Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545481
Is-snin 30 kienu żmien ta' għaks u miżerja għal 60% tal-Ameri- kani. L-40% l-oħra, ta' qagħda tajba jew sinjuri, qatt ma ħassew dan id-diżastru ekonomiku. Biex jehdew, in-nies ko- muni kienu jgħaddu ħafna minn ħinhom it-tokis isegwu kummiedji sfrenati u farseski speċjalment li jnessuhom għal it ħin l-imrar tal-ħajja. F'dak iż-żmien, il-kumpaniji maġġuri ta' Hollywood kważi kollha għaddew minn perjodu jew xi snin li fihom il-bilanċ finanzjarju fl-aħħar tas-sena kienu juri telf. Għall-kuntrarju, il-kumpanija Metro-Goldwyn-Mayer (MGM) dejjem rat profitti kbar jew im- daqqsin u l-Columbia Pictures, li f 'dik l-epoka kienet waħda modesta, b'għaqal u sikkatura rat ukoll xi profitti. Id-Dipressjoni tat lok għall-kriminalità mxerrda u f 'dan iż-żmien nibtu diversi gangsters li bdew jisirqu mill- banek u ġieli joqtlu bla ħniena. Il-kumpanija Warner Bros. ħadet il-fama fis-snin tletin tal-bidu b'diversi xogħlijiet ta' gangsters gwappi, ħafna minnhom bi storja fittizja u oħrajn ibbażati fuq persuni jew avvenimenti li ġraw tabilħaqq. Films bħal e Public Enemy (1931), Little Cae- sar (1931), Lady Killer (1935), G Men (1935), Smart Money (1931) u oħrajn stabbilew il-kar- rieri ta' atturi kbar bħal James Cagney u Edward G. Robinson. F'dan l-artiklu se niltaqgħu ma' xi wħud mill-aqwa kriminali tal-epoka, però qabel ninnotaw x'kienet id-Dipressjoni, l-effetti tagħha u kemm damet tirrenja fuq il-poplu Amerikan. Għakemm in-niżla ekonomika fl-Amerka ta' Fuq, l-Ewropa u żoni oħra industrijali tad-dinja bdiet sitt xhur qabel, id-Dipres- sjoni Kbira bdiet bil-waqgħa katastrofika tal-prezzijiet tal-is- tock market tan-New York Stock Exchange (jew Wall Street) f 'Ot- tubru 1929. Fit-tliet snin ta' wara, il-prezzijiet fl-Istati Uniti baqgħu neżlin u sal-aħħar tas-sena 1932 il-valur tagħom tbaxxa 'l isfel sa 20% biss minn dak li kienu jiswew fl-1929. Minbarra li ħafna investituri rvinaw rwieħhom, din in-niżla tremenda għafset bil-kbir fuq il-banek u fuq dawk li kellhom xi stocks. Ħafna banek fallew u sal-1933 11,000 mill- 25,000 bank kellhom jagħlqu. Il-falliment ta' daqstant banek, flimkien ma' nuqqas ġenerali ta' kunfidenza fl-ekonomija wassal biex l-infiq jitbaxxa f 'livell qawwi u b'hekk il-produzzjoni naqset sewwa. Dan kollu rriżulta f 'qgħad drastikament għoli; sal-1932 il-manifattura waqgħet b'persentaġġ ta' 54% mil-livell tal-1929 u bejn 12 u 15-il miljun ħaddiem ġew bla xogħol li jfisser kwart tal-ħaddiema totali. Id-Dipressjoni l-Kbira li bdiet fl-Istati Uniti u xterdet mad-din- ja kollha kellha konsegwenzi miportanti politiċi. Dan il-ask ekonomiku wassal biex il-Kan- didat Demokratiku Franklyn D. Roosevelt jilħaq President lejn l-aħħar tal-1932. Hu introduċa numru kbir ta' bidliet fl-istrut- tura tal-ekonomija Amerika- na, imma l-qgħad kompla u l-ekonomija it li xejn iċċaqilqet 'il quddiem. Sal-1939, qabel bdiet it-Tieni Gwerra Dinjija, il-qgħad kien għadu ta' 15%. Id-Dipressjoni spiċċat għalkollox fl-1941 meta l-Amerka daħlet fil-gwerra. Il-kawża tad-Dipressjoni kien ir-riżultat, f 'parti minnu ta' dgħufija u żbilanċ fl-ekonomija tal-Istati Uniti, fatt moħbi bil-ġid u l-ewforja tas-snin 20. Il-poplu beda jwaħħal l-aktar fil-banek li saru l-mira ta' diversi kriminali li bdew ifiġġu. Kien hemm ukoll il-liġi tal-Projbizzjoni – xorb alkoħoliku ma setax jinbiegħ jew jinxtara. Ħafna kienu li bdew jimmanifatturaw ix-xorb l-aktar il-wiski bil-moħbi (lampik), speċjalment fi nħawi mwarrbin u muntanjużi u li ġew affaċċjati mil-liġi. Mill-ħafna gangsters li nibtu f 'dawn iż-żminijiet se nsemmi it, l-aktar rinomati u li nħad- mu diversi films fuqhom. Waqt li l-gangsters potenti bħal Al Capone u Lucky Luciano kienu jmexxu l-familji kriminali fi bliet kbar, oħrajn kienu qed jattakkaw il-qalba tal-pajjiż, il-Midwest, joqtlu lill-membri tal-pulizija (G-Men) u jsiru l-mira ta' J. Edgar Hoover, il-perċimes sid tal-Federal Bureau of Investiga- tion (FBI), li laqqam lill-uħud minn dawn "Public Enemy No: 1" (Għedewwa tal-Poplu tal-Pri- ma Klassi). 14 films IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2026 • illum Carmel Bonnici Gangsters ta' żmien id-dipressjoni Amerikana L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 3 għal 4 li jdur min-Nofsinhar forza 3 għal 4 Viżibilità Tajba L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mill-Punent forza 3 Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat li jsir ħafif Imbatt Baxx mil-Lvant SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Public Enemy (1931)

