MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 June 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545387

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

intervista IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2026 • illum 08 Nitkellmu ma'... GRAZIELLA CAUCHI Department Manager, Employment Licence Unit, Jobsplus KATHLEEN GALEA Training Coordinator, Jobsplus MARIA SAMMUT Senior Executive, Investing in Skill Scheme, Jobsplus Jobsplus ilha mill-2005 li ġiet iddelegata bħala l-awtorità li toħroġ il-permessi tax-xogħol lin-nies barranin. Il-liġi hija vera restrittiva u tgħid bażikament li kull persuna li mhijiex Maltija u lanqas hija EU National għandha bżonn permess tax-xogħol biex tagħmel kull forma ta' xogħol jew attività ġewwa Malta, jew anke biex tagħti servizz ġo pajjiżna. Dawn in-nies għandhom bżonn dat-tip ta' permess u japplikaw mal-Jobsplus biex aħna noħorġu- hulhom. Ovvjament, il-permess ma jinħariġx b'mod awtomatiku, imma huwa suġġett għal ċerti testijiet u nagħmlu dak li nsejħulu l-Labour Market Testing. Wara li nirċievu l-applikazzjonijiet, nagħmlu d-due diligence tagħna, nagħmlu l-labour market tests, u mbagħad nieħdu deċiżjoni għandux jinħareġ jew le l-permess tax-xogħol biex persuna li tkun ġejja minn pajjiż terz tkun tista' taħdem ġewwa Malta. Il-maġġoranza tal-applikazzjoni- jiet huma kollha għal raġunijiet ta' xogħol, jiġifieri min iħaddem irid japplikalhom. B'hekk l-applikazz- joni trid tiġi sottomessa mingħand min iħaddem (l-employer) f 'isem l-individwu u għal xogħol par- tikolari. Fil-fatt, il-liċenzja tinħareġ pereżempju biex persuna A taħdem ma' ABC Limited bħala kok jew bħala cleaner. Id-designation tkun vera speċifika għal xogħol par- tikolari ma' employer partikolari. Aħna, apparti li nagħmlu testijiet fuq min iħaddem, nagħmlu testijiet fuq l-individwu. Nagħmlu wkoll testijiet fuq is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol, jiġifieri jekk matul is-snin naraw li hemm ċertu settur jew ċerta industrija partikolari li hemm saturazzjoni fiha, naraw li ma jiġux impurtati aktar ħaddiema barranin. Nistgħu ngħidu li f 'dan is-settur mhux ħa nibqgħu naċċet- taw applikazzjonijiet. Fil-fatt f 'Gunju tal-2024, il-Job- splus, flimkien ma' entitajiet oħra kkonċernati, għamilna dan it-tip ta' capping fuq is-settur tax-xufiera u tal-Y plates u tal-cab drivers. Aħna rajna li dak is-settur diġà kien imtela b'ħaddiema biżżejjed u allura l-importazzjoni tal-ħaddiema bar- ranin f 'dan is-settur kienet suġġetta għal iktar restrizzjonijiet. Meta nirċievu applikazzjonijiet mingħand min iħaddem, l-ew- wel ħaġa li naraw tkun it-trends tagħhom, l-employment records tagħhom, u kemm-il darba ap- plikaw fil-passat. Naraw anke x'nies iħaddmu u kemm iħaddmu nies. Naraw anke kemm itterminaw nies u għaliex għandhom rata għolja ta' terminazzjoni. Dan nagħmluh biex nippruvaw niċċertifikaw li min iħaddem għandu biżżejjed xogħol biex iġib lil dan il-ħaddiem min- naħa l-oħra tad-dinja. Ġaladarba jiġi l-barrani, ħa jtih ix-xogħol li huwa dovut u ħa josserva l-obbligi legali li għandu u jtih id-drittijiet li għandu skont il-kundizzjonijiet tax-xogħol. Il-liġi tas-single permit – li hija liġi li tirregola dan il-proċess – tagħ- ti lill-membri stati kollha fl-Ewropa l-possibbiltà li jaħdmu din l-appli- kazzjoni f 'disgħin jum. Xi ħaġa li bdejna nagħmlu anke f 'dawn l-aħħar snin hi li iktar milli noqogħdu nistennew li nirċievu applikazzjoni u naħdmuha dak il- ħin, nagħmlu