MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 July 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545724

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

Kważi disa' snin wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, il-ġuri ta' Yorgen Fenech daħal fl-aktar fażi kruċjali tiegħu hekk kif il-prosekuzzjoni bdiet tressaq l-eviden- za ewlenija li fuqha tibni l-każ tagħha. Fenech qed jiġi akkużat li kien il-moħħ wara l-assassinju u li kkummissjona u ffi- nanzja l-qtil permezz ta' Melvin euma. Fit-tieni jum, il-prosekuzzjoni spjegat lill-ġurati li se tipprova turi li mingħajr l-allegat involviment ta' Fenech, il-qtil ma kienx iseħħ. Tħabbar ukoll li l-ġurati se jisimgħu għadd ta' recordings sigrieti magħmula minn Melvin euma, li aktar tard ingħata maħfra presidenzjali u sar ix- xhud ewlieni tal-Istat. Ix-xhieda tal-Eks Kap tal-Iskwadra tal-Omiċidji Keith Arnaud, li ta rendikont dettaljat tal-investigazzjoni. Huwa spjega kif il-Pulizija identifikat il-burner phones u rkuprat evidenza forensika bl-għajnuna tal-FBI, kif ukoll kif l-investigazzjoni kienet waslet f 'impass qabel il-koperazzjoni ta' Melvin euma. Fir-raba' jum, Arnaud xehed li eu- ma kien kiteb ittra għax beża' li seta' jiġi eliminat, filwaqt li spjega li kien beda jirrekordja l-konverżazzjonijiet tiegħu ma' Fenech bħala "assigurazzjoni" biex jippro- teġi lilu nnifsu. Il-Qorti semgħet ukoll li, skont il-kalkoli tal-investigaturi, madwar €450,000 allegatament għaddew min- għand Fenech għand euma biex jitħallsu lill-aħwa Degiorgio. Ix-xhieda ffukat ukoll fuq l-analiżi tad-data estratta mill-mowbajl ta' Fenech, li skont Arnaud wasslet għall-arrest ta' Keith Schembri. Arnaud qal ukoll li l-investiga- turi waslu għall-konklużjoni li Fenech kien qed jipprepara biex jitlaq minn Malta, wara li sabu messaġġi dwar rotot possibbli ta' ħarba, istruzzjonijiet lill-kaptan tal-jott u twissijiet biex ma jużax credit cards. Fost l-aħħar punti ppreżentati kien hemm ukoll il-fatt li fil-mowbajl ta' Fenech instabet kopja tal-abbozz tal-maħfra presidenzjali ta' Melvin euma. Skont Arnaud, Fenech sostna li kien irċieva dan id-dokument mingħand Keith Schembri, allegazzjoni li Schembri dejjem ċaħad. ARA PAĠNI 4 - 8 www.illum.com.mt NRU 1019 €1.50 IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2026 PAĠNA 3 Silenzju assolut dwar il-ħatra ta' Prim Imħallef JISKATTA L-ĠURI TAS-SEKLU Beda l-ġuri ta' Yorgen Fenech fil-każ tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u hemm stennija kbira għall-eżitu mill-familjari, mill-pubbliku u anke mill-klassi politika

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 July 2026