MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 July 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545724

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Joseph Merrick kien jgħix fi żmien ir-Reġina Vittorja u twieled bl-isem ta' Joseph John Carey Merrick f 'Leicester fl- 1862. Bħala tarbija kien normali, però waqt iż-żmien tal-iżvilupp tiegħu qabditu marda f 'wiċċu verament rari li ttrasformatu fi skerz tan-natura, l-akbar każ ta' abnormalità li qatt ġie rrekordjat fl-istorja tal-umanità. L-epoka tal-aħħar parti tas- snin tas-seklu 19 kien iż-żmien tar-Rivoluzzjoni Industrijali magħrufa wkoll bħala ż-"Żmien tar-Raġuni", ta' sejbiet xjentifiċi kbar u ta' skantament mill-pop- lu għal kull invenzjoni ġdida. B'hekk il-poplu kien tassew kurjuż u eċitat f 'kull ħaġa li ma kinitx normali għal dak iż-żmien. Kien wasal il-perjodu propizju tal-invenzjoni tal-ista- mpi jiċċaqilqu (iċ-ċinema) bħala attrazzjoni f 'xi post tad-diverti- ment bħal xi ċirklu jew fis-swali tat-teatru. Kienu jiġu esebiti f 'xi wirjiet li jduru mal-pajjiż, bil-poplu jħallas biex jarahom, xi raġel qisu skeletru, xi mara bi tliet organi mammali, xi tewmin Sijamiżi, xi mara li tikbrilha l-leħja, u skerzi oħrajn tan-nat- ura. Miskin, Joseph Merrick messitu din ix-xorti u sab ruħu f 'sitwazzjonijiet bħal dawn fejn kien ikun imsawwat u ttorturat mill-imgħallmin tiegħu li kienu jistmawh qisu xi annimal baxx. Biex inkompli fuq l-istorja tal-iżvilupp naturali tiegħu, meta beda jitfarfar minn wiċċu beda jisponta l-laħam u l-ġilda tiddendel. Diversi nies kienu jxebbhu s-sura viżwali tiegħu ta' "kaboċċa" però kienu jirreferu għalih bħala e Elephant Man. Fil-film tal-istess isem tal-1980 (fejn jissemma dejjem bħala John) fi flashback u ħolma ta' meta ommu kienet tqila bih tid- her li ġiet kważi mgħaffġa minn ċorma ljunfanti storbjużi. Fl-istorja tal-film naraw kif John Merrick (John Hurt) fl-1894 kien meħud minn Dr Frederick Treves (Anthony Hop- kins) fil-London Hospital fejn jinfurmawh li kien impossibbli jfejquh. Treves jinduna li Mer- rick hu sfigurat bil-kbir, imma ta' intelliġenza normali u jibda jħarrġu. Meta dawn it-tnejn isiru ħbieb tal-qalb jieħdu d-dar biex jiltaqa' ma' martu (Hannah Gor- don). Wara, tiġi żżuru Madge Kendal (Anne Bancro), attriċi tal-palk u anki tibda tfissdu u tu- rih lis-soċjetà għolja ta' żmienha li jsiru jammirawh u jħobbuh. Bl-interċessjoni tal-Prinċipessa Alex (Helen Ryan) jingħata post permanenti fl-isptar. Jaħasra t-tribulazzjoniet tiegħu jerġgħu jirxuxtaw meta l-għassies ta' billejl (Michael Elphick), bi ħlas iħalli ċorma rġiel xurbana jidħlu f 'kamartu biex jumiljawh, jaħuh u jibagħtuh f 'ċirklu fil-Belġju taħt swat kontinwu u atti oħra baxxi. Merrick ikun sal- vat mill-iskerzi l-oħra taċ-ċirklu u jibagħtuh lura l-Ingilterra. Issa marid gravi, is-Sinjura Kendal tiddedika wirja għalih. Fis-sod- da, lejn l-aħħar ta' ħajtu, John Merrick iħares skantat u mer- aviljuż bi tbissima lejn ir-ritratti ta' ommu u jitgħaxxaq jinnota kemm kienet mara sabiħa! Id-Direttur David Lynch, is-soltu magħruf għall-films tiegħu ta' impatt qawwi, tal-mis- teru u ħjiel ta' biża' palpabbli, bħal Eraserhead, Blue Velvet u s-serje televiżiva tant popo- lari, Twin Peaks, hawn sawwar xogħol drammatiku tal-grottesk Merrick u minkejja l-abnor- malità tal-protagonist, flimkien mal-kruha ta' wiċċu, jiffoka kon- tinwament fuq l-appell traġiku tar-"Raġel Iljunfant". Biex iżid l-antiċipazzjoni tal-udjenzi u jibni tensjoni u kurżita' fihom idum sewwa ma juri mill-qrib ir- ras mimli fungi spuntati tal-im- sejken għal dan l-aktar mument sinifikanti tal-film. Lanqas ma jikkommetti ruħu f 'eċitament superfiċjali eċċessiv biex jinvolvi bla bżonn lill-udjenzi u jħassar l-atmosfera delikata tal-istor- ja, ħlief f 'żewġ okkażjonijiet meta Merrick ikun umiljat u msawwat mill-propjetarju Bytes (Freddie Jones) taċ-ċirklu u meta l-għassies ta' billejl idaħħal grupp ta' rġiel fis-sakra biex jittantawh, żewġ episodji ta' vjolenza kemxejn qawwija. 14 films IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2026 • illum Carmel Bonnici Il-film klassiku u kult "The Elephant Man" L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 3 għal 4 li jdur min-Nofsinhar forza 3 għal 4 Viżibilità Tajba L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mill-Punent forza 3 Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat li jsir ħafif Imbatt Baxx mil-Lvant SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA il-veru Joseph Merrick John Hurt bl-irtokk

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 July 2026