Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545724
15 kotba IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2026 • illum Miġjuba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil-ġimgħa, Michaela Pia Camilleri taqra l-aħħar ktieb mis-serje tal-investigatur virtwali Irvin Vella — Il-Każ tal-Bottegin tax-Xorti — u tistqarr li xorbot dan il-ktieb bl-istess ħeġġa li kienet tiekol il-kotba tad- ditektivs meta kienet żgħira tiġri minn librerija għal oħra. Meta l-kbar jittawlu liż-żgħar Meta kont żgħira, il-kotba tal-avventuri u tad-ditektivs kont nikolhom – ġieli anke tnejn f 'ġurnata. L-ixkafef tal-li- brerija tar-raħal bil-kotba ta' Enid Blyton, li fosthom kellha s-serje ta' e Five Find-Outers, kont inħotthom kull nhar ta' Sibt, u kienu jsibu ruħhom lura f 'posthom malli terġa' tiaħ il-librerija t-Tnejn ta' wara. L-istess il-kotba ta' Anthony Horowitz, li kellu s-serje e Diamond Brothers — ma nafx x'kien iżidilhom fil-paġni l-kotba tiegħu. Kull Novembru, fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, ngħaddi nimxi b'pass mgħaġġel minn ħdejn il-kotba taż-żgħar — għadu naqra 'l bogħod għalija ż-żmien li nixtri dawn il-kotba, sakemm ma nsirx zija. Però b'xi mod, minkejja l-għaġla, għa- jnejja dejjem kienu jaqgħu fuq sett kotba bi qxur b'illustrazzjonijiet sbieħ u kku- luriti — is-serje tal-investigatur privat Irvin Vella, miktubin mill-awtur John A. Bonello u ppubblikati minn Merlin Pub- lishers. Ikolli nammetti li ġieli tirbaħli l-filosofija tal-Malti li jgħid li l-ewwel ma tiekol l-għajn — il-qoxra ta' ktieb iżjed importanti milli ħafna lesti jammettu. Kull darba li nara dan is-sett ta' kotba, issa li għalaqt kwart ta' seklu, kont ġieli ngħid lili nnifsi li aħjar twelidt xi għaxar snin wara daqskemm sar għandhom kotba sbieħ it-tfal illum il-ġurnata. Im- bagħad irrealizzajt li xejn mhu jwaqqafni milli naqrahom. Kif jgħidu, sinjal li ktieb tat-tfal huwa tajjeb huwa meta jieħdu gost jaqrawh anke l-kbar. Fl-opinjoni tiegħi, id-disa' ktieb ta' din is-serje, Il-Każ tal-Bottegin tax-Xorti, immirat għal tfal bejn disa' u erbatax-il sena, jaqa' f 'din il-kategorija. Il-kitba hija matura, minkejja li adattata għat-tfal, u ma tinħassx patronizzanti, iżda tirrispetta lil qarrejja ta' kull età. Dan il-ktieb huwa introduzzjoni tajba ħafna għall-ġeneru tar-rumanz polizjesk, jew tal-kotba tad-ditektiv, jew kif jgħid- ulha bl-Ingliż, tal-whodunit. L-istorja ssegwi struttura klassika ta' ħafna ru- manzi polizjeski, inkluż dawk ta' Agatha Christie: dik triptika, fejn il-plott jiaħ bid-delitt (l-issettjar), ikompli bl-inves- tigazzjoni (il-konfrontazzjoni) tas-sus- pettati, u jispiċċa bl-iżvelar tal-kriminal (ir-reżoluzzjoni) quddiem kulħadd. Fid-daħla naraw l-inċident iseħħ quddiem għajnejna, u niltaqgħu mal-vitt- ma tal-każ, il-qarrejja tax-xorti Madame Delphia, li tinduna li daħal xi ħadd fil-bottegin tagħha, u tispiċċa l-isptar wara li bil-qatgħa tiżloq, taqa' u taħbat rasha ma' kexxun miuħ. Fil-kapitli ta' wara niltaqgħu mal-investigatur privat