MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 June 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545387

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2026 • illum Miġjuba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil-ġimgħa, Michaela Pia Camilleri taqbad b' interess it-tieni volum tal-antoloġija ta' Aphroconfuso, li jiftaħ tieqa fuq il-letteratura queer bil-Malti, u allura jġib fostna bis-saħħa r-realtajiet tal-persuni queer, kemm dawk mill- passat li ntesew u anki dawk tal-lum, li ssib min jipprova jnessihom. Gayyaġni Ġunju: ix-xahar tal-qawsalel u l-posts ikkuluriti fuq Facebook mill-politiċi biex jirriklamaw l-appoġġ tagħhom lejn il- kostitwenti queer tagħhom. Però iżjed importanti minn hekk, huwa x-xahar fejn infakkru r-realtajiet ta' persuni queer, passati u preżenti, sabiex ma nreġġgħux l-arloġġ lura fuq il-passi kbar li għamilna bħala soċjetà f 'dal-qasam. Aphroconfuso huwa ġurnal letterarju/pubblikatur b'interess fil-kontrakultura, u jixħet lenti qawwija fuq ir-realtajiet marġina- li u queer hawn Malta u tal-Mal- tin queer barra minn xtutna, permezz tad-dokumentazzjoni tal-istejjer tagħhom. Kull No- vembru jippubblikaw antoloġija bix-xogħol kollu li deher fuq is-sit elettroniku tagħhom matul is-sena ta' qabel. Ma jonqosx li fit-tieni antoloġija tagħhom, ip- pubblikata f 'Novembru tal-2025, ippubblikaw diversi stejjer u esejs li jirriflettu dan. Id-dokumentazzjoni tar-realtà queer hija prijorità għal wieħed mill-kontributuri f 'din l-An- toloġija, Omar N'Shea. Fil-kitba tiegħu 'L-Aħħar Ballu tas-Sinjor- ini', li diffiċli tikklassifika jekk hix esej jew memoir, N'Shea jiddoku- menta perjodu f 'Malta li qatt ma kont qrajt dwaru – ix-xena queer fit-tmeninijiet u d-disgħinijiet, partikolarment dik tas-sinjorini, u l-ferita kbira li ħalliet l-AIDS fuq xtutna. Id-dokumentazzjoni ta' dan il-perjodu partikolari hija skarsa immens, u kif jgħid N'Shea, kuntrarju għal postijiet bħal New York u Londra, "Malta la għandna arkivju u lanqas nafu l-istejjer ta' sħabna u l-maħbubin tagħna li mietu f 'dawn iż-żmini- jiet". Is-silenzju kien mod kif tissopravvivi dan il-virus kattiv, għaliex "f 'kuntesti żgħar bħal tagħna, li tiaħ ħalqek kien ifisser mewta oħra, mewta doppja. Kont tinqatel mod ieħor, għax iwarr- bek kulħadd." L-effett ta' dan il-moratorju għadna nħossuh illum, fejn minn dik il-ġenerazzjoni, N'Shea huwa prattikament l-unika persuna li qed jiddokumenta x'ġara dak iż-żmien. In-nies li għexu dan il-perjodu mudlam iridu jidfnu l-passat magħhom, għaliex kien żmien fejn il-politika tal-pajjiż, u l-omofobija sistematizzata, wasslet biex raw lil ħafna minn sħabhom imutu, jew jgħibu minn ħajjithom darba għal dejjem, u jmutu mewta iżolata, bogħod mill-għajnejn imberrqin tan-nies. Minkejja l-ħajta ta' diqa li jġegħluk tħoss dawn it-tletin paġ- na int u taqrahom, is-silta tiaħ b'enerġija vibranti u manjetika ġo kamra tas-sodda ta' sinjorina (kif imtha jien, raġel queer li ġieli tilbes ta' mara) ġewwa l-Wardija, hi u tħit u tipprepara libsa ġdida għall-ballu li kien se jseħħ dak il-lejl ġewwa Natasha's, ix-Xemx- ija. Din it-terminoloġija bil-Malti kienet ġdida għalija li jien iżjed familjari ma' letteratura queer miktuba bl-Ingliż, u forsi l-awtur qed ikun ġeneruż wisq meta jassumi li l-qarrejja kollha huma familjari magħha. Iżda permezz tal-kitba luċida u deskrittiva ta' N'Shea, mill-kuntest imt li dan il-ballu kien speċi ta' party u drag show ikkumbinat. Infatti, ħadt gost naqra kliem bħal "jivvowg- jaw" u "ikkampjar" fuq paġni ta' ktieb bil-Malti – napprezza ħafna l-isforz ta' Aphroconfuso sabiex isibu l-kliem bil-Malti fejn hemm vojt lessikali. Insomma, mill-Wardija, nispiċċaw Natasha's, ix-Xemxija. Niltaqgħu ma' ħafna sinjorini, b'deskrizzjonijiet iddettaljati tal-ilbies estravaganti u glamoruż għall-okkażjoni, tar-repertorju mużikali li kienu jdoqqu bejn