dan il-labour market testing fuq il-ħaddiema kollha ta' Malta darba fix-xahar. Jiġifieri jekk min iħaddem ikun għadu qas biss applika għal xi ħadd barrani, aħna nkunu diġà għamilna t-testijiet fuqu. Allura l-mument li nirċievu l-applikazzjoni mingħand Identità bħala Jobsplus, jekk kollox ikun kif suppost u d-dokumentazzjoni kollha tkun korretta, normalment fi żmien ħamest ijiem ngħaddu l-approvazzjoni jew ir-riut tagħna lill-Identità. Il-policy fil-fatt tpoġġi 'l quddiem 32 rakkomandazzjoni. L-implimen- tazzjoni tagħha ma ġietx f 'daqqa. Mhux kull rakkomandazzjoni ġiet implimentata f 'daqqa u bdejna nimplimentaw uħud mir-rakko- mandazzjonijiet f 'Awwissu, oħrajn f 'Ottubru, u oħrajn daħlu f 'Jannar. L-iktar miżuri li jaffettwaw lill- Jobs Plus huma tlieta primarjament. L-ewwel għandek il-workforce application limit li tpoġġi limitu ta' kemm employer jista' jikber fis-sena bil-ħaddiema. Fejn jidħlu l-barra- nin, il-kalkulazzjoni ssir anke skont id-daqs tal-kumpanija. Miżura oħra tirrikjedi li min iħaddem ma jkol- lux rati għolja ta' terminazzjonijiet. Jekk dan ikun il-każ, hemm ċans li ma jkunx jista' jibqa' jħaddem lin- nies barranin. U t-tielet miżura li daħlet hija li min iħaddem irid ikun konformi mal-liġi tan-nies tad-diżabilità. Ma ninsewx li min iħaddem huwa obbligat idaħħal miegħu persentaġġ ta' nies b'diżabilità, u jekk ma jistax iħaddimhom irid iħallas kontribuzzjoni. Aħna min-naħa tagħna, ġaladarba daħlet il-labour migration policy, dawk l-employers li ma kinux konformi, ma konniex qed noħorġulhom l-applikazzjoni- jiet tat-third country nationals. U fil-fatt meta implimentajna dawn it-tliet miżuri rajna li ħafna mill-employers fil-fatt ġew kon- formi u ħallsu l-obbligi tagħhom. L-għan tal-policy huwa li kemm jista' jkun ikollna settur li jimxi mar-regoli imposti. Ma nixtiqux li f 'daqqa waħda ma jkunx hemm employer li ma jistax iħaddem third country national wieħed. L-iskop imma huwa li nsibu dak il-bilanċ bejn il-bżonn tas-suq tax-xogħol, il-bżonnijiet ta' min iħaddem u fl- aħħar mill-aħħar li nissalvagward- jaw id-drittijiet tal-individwu. Bħala Jobsplus aħna noffru var- jetà kbira ta' korsijiet u għand- na madwar 120 kors bħalissa li qed noffruh lill-pubbliku. Tajjeb infakkar li huma b'xejn għal kulħadd u għandna kemm korsijiet akkreditati mil-livell numru wieħed sal-livell numru 4, kif ukoll korsijiet li mhumiex akkreditati. Tajjeb ngħid illi l-korsijiet tagħna huma tajbin għal kull min għalaq is-16-il sena sal-età tax-xogħol (working age), jiġifie- ri sa qabel ma joħorġu bil-pens- joni. Dan għaliex l-għan ta' dawn il-korsijiet hu li nolqtu kemm jista' jkun nies ħalli jtejbu l-ħiliet tagħhom u, jekk iridu, isibuha eħfef biex ibiddlu l-karriera tagħhom. Għandna jiġu nies ukoll li jas- piraw jagħmlu xi ħaġa differenti – mhux bilfors ikollha x'taqsam ma' xogħolhom iżda tista' tkun ukoll fuq livell personali f 'każ li jkunu jixtiequ jitgħallmu xi ħaġa ġdida. Il-korsijiet tagħna jinqasmu fuq tliet varjetajiet. Għandna l-ħiliet bażiċi. Għand- na dawk li ngħidulhom l-ħiliet diġitali li huma importanti ħafna fuq il-qasam tax-xogħol peress li t-teknoloġija llum dejjem tav- vanza. Dawn huma ħiliet li tajjeb ikollok. Għandna wkoll il-ħiliet trasversali b'korsijiet li jolqtu ik- tar ħiliet marbuta mal-komuni- kazzjoni, ħidma f 'tim li għandek bżonnha kemm fin-negozju kif ukoll fi kwalunkwe qasam tax-xogħol għax li tikkomunika tajjeb ma' ħaddieħor, ngħidu aħna mal-kollegi jew