MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 June 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545387

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2026 Il-Kummissjoni Għolja Maltija fir-Renju Unit b'ħidma intensiva biex tippromovi lil Malta Minn meta nħatar bħala Kummissarju Għoli ta' Mal- ta għar-Renju Unit f 'Jannar 2025, il-Professur Stephen Montefort laqa' r-rwol il- ġdid tiegħu bl-istess enerġija u empatija li kkaratterizzaw il-karriera medika tiegħu li damet erba' deċennji. Montefort qed juża l-espe- rjenza tiegħu biex isaħħaħ ir-rabtiet fil-qasam tas-saħħa bejn Malta u r-Renju Unit. Malta tibgħat madwar 180 każ mediku kumpless lejn il-Gran Brittanja kull sena, filwaqt li ċittadini Brittaniċi li joqogħdu Malta jirċievu kura medika bla ħlas f 'Malta. Fokus ewlieni tar-rwol tiegħu huwa t-tisħiħ tar-relazzjoniji- et bejn Malta u r-Renju Unit, speċjalment wara l-Brexit. Malta għandha d-distinzjoni partikolari li hija waħda minn żewġ pajjiżi biss li huma mem- bri kemm tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Commonwealth. Montefort huwa ffukat fuq it-tisħiħ tal-kummerċ bejn iż- żewġ pajjiżi. F'Mejju 2025, Montefort ipparteċipa fiċ-ċelebrazzjonijiet ta' Jum l-Ewropa li saru f 'Liver- pool u kien impressjonat ħafna b'kemm din il-belt dinamika hija miftuħa għall-kummerċ u n-negozju. "B'xorti tajba ltqajt ma' Peter Schriewersmann, negozjant Ġermaniż li kien ilu jgħix u jaħdem hemmhekk għal dawn l-aħħar 18-il sena u li kien involut ferm fil-komunitajiet tan-negozju, kulturali u ċiviċi ta' Liverpool u Wrexham," qal lil din il-gazzetta. "Flimkien ħriġna bl-idea li nippruvaw noħolqu rabtiet bejn negozjanti u entitajiet kummerċjali Maltin u dawk fit-Tramuntana tal-In- gilterra u Wales." F'Awwissu ġew Malta u kell- hom laqgħat ma' rappreżent- anti ta' TradeMalta, il-Kmamar tan-Negozju ta' Malta u Għaw- dex, l-MFSA u Malta Enter- prise, li laqgħu l-idea b'mod pożittiv u ngħaqdu magħhom biex jgħinu jwettqu din il-viż- joni. Din l-inizjattiva ssaħħet aktar waqt żjara uffiċjali li Montefort għamel f 'Cardiff f 'Ottubru, fejn flimkien mal-Konslu Onorarju l-ġdid ta' Malta, Reuben Mifsud – li huwa wkoll negozjant – id- deċidew li jinkludu wkoll il-ko- munità tan-negozju ta' Cardiff fid-delegazzjoni kummerċjali ppjanata. Għażlu li jiffokaw fuq żoni barra minn Londra, peress li ħassew li l-kapitali kienet diġà saturata bin-negozju, filwaqt li l-ibliet li għażlu kienu joffru opportunitajiet aktar favorevoli għan-negozji Maltin biex jidħlu fis-suq Brittaniku. "Il-pjanijiet tagħna mbagħad ħadu spinta qawwija meta involviet ruħha Tania Brown, il-Kap Eżekuttiv il-ġdid ta' TradeMalta," qalilna Montefort. "Flimkien żviluppajna pro- gramm li kien jinkludi ġurnata intensiva f 'kull waħda mit- tlett ibliet għal delegazzjoni ta' madwar 40 persuna, li kienet tinkludi wkoll rappreżentanti tal-MFSA, Malta Enterprise, l-ITS, TechMT u l-Kmamar tan-Negozju ta' Malta u Għaw- dex." Montefort qal li għażlu li jiffukaw fuq is-setturi tat-te- knoloġija u l-innovazzjoni diġitali, il-manifattura u l-in- ġinerija avvanzati, u l-ospitalità, iżda eventwalment inkludew ukoll ix-xjenzi tal-ħajja u s-servizzi finanzjarji. Is-sessjonijiet intensivi ta' kuljum kienu jinkludu preżen- tazzjonijiet ewlenin u sessjoni- jiet ta' mistoqsijiet u tweġibiet, bil-parteċipazzjoni ta' Maltin li diġà huma stabbiliti fir-Ren- ju Unit, fosthom il-lukandier Winston Zahra u l-eżekuttiv fis-settur farmaċewtiku Gabriel Micallef, kif ukoll John Keefe, imprenditur minn Liverpool li diġà fetaħ fergħa tal-kumpani- ja teknoloġika tiegħu f 'Mal- ta. Dawn qasmu l-esperjenzi tagħhom dwar l-investiment fil-pajjiżi rispettivi. Il-Kmamar tan-Negozju, l-universitajiet u l-kunsilli lokali tat-tliet ibliet taw merħba mill-aqwa u appoġġ imprezzab- bli lid-delegazzjoni Maltija, li