dawk l-erba' ħitan u li saru parti mill-identità queer tagħhom, u tal-komunità qawwija bejnieth- om. Dan il-festin għalihom kien forma ta' ċelebrazzjoni tal-ħajja fuq il-mewt. Fil-verżjoni online, N'Shea tella' ritratti ta' posters an- tiki li jippromovu dawn il-festini. Poster minnhom laqatni ħafna, bin-numru 13 fuqu – kemm mi- etu nies bl-AIDS f 'Malta sa dak il-punt (1995). Iżda minn kitba estatika ta' gost u żagħbil, din f 'daqqa tittrasforma f 'waħda ta' tensjoni u dalma, hekk kif jidħlu l-pulizija u jisfrattaw dan l-is- pazju sikur tagħhom – riflessjoni tas-sorveljanza u l-indħil tal-Istat fil-ħajjiet queer, fl-istorja mhux wisq imbiegħda Maltija. N'Shea jagħmel biċċa xogħol kruċjali għad-dokumentazzjoni ta' dawn ir-realtajiet li m'għand- homx jintesew. Pereżempju, jiddokumenta l-ġeografija queer hawn Malta, fejn l-awtur isemmi postijiet iffrekwentati mill-"pui", terminu li kif jispjega hu llum qed nirriapproprijawh, bħas-Sea- bed il-Belt u l-Pips ġewwa San Pawl il-Baħar – postijiet li issa ttieklu mill-ġentrifikazzjoni u diġà kważi ntesew. Jiddokumenta wkoll l-ismijiet tas-sinjorini bħal Maledetta Primavera, id-Dafni, it-Tammy, is-Sapuna u l-Vanoni. Pero l-iżjed li tolqtok hija l-ling- wa li kienet tintuża biex tid- diskrimina kontra, jew tiddeskri- vi l-persuni queer, u speċjalment dawk li kellhom l-AIDS: "il-pui ġew medikalizzati … kull pua qalgħuhielu "l-Aids"; kellhom id-dudu, il-pesta, il-mard, id-dell, il-ħmieġ, is-saħta divina." Id-do- kumentazzjoni ta' kliem aħdar bħal dan huwa pass importanti sabiex il-feriti tal-passat ma jgħibux mill-memorja kollettiva tal-komunità queer Maltija, u sa- biex jekk hemm bżonn isir parti mid-diskors politiku hawn Malta. Apparti s-silta ta' N'Shea, bix-xieraq ukoll insemmi 'Djarju' ta' Warren Bartolo u ta' fatima a.m., li wkoll jesploraw, b'in- tensità differenti, temi queer. F'din l-antoloġija ssib seba' siltiet mid-djarji ta' kontributuri tal-ġurnal, fejn fihom jirriflettu fuq ħajjithom u fuq il-proċess tal-kitba tagħhom u s-sorsi ta' ispirazzjoni tagħhom. Bartolo jiddeskrivi ħajtu ġewwa Pariġi, ir-relazzjonijiet ma' sħabu, u r-relazzjonijiet sesswali u/jew romantiċi tiegħu mal-irġiel, kif ukoll il-politika tas-sess abbinata magħha. Il-kitba tiegħu diretta u deskrittiva, mingħajr wisq introspezzjoni jew opinjoni fuq dak li jseħħ f 'ħajtu. Rari jgħid kif iħossu fuq ċerti affarijiet, ħlief meta darba, f 'sottotitlu li jikxef iżjed milli f 'kitbitu, jgħid: "Nirrealizza li ma nafx nixtieqx inkompli ngħix ħajti waħdi". Bartolo, li studja l-Klassiċi, jidher li huwa ispirat minn Erodotu f 'kitbitu, li kif jispjega Bartolo: "jagħti ħafna dettalji mingħajr wisq passjoni … dissoċjattiv, li jinħass iktar kontemporanju issa." Bartolo għandu ħakma tajba tal-lingwa queer bil-Malti, u jwessa' l-kapaċità tal-lingwa fejn jidħol l-użu tal-ġeneru newtrali. B'kuntrast għandek lil fatima a.m., li tikteb b'intensità, intro- spezzjoni u emozzjoni qawwija. Tolqotni l-umiltà f 'kitbietha, fejn ma tiddejjaqx tgħid li, hi u tikteb u taqra letteratura ġdida, ġieli tħossha "qed [t]egħreq f 'intellet- twaliżmu sfrenat u naqra falz li jitkellem fuq esperjenzi li għand- hom ikunu erotiċi u spiritwali." Toffri lenti queer differenti, fejn għadha qed tesplora l-kumdità tagħha bi lbies mistenni għal par- ties "irreklamati bħala ċelebrazz- jonijiet tas-saħna u tal-aptit", u fejn għadha qed tesplora l-post tagħha fihom. Ħerqana li naqra iżjed stejjer minn din il-komunità, anke ta' vuċijiet ta' persuni trans, leżbiċi u non-binary, li ma tantx għandna minnhom fir-repertorju letterarju Malti. Id-dokumentazzjoni tal-istejjer ta' persuni queer fit-tmeninijiet u d-disgħinijiet hawn Malta huwa proġett kontinwu u importanti għal N'Shea. Min għandu xi stejjer x'jaqsam, huwa mħeġġeġ jikkun- tattja lil Aphroconfuso.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 June 2026