mal-man- agement, huwa bżonjuż. Im- bagħad għandna wkoll korsijiet vokazzjonali. Biex wieħed japplika jista' jav- viċinana permezz ta' email jew jidħol fis-sit elettroniku tal-Job- splus. Fih jista' jsib il-katalgu kollu marbut mal-korsijiet offru- ti. Hemm il-ħinijiet u d-dettalji meħtieġa. L-iskeda tiddependi dejjem skont il-korsiijiet magħżula però ħafna mill-korsijiet isiru filgħaxijiet wara l-17:00 biex nakkomodaw in-nies li diġà jaħdmu. Madanakollu għandna wkoll korsijiet li jsiru filgħodu bejn it-8:00 u l-17:00, u dawn jiddependu skont id-domanda u l-ħtieġa li jkun hemm. Noffru wkoll korsijiet apposta għal dawk il-kumpaniji li jkunu jridu jħarrġu lill-impjegati tagħhom f 'qasam partikolari. B'hekk jekk kumpanija jkollha ammont ta' nies jew impjegati li tkun tixtieq tħarriġhom f 'qasam partikolari, Jobsplus toffri dan ukoll. Minkejja li l-korsijiet huma miuħin għal nies bejn is-sittax sal-età tax-xogħol, l-ikbar kon- korrenza li kellna fl-2025 kienet ta' nies bejn il-25 u d-39 sena. L-iktar korsijiet popolari mfittxija min-nies biex itejbu l-ħiliet tagħhom huma l-EICDL workforce. Pereżempju għandna l-korsijiet għall-ħaddiema tal-ku- ra tas-saħħa u hemm korsijiet oħra fil-qasam tal-marketing li huma wkoll popolari ħafna. Il-korsijiet ġewwa l-Jobsplus huma b'xejn għal kulħadd. Min hu interessat japplika għal wieħed minn dawn il-korsijiet huwa mħeġġeġ jidħol fis-sit elettroniku tagħna u javviċinana bl-interess tiegħu. L-Investing in Skills hija skema li tħeġġeġ impjegati jagħmlu korsijiet f 'isem il-kumpanija jew inkella jekk huma self-employed huma eleġibbli wkoll biex itejbu l-ħiliet tagħhom f 'korsijiet li jkollhom bżonn fil-qasam li huma jaħdmu fih. Bħala skema din toffriha biss lill-privat. Kunsilli lokali jew enti- tajiet tal-gvern mhumiex eleġibbli. Jistgħu japplikaw online mis-sit elettroniku tagħna www.jobs plus. gov.mt mis-sezzjoni tal-Investing in Skills. L-applikazzjoni trid tiġi ssottomessa sa sebat ijiem qabel ma jibda l-kors. Iridu jissottom- ettu wkoll programm ta' taħriġ bit-template tagħna li jrid jiġi mimli mis-service provider, jiġifieri dak li ħa joffri l-kors. Korsijiet li huma bħal team building mandatorju bil-liġi, konferenzi jew meetings mhumiex eleġibbli. Ma nagħtux il-fondi kollha li jkunu nħarġu mill-kumpanija, sew jekk hija kumpanija kbira, medja jew żgħira. Aħna nagħtu sa 70%, 60% u 50% skont is-saħħa tal-kumpanija. Jistgħu japplikaw għal kwalunkwe kors. Ħa jgħaddi minn proċess ta' evalwazzjoni qabel aħna ngħidu iva jew le. Bażikament bħala grupp ma jistax ikun iktar minn 10 applikanti eleġibbli, inkella jridu jinqasmu fi gruppi differenti. Japplikaw kif għedna sa sebat ijiem qabel ma jibda l-kors, u jissottomettu programm ta' taħriġ biex aħna nkunu nistgħu niv- vettjaw il-kontenut tiegħu u l-iskeda tat-taħriġ ta' kif ħa jinqasam il-kors. Il-kors jista' jkun kemm classroom, u kemm self-lead. Jekk ikun self-lead irid ikun akkreditat u anki online. F'dak il-każ ikunu jridu jżommu d-dokumenti, bħal ċertifikati u at- tendence sheets, ħalli mbagħad meta nirrimborżaw il-flus, aħna nitolbu- homlhom, ħalli mbagħad ikollna vettings biex naraw li verament ikun sar il-kors u jkun hemm ukoll anke tip ta' monitoring li jmorru jaraw jekk il-kors hux qed isir. Bħala parteċipazzjoni kellna 'l fuq minn 11,000 parteċipant/impjegat li bbenefikaw minn din l-iskema. Sa Frar 2026 irċevejna 'l fuq minn 4,500 applikazzjoni.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 June 2026