Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545387
opinjoni illum • IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2026 09 Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista ADRIAN DELIA K ull kampanja elettorali ġġib magħha għadd kbir ta' wegħdi, proposti u viżjonijiet differenti dwar kif għandu jitmexxa l-pajjiż. Xi drabi dawn il-proposti jkunu realistiċi u fattibbli, oħrajn ikunu aktar ambizzjużi jew saħansi- tra diffiċli biex jitwettqu. Iżda f 'demokrazija b'saħħitha, il-valur veru ta' kampanja elettorali ma jinsabx biss fil-kompetizzjoni bejn il-partiti, iżda wkoll fid-diskuss- joni nazzjonali li tinħoloq dwar il-futur tal-pajjiż. Matul l-aħħar elezzjoni ġenerali rajna lill-partiti politiċi kollha jippreżentaw numru sostanzjali ta' proposti dwar oqsma differen- ti: l-ekonomija, it-taxxa, il-kera, il-proprjetà, l-edukazzjoni, is-saħħa, l-ambjent, it-trasport, il-governanza u l-kwalità tal-ħajja. Xi proposti kienu differenti ħafna minn xulxin. Oħrajn kell- hom punti komuni jew indirizzaw l-istess problemi minn perspettivi differenti. Iżda issa li l-elezzjoni spiċċat u l-poplu għamel l-għażla tiegħu, tqum mistoqsija importanti ħafna għal kull demokrazija matura: il-Gvern se jkun lest jisma' u jieħu onboard ukoll proposti tajbin li ġew minn partiti oħra? Din hija mistoqsija kruċjali għax il-politika m'għandhiex tkun kompetizzjoni permanenti fejn kull idea tajba trid tiġi miċħuda sempliċement għax ġiet mill-av- versarju politiku. Fil-verità, il-ġid komuni tal- pajjiż għandu dejjem jiġi qabel il-kalkolu partiġġjan. Jekk waqt kampanja eletto- rali partit jippreżenta proposta tajba, sostenibbli u ta' benefiċċju għaċ-ċittadini, m'għandux ikun hemm problema li dik il-proposta tiġi kkunsidrata jew anke adottata mill-Gvern, anke jekk tkun ġiet mill-Oppożizzjoni jew minn forza politika oħra. Fil-fatt, hekk jaħdmu ħafna demokraziji maturi. Il-politika m'għandhiex tkun mibnija fuq l-idea li "dak kollu li jgħid l-avversarju huwa ħażin". Għandha tkun mibnija fuq argu- menti, ideat u diskussjoni serja dwar x'inhu l-aħjar għall-pajjiż. Dan huwa partikolarment im- portanti fi żmien fejn il-pajjiż qed jaffaċċja sfidi kbar u kumplessi. Malta llum għandha quddiemha sfidi relatati mal-għoli tal-ħajja, il-proprjetà, il-kera, il-produt- tività, l-ambjent, il-kostruzzjoni, it-traffiku, il-kwalità tal-ħajja u s-sostenibbiltà ekonomika fit-tul. Dawn huma sfidi li ma jistgħux jiġu solvuti biss permezz ta' men- talità ta' "aħna kontra huma". Jeħtieġ aktar maturità politika. Jeħtieġ il-kapaċità li nieħdu l-aħjar ideat, jiġu minn fejn jiġu. Matul il-kampanja elettorali, pereżempju, kien hemm diver- si proposti ekonomiċi li qajmu diskussjoni pubblika interessanti. Kien hemm proposti relatati mat-taxxa, maż-żieda fil-poter ta' xiri, mal-għajnuna lill-familji u mal-appoġġ għan-negozji ż-żgħar. Naturalment, mhux kull proposta tista' tiġi implimentata immedjatament jew fl-istess forma li tkun ġiet ippreżentata. Il-Gvern għandu responsabbiltà li janalizza l-ispiża, is-sostenibbiltà u l-impatt fit-tul ta' kull miżura. Iżda dan ma jfissirx li l-proposti għandhom jiġu injorati sempliċe- ment minħabba min ippreżenta- hom. Pereżempju, jekk proposta tista' tgħin lill-familji jlaħħqu aħjar mal-għoli tal-ħajja, jew tista' tnaqqas il-piż fuq iż-żgħażagħ li qed jippruvaw jixtru l-ewwel pro- prjetà tagħhom, il-Gvern għandu tal-anqas ikun lest jiddiskutiha bis-serjetà. L-istess jgħodd għall-ambjent. Matul il-kampanja kien hemm ħafna diskors dwar il-ħtieġa ta' aktar bilanċ bejn l-iżvilupp ekonomiku u l-kwalità tal-ħajja. Kien hemm proposti dwar spazji miuħa, trasport aktar