ-ċans li juri l-kapaċitajiet tiegħu bħala raġel imdaħħal fiż-żmien. Meta spiċċa minn mal-kump- anija Metro għamel kuntatt mal-Famous Players-Lasky li wara saru Paramount Pic- tures. e Sheik (1921) kienet l-ewwel produzzjoni li ħadem magħhom u hawn bdiet il-leġġenda. Dan ma kienx xi film speċjali u forsi kien jispiċċa minsi li ma kienx għall-mod erotiku u mingħajr mistħija li addotta Valentino. Hu pproduċa reazzjoni fenominali qalb in-nisa li wasslet għal għira kbira mill- irġiel, reazzjoni opposta li kienet ta' fastidju permanenti għalih fil-it snin ta' ħajja li kien għad fadallu. Mera ċara ta' dan kollu kien evidenti mill-artikli kontra tiegħu li dehru fir-rivista ta' kull xahar Photoplay li komplew juru l-mibegħda tagħhom lejh għal żmien twil, forsi wkoll minħabba għira palpabbli. Dan kollu kien xokkanti u offensiv. Dan il-furur kollu jidher li għoġob ħafna lid-di- riġenti tal-kumpanija u b'għaġla ħaddmuh f 'erba' films oħra fl-1922 li minnhom l-aktar produzzjoni li fiha wera t-talent tiegħu kienet Blood And Sand minn novel- la klassika ta' Vincente Blasco Ibanez. Fil-bidu ta' dan il-film Valentino jkun tifel ferħan u fl- aħħar, minkejja ta' raġel fl-aqwa tiegħu, jidher li xaba' mis-suċċessi kemm professjonali bħala mata- dor jiġġieled mal-barrin fl-arena u kemm romantiċi tant li qed jistenna l-mewt tiġi fuqu b'ħerqa kbira. Hawn reġa' wera dak is-sens partikolari kif karattru jimmat- ura u l-effetti fiżiċi taż-żmien li jgħejjuh u anki l-opportunitajiet moħlija kif diġà wera f 'e Four Horsemen Of e Apocalypse. 14 films IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2026 • illum Carmel Bonnici Rudolph Valentino: L-idolu perfett tan-nisa ta' żmien iċ-ċinema mutu IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 3 għal 4 li jdur min-Nofsinhar forza 3 għal 4 Viżibilità Tajba L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mill-Punent forza 3 Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat li jsir ħafif Imbatt Baxx mil-Lvant SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA The Sheikh (1921) Blood and Sand (1922)