Irvin Vella, li fl-aħħar kiseb il-liċenzja t'investigatur privat u li bis-saħħa ta' nanntu akkwista l-ewwel każ uffiċjali tiegħu. Minn investigazzjoni fuq Mad- ame Delphia u s-somom kbar ta' flus li kienu qed jagħtuha l-klijenti tagħha, kol- lox jinqaleb ta' taħt fuq, u l-investigatur privat jispiċċa jinvestiga l-każ tad-delitt kontriha, sakemm Madame Delphia fl- aħħar tiġi f 'tagħha u toħroġ mill-koma li kienet fiha, u bi tmiem sodisfaċenti, Irvin jiskopri min kien li daħal fil-bot- tegin tagħha u kważi bagħatha l-qabar. B'mod tipiku għal ktieb ta' dan il-ġeneru, matul l-istorja l-qarrej jingħata ħjilijiet żgħar dwar min wettaq id-delitt, bla ma jkunu wisq ovvji, u li fl-aħħar jissodisfaw lill-qarrej attent. Dan il-ktieb joqgħod tajjeb waħdu — m'hemmx bżonn taqra l-kotba l-oħra fis-serje biex tiem x'inhu jiġri u min huma l-karattri — u l-awtur Bonello kapaċi sew isawwar id-dinja tal-ktieb, b'karattri mlaħħmin u djalogu naturali li jiġbdek lejhom. Għoġobni ħafna mument minnhom fejn fid-29 kapitlu, naraw il-perspettiva tal-qattus ta' Madame Delphia, Nefi, li jsir karattru ħaj fl-istorja, u jagħtina stampa iżjed litterali ta' x'qed jara madwaru, mingħajr il-perspettiva tal-umani, bil-preġudizzji tagħhom. Dan il-mument fl-istorja importanti għaliex mument li jidher innoċenti u normali għal qattus, isir kruċjali għal dawk li kienu attenti tul l-istorja kollha fl-iżve- lar tal-ħati. Din id-dissonanza toħloq tensjoni ħelwa fin-narrattiva tal-istorja li ġġiegħel 'il-qarrej ikompli jaqra u jiskopri jekk kellux raġun. Infatti, il-kitba mexxejja ta' Bonello toħloq antiċipazz- joni li tikkulmina fi tmiem sodisfaċenti, u li ġġiegħlek tkompli taqrah u tixorbu f 'ġurnata waħda. Tajjeb li nsemmi li ħadt gost naqra ktieb ta' dan il-ġeneru li jinħass Mal- ti, fejn jissemmew toroq il-Belt li spiss ngħaddi minnhom, u jingħadu espress- jonijiet Maltin minn karattri li jinħassu Maltin. Għoġobni wkoll l-użu b'mod naturali u mhux sfurzat ta' kliem iżjed eżoteriku bil-Malti, fosthom lingwaġġ marbut mal-qari tax-xorti, bħat-tarokki, u l-astroloġija. Ma jonqosx ukoll li nsemmi l-illus- trazzjonijiet ta' Francesca Grech li fuq kollox ħajruni naqra l-ktieb malli lmaħt il-qoxra, u li jkomplu jsebbħu l-paġni ta' ġewwa. Il-pinna ta' Grech konsistenti u toħloq kontinwazzjoni importanti bejn il-kotba f 'din is-serje. Nammetti li t-tifla ta' ġewwa fija ħadet gost tqalleb qalb dawn l-illustrazzjonijiet ħelwin, u li rari ssibhom fil-kotba tal-adulti. Forsi mhix idea ħażina nintroduċuhom f 'tal-kbar ukoll — il-ħajja adulta fiha biżżejjed griż ġo fiha. Ikolli ngħid l-istess għat-tipa kbi- ra, li għajnejja (l-erbgħa li huma) ħadu gost ferm biha. Jien u nikteb il-konklużjoni, kont ħa ngħid illi li kieku kelli tnax-il sena, dan il-ktieb kont naħu mill-ewwel, bħalma kont nagħmel dak iż-żmien bil-Famous Five. Iżda anke issa li m'għadnix ngħodd maż-żgħar, ħtau f 'ġurnata, u kien nifs ħelu mit-toqol tal-ħajja tal-kbar. Forsi tajjeb li aħna l-kbar kultant nittawlu wkoll lejn l-ixkafef taż-żgħar.

