Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545897
05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2026 Wara li tfarrket statwa storika waqt produzzjoni internazzjonali fil-Belt Valletta, l-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu qed tappella għal aktar kordinazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-organizzaturi ta' attivitajiet "Jeħtieġ aktar kordinazzjoni " – L-Għaqda Madonna tal-Karmnu tappella għal pjan ċar wara l-inċident tal-istatwa fil-Belt Souvenirs tal-Mulej JAELLE BORG Il-ħsara li ġarrbet statwa storika tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu waqt xogħol relatat ma' produzzjoni internazzjonali fil-Belt Valletta qan- qlet dibattitu nazzjonali dwar il-pro- tezzjoni tal-patrimonju kulturali u t-tradizzjonijiet tal-festi Maltin. L-inċident seħħ proprju fil-jiem tal-festa u wassal biex l-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu Val- letta ħarġet stqarrija qawwija fejn esprimiet id-diżappunt tagħha dwar is-sitwazzjoni. Fl-istqarrija, l-Għaqda qalet li wara xhur ta' preparazzjoni u ġimgħat ta' armar, il-voluntiera kienu waslu f 'punt fejn "issa żżejj- ed", filwaqt li saħansitra ddikjarat li kienet se tieqaf tkompli bl-armar jekk ma jittiħdux passi konkreti biex jiġu protetti l-festi. L-istqarrija qanqlet mijiet ta' reazz- jonijiet fuq il-midja soċjali. Bosta per- suni esprimew solidarjetà mal-Għaq- da u sostnew li l-festi tradizzjonali qed jingħataw inqas importanza minn attivitajiet kummerċjali jew pro- duzzjonijiet internazzjonali. Oħrajn argumentaw li Malta għandha tkun kapaċi tilqa' produzzjonijiet barranin mingħajr ma jiġu kompromessi l-pat- rimonju kulturali u t-tradizzjonijiet li jiffurmaw parti mill-identità tal-pajjiż. Ftit sigħat wara, iżda, il-każ ħa żvolta differenti meta ġie kkonfermat li ntlaħaq ehim bejn il-kumpanija tal-produzzjoni u l-Għaqda. Il-kump- anija aċċettat li tiffinanzja r-restawr tal-istatwa u tal-pedestall tagħha. Julian Vassallo, Chairperson tal-Għaqda Festa Madonna tal-Karm- nu Valletta, spjega lil din il-gazzetta li minkejja l-attenzjoni kollha li ngħatat lill-produzzjoni tal-film, din ma kinitx il-kawża ewlenija tal-frustrazzjoni tal-Għaqda. "L-akbar diffikultajiet li niltaqgħu magħhom huma relatati mal-ħsarat li jsiru lill-armar waqt il-perjodu tal-festa. Kull sena jkollna każijiet fejn trakkijiet jew vetturi kbar jolqtu l-arbli u l-armar, u dawn il-ħsarat jiswew ħafna xogħol u flus biex jissewwew." Dwar il-każ tal-istatwa, Vassallo qal li sar rapport immedjatament wara l-inċident u spjega li bħalissa l-istatwa tinsab f 'laboratorju tar-restawr fejn qed isir kull sforz biex tissewwa bl-aħ- jar mod possibbli. Huwa żied li kemm il-kumpanija tal-produzzjoni kif ukoll il-Ministeru kkuntattjaw lill-Għaqda sabiex jiġi assigurat li l-ispejjeż kollha tar-restawr jiġu koperti. "Għandna kuntatt magħhom u ġejna infurmati li l-ispejjeż relatati mar-restawr se jiġu mħallsa." Minkejja dan, Vassallo sostna li l-kwistjoni tmur lil hinn mill-inċident innifsu. Skontu, il-problema ewlenija hija n-nuqqas ta' kordinazzjoni bejn l-entitajiet involuti meta fil-Belt Val- letta jkunu qed isiru diversi attivitajiet fl-istess żmien. "Hemm bżonn aktar komunikazz- joni. Meta jkun żmien il-festa, għandu jkun hemm aktar kordinazzjoni biex ma jkunux qed isiru attivitajiet oħra li joħolqu diffikultajiet jew riskji għall-armar." Huwa qal ukoll li l-Għaqda tixtieq li wara li tgħaddi l-festa ssir laqgħa mal-awtoritajiet sabiex jitfassal pjan ċar għall-futur. "Nixtiequ li jkun hemm taħdit serju mal-awtoritajiet, mhux biss għall-fes- ta tal-Karmnu iżda wkoll għat-tliet festi l-oħra tal-Belt Valletta. L-għan mhuwiex li nwaqqfu attivitajiet oħra, iżda li kollox ikun organizzat b'mod li kulħadd ikun jista' jaħdem mingħajr ma jinħolqu problemi." Vassallo enfasizza wkoll li l-ħsarat lill-armar mhumiex xi ħaġa ġdida. "Dawn huma affarijiet li jiġru kważi kull sena. Għalhekk nixtiequ naraw pjan miiehem minn qabel biex kulħadd ikun jaf x'jista' jsir u fejn, u biex