sostenibbli, ippjanar urban aħjar u kontroll aktar serju fuq ċertu żvilupp. Dawn huma temi li jmorru lil hinn mill-politika partiġġjana. Il-poplu ma jimpurtahx min ivvinta idea partikolari. Jimpur- tah jekk dik l-idea ttejjibx il-ħajja tiegħu. Dan għandu japplika wkoll għas-saħħa u l-edukazzjoni. F'dawn l-oqsma partikolarment, il-pajjiż għandu bżonn aktar kontinwità u aktar kunsens nazz- jonali. Ma jistax ikun li kull ħames snin nibdew nibdlu d-direzzjoni kompletament skont min ikun fil-Gvern. Il-futur tas-servizzi tas-saħħa u tas-sistema edukattiva għandu jkun mibni fuq pjan fit-tul li jiġbor fih l-aħjar ideat minn kull naħa. Demokrazija moderna ma tfissirx biss li l-maġġoranza tirbaħ elezzjoni. Tfisser ukoll li min jir- baħ ikollu biżżejjed maturità biex jisma' opinjonijiet differenti. Dan huwa aspett importanti ħafna li kultant jonqos fil-politika Maltija. Spiss nidħlu f 'mentalità fejn il-partiti jqisu kull proposta tal-av- versarju bħala attakk jew bħala theddida politika. Dan iwassal biex ideat tajbin jintilfu sem- pliċement għax jiġu mill-"kamp l-ieħor". U dan ikun telf għall-pajjiż kollu. Fil-verità, l-elezzjoni għandha tagħlaq il-fażi tal-konfront eletto- rali u tiaħ il-fażi tal-governanza responsabbli. Il-poplu jagħżel Gvern biex imexxi lill-pajjiż, iżda mhux biex jagħlaq widnejh għal kull min ma qabilx miegħu. Hawnhekk tidħol ukoll ir-re- sponsabbiltà tal-Oppożizzjoni. Oppożizzjoni serja m'għandhiex tkun kontra kollox. Għandha tkun kapaċi tappoġġja dak li hu tajjeb għall-pajjiż u tikkritika fejn hemm bżonn titjib. L-istess mod kif il-Gvern għan- du jkun kapaċi jisma' ideat validi minn barra l-partit tiegħu. F'ħafna pajjiżi Ewropej, ċerti riformi importanti jsiru proprju permezz ta' kunsens usa' bejn il-partiti politiċi. Dan jiġri speċjalment fuq temi strateġiċi bħall-ekonomija, il-pensjonijiet, l-enerġija, l-edukazzjoni u l-klima. Malta għandha bżonn aktar minn din il-kultura politika. Dan ma jfissirx li l-partiti jridu jsiru l-istess jew li d-differenzi politiċi għandhom jisparixxu. Id-differenzi huma essenzjali għad-demokrazija. Iżda hemm differenza kbi- ra bejn kompetizzjoni politika b'saħħitha u riut sistematiku ta' kull idea li ma tkunx tiegħek. Il-poplu llum qed jistenna aktar maturità. Qed jistenna politika li taħseb aktar fil-pajjiż u inqas fil-punti partiġġjani. Forsi wieħed mill-aktar aspetti pożittivi tal-aħħar kampanja kien proprju li d-dibattitu ffoka aktar fuq ideat u viżjonijiet milli fuq attakki tossiċi personali. Dan għandu jkun punt ta' tluq għal politika aktar matura fis-snin li ġejjin. Il-Gvern il-ġdid għandu opportunità importanti biex juri li lest jisma', jiddiskuti u jadotta wkoll proposti tajbin anke jekk ma kinux parti mill-programm elettorali tiegħu stess. Dan ma jagħmilx lill-Gvern dgħajjef. Bil-maqlub. Jagħmlu aktar matur u aktar kunfidenti fih innifsu. Gvern b'saħħtu ma jibżax mill-ideat ta' ħaddieħor. Jaf jagħraf il-valur tagħhom u jużahom għall- ġid komuni. Fl-aħħar mill-aħħar, il-poplu mhux interessat min jieħu l-mertu politiku ta' proposta partikolari. Il-poplu jrid riżultati. Irid ħajja aħjar, aktar stabbiltà, aktar oppor- tunitajiet u aktar serħan il-moħħ. U jekk idea tajba tista' tgħin biex jintlaħaq dak l-għan, għandha tiġi kkunsidrata bis-serjetà, irrispetti- vament minn fejn tkun ġiet. Għax il-politika m'għandhiex tkun ġlied kontinwu dwar min għandu dejj- em raġun. Għandha tkun servizz lejn il-pajjiż. U f 'servizz veru lejn il-pajjiż, l-aħjar ideat għandhom dejjem ikunu milqugħa. Il-politika m'għandhiex monopolju fuq l-ideat tajbin Il-ġid komuni tal-pajjiż għandu dejjem jiġi qabel il-kalkolu partiġġjan