wassal għal kuntatti importanti u ħbiberiji ġodda. Ir-rappreżentanti kollha tal-entitajiet Maltin spjegaw il-vantaġġi u l-inċentivi mar- buta mat-twaqqif ta' negozji f 'Malta, u dan qajjem interess konsiderevoli. Huwa mistenni li jkun hemm ħafna segwitu għal dawn il-kuntatti, u l-inizjattiva ntlaqgħet tant tajjeb li Trade- Malta u l-Kummissjoni Għolja diġà qed jippjanaw li jirrepetu- ha f 'lokalitajiet oħra fir-Renju Unit fil-futur qrib. "Il-Ministru Ian Borg (da- kinhar Ministru għall-Affar- jiet Barranin) u s-Segretarju Permanenti Christopher Cutajar kienu strumentali fl-appoġġ tagħhom għal din id-delegazz- joni kummerċjali, li bla dubju se tkompli tiftaħ opportunitajiet ġodda fis-suq tar-Renju Unit, suq li jibqa' ta' importanza kbira għall-gżejjer Maltin minkejja ċerti diffikultajiet li nħolqu wara Brexit," qal Montefort. Delegazzjoni ta' ambaxxaturi lejn Malta Ix-xogħol tal-Kummissjoni Għolja ma waqafx hemm. F'kummenti lill-gazzetta ILLUM, Montefort qal li minn meta nħatar Kummissarju Għoli, waqt il-laqgħat regolari tiegħu ma' ambaxxaturi oħra akkreditati fir-Renju Unit, in- nota li kultant kien hemm ċerti perċezzjonijiet vagi jew żbaljati dwar il-gżejjer Maltin. Bil-għan li jindirizza din is-sitwazzjoni, beda jippjana sabiex iġib Malta delegazz- joni ta' ambaxxaturi akkred- itati fir-Renju Unit, li ħafna minnhom huma fost l-ogħla diplomatiċi fil-pajjiżi tagħhom. Inkluda wkoll pajjiżi li ħafna minnhom m'għandhomx am- baxxaturi residenti f 'Malta. Fl-aħħar mill-aħħar, ġab Malta lill-ambaxxaturi tal-Un- gerija, il-Bulgarija, il-Lussem- burgu, ir-Rumanija u tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Kum- missarju Għoli taż-Żambja. Magħhom ingħaqad ukoll id-Dekan tal-Korp Diplomati- ku, li huwa l-aktar ambaxxatur anzjan akkreditat fir-Renju Unit u li jservi bħala Ambaxxatur tal-Honduras. Minbarra li żaru diversi siti f 'Malta u Għawdex, il-membri tad-delegazzjoni ltaqgħu wkoll mal-Arċisqof, mal-Ispeak- er tal-Kamra tad-Deputati, mal-Ministru l-ġdid għall-Af- farijiet Barranin Chris Fearne u mas-Segretarju Permanenti Christopher Cutajar. Huma kellhom laqgħat mal-MFSA, TradeMalta, Malta Enterprise, l-MTA u l-Kamra tal-Kummerċ ta' Malta, filwaqt li f 'Għawdex iltaqgħu mal-Gozo Business Chamber, il-GRDA u l-GTA, fejn iddiskutew kif il-pajjiżi tagħhom jistgħu jsaħħu l-kol- laborazzjoni mal-kontropartijiet Maltin. L-ambaxxaturi saru wkoll aktar konxji tal-opportunitaji- et li Malta toffri fil-kummerċ, in-negozju, il-finanzi, it-tu- riżmu, il-kultura, l-industrija tal-films, kif ukoll fil-pro- duzzjoni tal-ikel u l-inbid. Huma ġew ospitati minn Xara Experience, miċ-Chairman tal-Mediterranean Conference Centre u mill-Kummissjoni Għolja Brittanika, fejn iltaqgħu wkoll mal-parteċipanti tad-del- egazzjoni kummerċjali li kienet żaret ir-Renju Unit il-ġimgħa ta' qabel. "Fl-aħħar taż-żjara, l-am- baxxaturi esprimew kemm baqgħu impressjonati bil-gżejj- er tagħna u bl-entitajiet li ltaqgħu magħhom," qal Monte- fort. "Huma wiegħdu li jaqsmu l-informazzjoni prezzjuża li ġabru mal-pajjiżi rispettivi tagħhom, u ħafna minnhom qalu li se jerġgħu jżuru Malta fil-futur." Hu qal li dan kollu ma kienx ikun possibbli mingħajr l-appoġġ tal-MTA, KM Malta Airlines, l-Ajruport Internazz- jonali ta' Malta, Heritage Malta, il-Malta Film Commission, Meridiana Wines, Sunday in Scotland, Grand Hotel – Mġarr, db Seabank u l-Grand Hotel Ex- celsior. Nerissa Sultana u Franc- esca Caruana mill-Kummissjoni Għolja assiguraw li kollox jimxi b'mod eċċellenti u bla xkiel. Il-Kummissarju Għoli ta' Malta fir-Renju Unit, il-Prof. Stephen Montefort (fiċ-ċirklu), organizza u mexxa żjara f 'Malta għal numru ta' ambaxxaturi (fuq), kif ukoll mexxa delegazzjoni Maltija fi żjara fi tlett ibliet fir- Renju Unit (lemin)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 June 2026