jiġu evitati sitwazzjonijiet bħal dawn." Filwaqt li l-każ tal-istatwa jidher li qed jinstablu soluzzjoni permezz tar-restawr li se jkun iffinanzjat mill-kumpanija tal-produzzjoni, l-Għaqda tgħid li tittama li dan l-episodju jservi ta' punt tat-tluq għal diskussjoni usa' dwar kif il-festi tradizzjonali, il-patrimonju kultur- ali u attivitajiet oħra jistgħu jeżistu flimkien permezz ta' ppjanar u kordi- nazzjoni aħjar. Għall-Għaqda, il-messaġġ ewlieni jibqa' wieħed: mhux li jitwaqqfu produzzjonijiet jew attivitajiet oħra, iżda li jkun hemm pjan miiehem bejn il-partijiet kollha sabiex il-festi, li jiddependu fuq il-ħidma ta' mijiet ta' voluntiera, ikunu jistgħu jsiru b'mod sigur u mingħajr ostakli bla bżonn. Sakemm dan l-artiklu jasal għall-publikazzjoni, in- nirien tal-qilla u r-rabja li ħakmu d-deżert niexef li hi l-midja soċjali jkunu battew u sar biss ġamar. Is-Sibt 11 ta' Lulju statwa ta' 'l fuq minn 100 sena li tintrama għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt tfarrket, allegatament vittma ta' inċident minn gaj ta' nies li kienu qed jaħdmu fuq film fi Pjazza San Ġorġ. Għal dawk li jafuni jiena mejda tal-qubbajd (hekk kif ġentilment ifakkruni sħabi). Jien imsaħħar mhux biss bir-ritwal u l-ispettaklu tal-festi, iżda bil-mod kif il-festi jitfgħu dawl fuq il-bnedmin. Jekk trid tiem għalfejn in-nies taħseb kif taħseb, u tivvota kif tivvota, għalfejn isawru l-biżgħat tagħhom f 'razziżmu bla rażan, u għalfejn huma indifferenti għall-isfidi kbar li għandna quddiemna – inżel sal-festa. Il-festi huma l-kejl li bih nistgħu nkejlu s-soċjetà li ngħixu fiha. Mhux ta' b'xejn li l-politikanti jmorru bi ħġarhom sabiex jintgħoġbu ma' dawn il-komunitajiet, mhux biss permezz ta' għotjiet ta' flus, iżda permezz ta' wirjiet it dinjitużi quddiem ix-xbihat sagri. L-ironija li tara l-istess nies li tant kienu mqanqlin bil-qilla wara l-inċident tas-Sibt li għadda jieħdu b'idejn dawk li huma responsabbli għall-politika li wasslitna f 'din is- stwazzjoni, ma tistax tiġi injorata. M'iniex se nagħmel tabirruħi li qed nitkellem f 'isem il-komunità Beltija, wisq anqas dik tal-festi, jew li fadal minnhom. Li kieku dan l-inċident ġara 20 jew 30 sena ilu, din kienet tkun biss aħbar ċkejkna f 'xi gazzetta. Fil-fatt, dan mhuwiex l-ewwel inċident ta' dan it-tip – inċident simili qered statwa ta' San Vinċenz Ferrer li kienet tintrama għall-festa ta' San Duminku fil-Belt stess. Iżda dan kien meta l-Belt kienet belt, mhux attrazzjoni turistika. Ejjew inpoġġu saqajna mal-art: miljuni ta' ewro ġew ippumpjati fil-Belt Valletta. Bini żdingat ġie rrestawrat, knejjes salvati, bini pubbliku mreġġa' lura għall- pajjiż. Wieħed irid biss jara l-Palazz tal-Gran Mastri, il-Valletta Design Cluster, u s-Suq tal-Belt. Għandi x-xorti li naħdem f 'wieħed minn dawn il-monumenti – l-investiment huwa reali u ġenwin. Miljuni ġew ukoll ippumpjati f 'għaqdiet volontarji, fosthom dawk marbutin mal-festi, liema fondi salvawhom milli jagħlqu darba għal dejjem. Iżda meta tiżen kollox, xi rbaħna? Lura fl-2014 kont bdejt il-vjaġġ tiegħi għall-kisba tad-Dottorat. Għażilt li naħdem fuq il-Belt – hawn kelli quddiemi komunità li qed tinbidel, li f 'daqqa waħda sabet ruħha fiċ-ċentru tal-attenzjoni internazzjonali permezz tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018. Dak iż-żmien il-kelma 'Valletta' saret sinonima mal- 'kultura'. Saret ukoll marka tad-ditta – kulħadd ried biċċa mill-Belt. Wieħed mill-ewwel eżerċizzji kien li nintervista 100 ruħ li b'xi mod marbutin mal-Belt – imwielda, imrobbija jew jaħdmu fil-kapitali. Sakemm lestejt ir-riċerka fl-2018, nofshom kienu telqu mill-Belt darba għal dejjem. Il-Belt kienet qed tiġi żventrata. Minn Alexander Vella Gregory Kompożitur, Riċerkatur u Mużiċist "Il-festi huma l-kejl li bih nistgħu nkejlu s-soċjetà li ngħixu fiha" Statwa ta' 'l fuq minn 100 sena li tintrama għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt tfarrket, allegatament vittma ta' inċident minn gaj ta' nies li kienu qed jaħdmu fuq film fi Pjazza San Ġorġ

