MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 July 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545724

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2026 • illum Raġel ingħata sentenza ta' sena ħabs wara li nstab ħati li wettaq offiża volontarja li kkawżat ġrieħi gravi waqt argument barra stabbiliment f'San Pawl il-Baħar, b'sentenza li tinkludi wkoll ordni ta' trażżin favur il- vittma għal tliet snin Bosta residenti tan-Nadur, Għawdex, qed iqajmu tħassib fuq il-kundizzjoni tat-Torri ta' Kenuna, li jinsab fi bżonn urġenti ta' restawr. Luke Said, li kkontesta l-elezzjoni ġen- erali għall-Partit Nazzjonalista iżda ma kienx elett, qal li żar is-sit u jidher b'mod ċar li s'issa ma beda l-ebda xogħol. "It-torri issa qed juri sinjali ta' deter- jorament strutturali ulterjuri, bil-qsim eżistenti kiber tul il-qasma li tinsab diret- tament taħtu," qal. "Din il-qasma qerdet kompletament il-pedestall tat-torri u tidher li qed taqsam l-istruttura fi tnejn, u b'hekk qed iżżid it-tħassib dwar l-istabbiltà tagħha fit-tul." Said qal li, sal-lum, l-unika azzjoni li ttieħdet kienet il-pubblikazzjoni ta' sejħa għall-offerti mill-Ministeru f 'Awwissu għal inġinier strutturali warrantjat sabiex jevalwa l-miżuri ta' konsolidazzjoni meħtieġa għal strutturi ta' wirt storiku madwar Għawdex. "Apparti applikazzjoni għall-iżvilupp li tmur lura għall-1996, jidher li ma hemm l-ebda xogħol ippjanat fuq dan is-sit għal dan is-seklu," qal Said. Il-bajja ta' Qui-Si-Sana fis-Sliema ngħalqet temporanjament għall- għawm ilbieraħ wara li kuntrat- tur li kien qed iwettaq xogħlijiet fit-triq għamel ħsara f 'pajp tad- drenaġġ. Fi stqarrija fuq Facebook, il-Kun- sill Lokali tas-Sliema qal li l-pajp ġarrab ħsarat estensivi u li l-Kor- porazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) qed taħdem biex isewwih. Il-Kunsill appella lill-pubbliku biex jirrispetta l-għeluq temporan- ju u ma jgħumx fiż-żona sakemm jitlestew ix-xogħlijiet u l-awtor- itajiet kompetenti jikkonfermaw li l-kwalità tal-ilma reġgħet hija sigura għall-għawm. Żied li qed isegwi s-sitwazzjoni mill-qrib flimkien mal-Water Ser- vices Corporation u mal-awtoritaji- et l-oħra kkonċernati, u se jkompli jinforma lill-pubbliku hekk kif ikun hemm aktar żviluppi. Qui-Si-Sana tingħalaq temporanjament għall-għawm wara ħsara f 'pajp tad-drenaġġ It-Torri ta' Kenuna tħalla jiddeterjora minkejja r-riskju dejjem jikber ta' kollass Raġel jinstab ħati b'offiża volontarja li kkawżat ġrieħi gravi u jingħata sena ħabs JAELLE BORG Il-Qorti sabet lil Miguel Portelli ħati ta' offiża volontarja li kkawżat ġrieħi gravi fuq il-vittma wara argument li seħħ quddiem Michele's Café & Restaurant, fi Triq il- Maskli, San Pawl il-Baħar, fid-29 ta' Marzu 2023. Il- każ ġie deċiż mill-Qorti fit-2 ta' Lulju 2026. Skont il-provi mressqa fil-Qorti, l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11am meta nqalgħet tilwima bejn iż-żewġ irġiel. Il- vittma, xehed li kien qed joħroġ mill-istabbiliment meta ġie avviċinat mill- imputat, li allegatament tah daqqa ta' sieq fiż- żona tax-xellug ta' sidru wara skambju ta' kliem. Spjega kif waqa' mal-art u sussegwentement beda jħoss uġigħ qawwi u kellu bżonn kura medika. L-imputat ċaħad li kien ta daqqa ta' ponn jew ta' sieq lill-vittma u sostna li kien biss ikkonfrontah verbalment wara li allegatament kien qed isofri ħsarat fil-proprjetà tiegħu. Huwa qal ukoll li l-konfront kien ġie rreġistrat mis-sistema tas- CCTV tal-istabbiliment. Fil-kawża xehdu wkoll diversi persuni, fosthom, uffiċjali tal-Pulizija, it- tabib Dr John Bondin u l-espert mediku Alec Sultana. Ir-rapport mediku kkonferma li l-vittma kien sofra ksur fil-ħdax-il kustilja tax-xellug, ġrieħi li ġew ikklassifikati bħala gravi. Aktar tard, espert mediku stabbilixxa wkoll li l-vittma ġarrbet diżabilità permanenti ta' ħamsa fil- mija bħala konsegwenza diretta tal-ġrieħi. Fis-sentenza tagħha, il-Qorti qalet li l-prosekuzzjoni rnexxielha tipprova l-każ lil hinn minn kull dubju raġonevoli. Il-Qorti ma laqgħetx il- verżjoni tad-difiża u sabet li l-evidenza medika, ix- xhieda u ċ-ċirkostanzi tal- każ kienu jikkorroboraw lil xulxin. Il-Qorti osservat ukoll li l-imputat kien reċidiv, wara li ġew ippreżentati provi ta' kundanna preċedenti li kienu ssodisfaw ir- rekwiżiti legali biex tiġi stabbilita r-reċidiva. Għaldaqstant, Miguel Portelli nstab ħati tal- akkużi relatati mal-offiża volontarja li kkawżat ġrieħi gravi u ġie kkundannat sena priġunerija. Il-Qorti ordnat ukoll li jinħareġ Ordni ta' Trażżin favur il- vittma għal perjodu ta' tliet snin, filwaqt li wissiet lill- ħati dwar il-konsegwenzi jekk jikser l-ordni. Barra minn hekk, ġie ordnat iħallas l-ispejjeż tal-kawża skont il-liġi. L-Avukata Francesca Zarb dehret għall-vittma filwaqt li Jose Herrera deher għall-akkużat.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 July 2026