MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 July 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545724

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

Xahar wara l-elezzjoni, silenzju assolut dwar il-ħatra tal-Prim Imħallef 03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2026 JAELLE BORG Silenzju assolut mill-Gvern u l-Oppożizzjoni fuq jekk sarx progress fid-diskussjonijiet bejniethom dwar il-ħatra ta' Prim Imħallef ġdid. Din il-gazzetta ppruvat issaqsi jekk id-diskuss- jonijiet reġgħux bdew iżda bqajna bla risposta. Aktar minn xahar wara l-elezzjo- ni, għadu mhux ċar jekk il-Gvern u l-Oppożizzjoni komplewx jiddiskutu l-ħatra tal-Prim Imħallef il-ġdid, minkejja li l-kwistjoni ilha fuq il-mejda għal diversi xhur. Din il-gazzetta ikkuntattjat lill-kelliem tal-Partit Nazzjonal- ista għall-Ġustizzja Joe Giglio u lill-Ministru tal-Ġustizzja, Clion Grima biex ikun stabbilit jekk sarux aktar laqgħat bejn iż-żewġ naħat, jekk id-diskussjonijiet għadhomx għaddejjin, u x'inhu l-akbar ostaklu li qed iżomm milli jintlaħaq qbil. Minkejja dan, il-kelliem tal-Par- tit Nazzjonalista għażel li ma jweġibx filwaqt li bqajna bla rispos- ta mill-Ministru Clion Grima. Il-Prim Imħallef Mark Chetcuti għalaq 68 sena f 'Jannar u bil-liġi kellu jirtira. Izda l-Kostituzzjoni tipprovdi li Prim Imħallef jibqa' fir-rwol tiegħu sakemm jinħatar suċċessur. Il-ħatra tal-Prim Imħallef hija waħda mill-aktar ħatriet istituzz- jonali importanti fil-pajjiż. Il-Prim Imħallef imexxi l-ġudikatura. Għalhekk, il-persuna magħżula trid tgawdi fiduċja wiesgħa kemm fil-Parlament kif ukoll fil-qasam ġudizzjarju. Il-problema ewlenija hija li, skont ir-riformi kostituzzjonali introdotti fl-aħħar snin, il-ħatra ma tistax issir b'deċiżjoni tal-Gvern waħdu. Il-Kostituzzjoni titlob vot ta' żewġ terzi tal-Kamra tad-Dep- utati, li jfisser li l-Gvern u l-Op- pożizzjoni jridu jsibu kandidat li fuqu jista' jkun hemm qbil. Dan il-mekkaniżmu kien maħsub biex isaħħaħ il-kunsens is- tituzzjonali u jnaqqas il-perċezzjo- ni ta' ħatriet partiġġjani fil-quċċata tal-ġudikatura. Iżda fl-istess waqt, meta ż-żewġ naħat ma jaslux għal ehim, il-proċess jista' jeħel. Il-kwistjoni kienet diġà tqajmet xhur ilu hekk kif bdiet toqrob il-bidla fit-tmexxija tal-ġudikatura. Madankollu, minn dak iż-żmien 'l hawn, ma kien hemm l-ebda aġġor- nament sostanzjali pubbliku dwar jekk il-laqgħat komplewx jew jekk il-partijiet resqux eqreb lejn ehim. Il-fatt li issa għadda wkoll aktar minn xahar mill-elezzjoni kompla jqajjem mistoqsijiet dwar jekk il- proċess waqafx minħabba l-kam- panja elettorali jew jekk hemmx nuqqas ta' qbil aktar profond dwar il-persuna li għandha tintgħażel. Sorsi politiċi li tkellmu dwar il-kwistjoni fix-xhur li għaddew indikaw li l-akbar sfida mhijiex biss li tinstab persuna b'esperjenza legali u ġudizzjarja biżżejjed, iżda wkoll xi ħadd li ż-żewġ naħat jistgħu jaċċettaw mingħajr ma jidher li xi partit ċeda lill-ieħor. Din mhijiex ħatra ordinarja. Il- Prim Imħallef għandu rwol ċentrali f 'istituzzjoni li f 'dawn l-aħħar snin kienet taħt pressjoni kbira minħab- ba l-ammont ta' kawżi, dewmien fil-Qrati u diskussjonijiet kontinwi dwar ir-riżorsi u l-effiċjenza tas-sis- tema ġudizzjarja. Għalhekk, il-ħatra