MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 June 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545612

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2026 • illum 'Alternattiva għall-Gvern': Alex Borg jaħtar 28 shadow minister u tmien kelliema Trump jhedded lill-pajjiżi Ewropej b'tariffa ta' 100% JAELLE BORG Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg ħabbar ix-Shadow Cabinet il-ġdid, li jinkludi 28 shadow minister u tmien kelliema, f 'dak li ddeskriva bħala pass biex il- Partit Nazzjonalista jkun lest joffri alternattiva ta' Gvern. Borg se jservi bħala Kap tal-Op- pożizzjoni, filwaqt li d-Deputat Kap Alex Perici Calascione ngħata r-responsabbiltà tat-Turiżmu. Fost il-ħatriet ewlenin hemm Adri- an Delia għall-Finanzi, Joe Giglio għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Inno- vazzjoni, Stephen Spiteri għas-Saħħa, Darren Carabott għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u l-Proġetti Strateġiċi, u Beppe Fenech Adami għall-Affari- jiet Barranin u Ewropej. Bernard Grech inħatar responsab- bli mill-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Ħarsien tal-Konsumatur, filwaqt li Ivan Castillo se jkompli bħala Whip u se jkun responsabbli wkoll mill-Mobbiltà Sostenibbli. Jerome Caruana Cilia ngħata l-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza, Mark Anthony Sammut l-Enerġija u l-Ambjent, Conrad Borg Man- ché l-Affarijiet Interni u s-Sigurtà, filwaqt li Rebekah Borg se tkun responsabbli mill-Ippjanar. Il-partit ħatar ukoll tmien kelliema biex jappoġġjaw il-ħidma tax-Shad- ow Cabinet. Wara t-tħabbira, Borg qal li l-kompożizzjoni tax-Shadow Cabinet kienet possibbli bis-saħħa tal-grupp parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Huwa sostna li t-tim il-ġdid se jaħdem fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi billi jressaq proposti u soluzzjonijiet li jtejbu l-kwalità tal-ħajja, filwaqt li tenna l-islogan tiegħu: "Oppożizzjoni serja llum, Gvern b'saħħtu għada." Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump hedded li jimponi tariffa ta' 100% fuq il-prodotti kollha importati minn pajjiżi Ewropej li jiddeċiedu li jintroduċu taxxa fuq is-servizzi diġitali offruti minn kumpaniji Amerikani. F'messaġġ li ppubblika fuq il-pjatta- forma Truth Social, Trump sostna li di- versi pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea qed jikkunsidraw li jdaħħlu din it-taxxa. Huwa qal li kull pajjiż li jimxi 'l quddiem b'din il-miżura se jkun suġġett immedjatament għal tariffa ta' 100% fuq il-prodotti kollha esportati lejn l-Istati Uniti. Żied li dawn it-tariffi japplikaw irrispettivament minn kwalunkwe ehim kummerċjali eżistenti jew futur mal-Istati Uniti. Din mhijiex l-ewwel darba li l-am- ministrazzjoni Trump tuża t-theddida ta' tariffi biex tipprova twaqqaf pajjiżi milli jintroduċu taxxi fuq kumpaniji teknoloġiċi Amerikani. Fl-2025, il-Kana- da rtirat taxxa simili wara pressjoni minn Washington. It-theddida ta' Trump waslet jum biss wara li l-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea qablu li jimplimentaw ehim kummerċjali mal-Istati Uniti li bih l-UE se tnaqqas it-tariffi fuq prodotti industri- jali u ċerti prodotti agrikoli Amerikani, filwaqt li l-Istati Uniti se tillimita għal 15% il-biċċa l-kbira tat-tariffi fuq prodotti Ewropej. B'reazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea ddefendiet id-dritt sovran tal-Unjoni Ewropea li tirregola l-attività ekonomika fit-territorju tagħha. Hija wissiet ukoll li jekk dawn it-thed- did jitwettqu, l-Unjoni Ewropea se tirreaġixxi "malajr u b'mod deċiż" biex tiddefendi d-drittijiet u l-awtonomija regolatorja tagħha. It-taxxi fuq is-servizzi diġitali huma maħsuba biex jiżguraw li kumpaniji te- knoloġiċi multinazzjonali, fosthom Apple, Amazon u Meta, iħallsu aktar taxxa fil- pajjiżi fejn jiġġeneraw id-dħul tagħhom. Janice Abela Chetcuti Animal Welfare Bernard Grech Fondi Ewropej, Djalogu Soċjali u l-Konsumatur Julian Borg Infrastruttura u Impjiegi Stephen Spiteri Saħħa Ivan Castillo Whip, Mobilità Sostenibbli Norma Camilleri Kelliema għall-Politika tal-Familja u t-Tfal Graziella Attard Previ Drittijiet Ċivili Paula Mifsud Bonnici L-Anzjani Rebekah Borg L-Ippjanar Frank Anthony Tabone Għawdex Adrian Delia Finanzi Miriana Calleja Testaferrata De Noto Koeżjoni Soċjali Ivan Bartolo Politika Soċjali u l-Familja Alex Perici Calascione Turiżmu Eve Borg Bonello Żgħażagħ, il-Benesseri u Programm Elettorali Julie Zahra Tibdil-fil-Klima u l-Port il-Kbir Beppe Fenech Adami Affarijiet Barranin u Ewropej Annabelle Cilia Kelliema għall-Impjiegi Graham Bencini Sport Michael Piccinino Self-Employed, Intrapriżi Żgħar Conrad Borg Manché Affarijiet Interni u s-Sigurtà Stanley Zammit Akkomodazzjoni u Artijiet Beppe Galea Settur Volontarju Marilena Gauci Kelliema għall- Industrija tal-Films Toni Bezzina Agrikoltura, Sajd u Provvista tal-Ikel Mark Anthony Sammut Enerġija u Ambjent Darren Carabott Ekonomija, Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi Andrew Agius Kelliem għas-Servizzi Veterinarji Graziella Galea Inklużjoni Ian Vassallo Hagi Kelliem għall-Kwalità tal-Ħajja Bernice Bonello Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi Justin Schembri Arti, Kultura u Wirt Nazzjonali Jerome Caruana Cilia Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza John Baptist Camilleri Kelliem għall- Avjazzjoni Joe Giglio Ġustizzja, Riċerka u Innovazzjoni George Vital Zammit Kelliem għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Donald J. Trump

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 June 2026