li jmiss mhi- jiex biss kwistjoni ta' min se jmexxi l-qrati, iżda wkoll sinjal politiku dwar kemm il-partiti l-kbar huma kapaċi jilħqu ehim fuq ħatriet istituzzjonali sensittivi. Jekk ma jintlaħaqx qbil, il-pajjiż jirriskja li jerġa' jsib ruħu f 'sitwa- zzjoni fejn kariga ewlenija tibqa' mdendla minħabba nuqqas ta' kunsens politiku. Dan jista' jżid il-pressjoni fuq il-Gvern u l-Op- pożizzjoni biex jispjegaw fejn waslu d-diskussjonijiet u għaliex il-proċess għadu ma ngħalaqx. S'issa, la l-Gvern u lanqas il-Partit Nazzjonalista ma ħabbru pubblikament jekk hemmx kandi- dat maqbul jew jekk il-laqgħat bejn iż-żewġ naħat humiex se jerġgħu jibdew dalwaqt. Din il-gazzetta talbet lill-parti- jiet jikkonfermaw jekk sarux aktar laqgħat wara l-elezzjoni, jekk id-diskussjonijiet għadhomx għaddejjin, u x'inhu l-punt li qed iżomm milli jintlaħaq ehim. Dan il-ġurnal bagħat mistoqsijiet lil Clifton Grima u Joe Giglio dwar jekk komplewx id-diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni fuq il-ħatra tal-Prim Imħallef, wara xhur ta' stennija u nuqqas ta' aġġornamenti pubbliċi. Bqajna bla risposti. AVVIŻ GĦAL SEJĦA TA' PROPOSTI FAVUR PROĠETTI TAĦT Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (2021-2027) Il-Ministeru għall-Fondi Ewropew, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur qed iħabbar it-tnedija ta' sejħa għal proposti favur proġetti kif indikat hawnhekk: Objettiv Speċifiku 1.1 – It-tisħiħ tal-attivitajiet marbutin ma' sajd sostenibbli mil-lat ekonomiku, soċjali u ambjentali. Din is-sejħa hija miftuħa għas-sajjieda kollha bil-liċenzja MFA u MFB, u ser tiffoka b'mod speċifiku fuq investimenti abbord bastimenti tas-sajd. L-iskop tas-sejħa mhuwiex li tikber il-qabda tal-ħut imma li togħla l-kwalita' filwaqt li titjib l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Il- miri tas-sejħa huma dawn: 1. Titjib tas-saħħa, is-sigurta' u l-kundizzjonijiet tax-xogħol abbord bastimenti tas-sajd; 2. Qabża fl-effiċjenza tal-enerġija wżata fuq il-bastimenti tas-sajd b'risposta kontra l- effetti tat-tibdil tal-klima; 3. Żieda tal-valur miżjud jew titjib fil-kwalita' tal-ħut maqbud meta s-sajjieda jitħallew jinvestu abbord għal dan il-għan; 4. Investimenti mmirati favur titjib fit-tkessiħ u t-tqandil tal-ħażna abbord – dawn mistennija jisbqu r-rekwiżiti minimi; 5. Tagħmir li jtejjeb is-selettivita' skont id-daqs jew tal-ispeċi tal-irkaptu; 6. Tagħmir biex tispiċċa jew titnaqqas qbid mhux mixtieqa ta' stokkijiet kummerċjali ħalli b'hekk tinqered il-problema tar-rimi ta' ħut. Applikanti prospettivi jistgħu jiksbu l-formula tal-applikazzjoni onlajn fuq https://fondi.eu/what-funding-is-available/emfaf-call-investments-on-board-fishing- vessels/. L-applikazzjonijiet iridu jiddaħħlu elettronikament permezz tal-portal tal-Fondi Strutturali – sfd.gov.mt/application sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru, 2026 f'nofsinhar. Kwalunkwe mistoqsija tista' tintbagħat permezz ta' email fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt Clifton Grima (fuq xellug) u Joe Giglio (fuq lemin) siekta fuq jekk sarx progress biex jinħatar suċċessur għall-Prim Imħallef Mark Chetcuti (lemin)

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 July 2026