MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 July 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545897

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

IL-ĠURI TA' YORGEN FENECH analiżi IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2026 • illum 06 IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Hu kompla jgħid li Theuma kien qallu dwar is-somma ta' €150,000 li, skont hu, kien irċieva mingħand Yorgen Fenech biex jgħaddiha lill-aħ- wa Degiorgio. Żied li Theuma kien semmielu wkoll ammonti oħra ta' flus, u qal li kull ġimgħa kien jagħti flus lil persuna marbuta mal-aħwa Degiorgio. Brincat qal li Theuma kien irrak- kontalu wkoll dwar il-"phantom job" tiegħu, u kif kien Yorgen Fenech li qallu biex imur Kastilja, fejn aktar tard beda jitħallas mill-Gvern minkejja li, skont il-prosekuzzjoni, ma kien jagħmel l-ebda xogħol. Mistoqsi għaliex Theuma kien jem- men li Schembri kien involut, Brincat wieġeb li dan kien għaliex Fenech kien isemmi lil Schembri ta' spiss, minkejja li l-konversazzjonijiet bejn Theuma u Schembri kienu jikkonċernaw biss il-phantom job. "Għalhekk għedtlu biex ma jmurx jitlob flus lil Keith Schembri, għax x'jiġri jekk Schembri ma kien jaf xejn dwar il-pjan tal-qtil?" xehed Brincat. Il-ġuri qed jinstema' quddiem l-Imħallef Edwina Grima. Dil-ġimgħa spikkaw allegazzjonijiet ġodda, xhieda estensiva ta' persuni involuti fil-każ, evidenza forensika u investigattiva, kif ukoll kontroeżamijiet intensi. Din hija ħarsa lejn dak kollu li seħħ matul il-11-il jum tal-ġuri sal-iżviluppi tas-16-il jum, aġġornati sas-11:00 ta' filgħodu. Il-11-il jum Vince Muscat jirrakkonta kif allegatament ġie ppjanat u mwettaq il-qtil Il-ġimgħa fetħet bix-xhieda twila ta' Vince Muscat, magħruf bħala "Il- Koħħu", li ta rendikont dettaljat tal-av- venimenti li, skontu, wasslu għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Muscat sostna li fl-2015 kien jeżisti pjan inizjali biex tinqatel il-ġurnalista. Huwa allega li George Degiorgio kien qallu li Chris Cardona ried "jeħilsu" minn Daphne Caruana Galizia u li kien intlaħaq qbil fuq ħlas ta' €150,000. Skont Muscat, dan il-pjan qatt ma twettaq minħabba li d-depożi- tu mistenni ma tħallasx. Ix-xhud spjega kif aktar tard, qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2017, reġa' beda pjan ġdid li fih daħal ukoll Melvin Theuma bħala allegat sensar. Huwa rrakkonta kif saru osservazzjonijiet tad-dar u tal-movimenti ta' Daph- ne Caruana Galizia, kif kien hemm attentati li fallew, fosthom waqt in- Notte Bianca, u kif finalment, fis-16 ta' Ottubru 2017, tqiegħdet u ġiet attivata l-bomba li qatlet lill-ġurnalista. Muscat għamel ukoll allegazzjonijiet oħra, fosthom li Alfred Degiorgio kien jiltaqa' ma' Chris Cardona biex jikseb informazzjoni dwar l-investigazzjoni, allegatament permezz tal-Eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta. Xehed ukoll li huma kienu jafu minn qabel b'rejd tal-pulizija fit-tinda tal-patata fil-Marsa. It-12-il jum Il-kontroeżami ta' Muscat u mistoqsijiet dwar il-pjan tal- 2015 Fit-12-il jum, Vince Muscat għadda minn kontroeżami estensiv mid-difiża. Muscat ikkonferma li George Degiorgio kien xtara mowbajl appos- ta biex jibgħat messaġġi lil Daphne Caruana Galizia, filwaqt li kien qed jippretendi li kien qed jgħaddilha informazzjoni. Huwa qal ukoll li l-ġurnalista kienet wieġbet darba biss u kienet issuġġeriet laqgħa wiċċ imb wiċċ. Id-difiża ffukat ukoll fuq l-allegat pjan tal-2015, fejn Muscat qal li, skont dak li kien qallu George Degiorgio, l-Avukat David Gatt kellu jieħu sehem mill-ħlas miftiehem. Dwar Chris Car- dona, iżda, Muscat qal li, sa fejn jaf hu, "kellu ħafna paroli", filwaqt li tenna li l-pjan qatt ma twettaq. Ix-xhud xehed ukoll dwar il-kuntatti tiegħu mal-Pulizija wara l-arrest u qal li beda jikkopera fl-2018 bit-tama li jingħata maħfra presidenzjali. It-13-il jum Jixhdu Alfred u George Degiorgio Wieħed mill-aktar jiem drammatiċi tal-ġimgħa kien dak li fih xehdu Al- fred u George Degiorgio. Alfred Degiorgio rrifjuta jwieġeb il-parti l-kbira tal-mistoqsijiet li saru- lu. Minkejja li semma lil Chris Cardo- na, Keith Schembri u David Gatt, ma ta l-ebda evidenza li ssostni l-alle- gazzjonijiet tiegħu. Minħabba r-rifjut tiegħu li jwieġeb, il-Qorti ordnat li jaffaċċja proċeduri ta' disprezz. George Degiorgio, min-naħa tiegħu, sostna li t-taħditiet tiegħu mal-Pulizija dwar maħfra presidenzjali twaqqfu meta qal li kien lest jitkellem dwar Chris Cardona u Keith Schembri. Huwa ta wkoll il-verżjoni tiegħu tal-al- legat pjan tal-2015, fejn allega li kien hemm laqgħat ma' Cardona u David Gatt u li kien intlaħaq qbil fuq ħlas biex tinqatel Daphne Caruana Galizia. Dawn l-allegazzjonijiet dejjem ġew miċħuda mill-persuni msemmija. Qabel dawn ix-xhieda, il-Krimi- nologu Saviour Formosa ppreżenta rikostruzzjoni tridimensjonali tax-xe- na tad-delitt, filwaqt li lejn tmiem il-ġurnata beda jixhed ukoll is-Supre- tendent Nicholas Vella. L-14-il jum L-investigazzjoni dwar Melvin Theuma Fis-seduta ta' wara kompla jixhed is-Supretendent Nicholas Vella, li ffoka fuq l-investigazzjoni dwar Melvin Theuma. Vella spjega kif il-pulizija investi- gat komunikazzjonijiet bejn Kenneth Brincat u l-Eks Kummissarju tal- Pulizija Lawrence Cutajar, identifikati mill-Europol, u qal li dawn ġew eżami- nati wkoll mis-servizzi sigrieti. Huwa ta wkoll dettalji dwar l-arrest ta' Theuma fl-2019 u dwar il-kaxxa li kienet fiha mowbajls, recorder, USBs u dokumenti, inklużi screenshots ta' chats ma' Yorgen Fenech u r-ritratt magħruf ta' Theuma ma' Keith Schem- bri. Ix-xhud qal ukoll li waqt tfittxijiet fuq proprjetajiet marbuta ma' Theuma nstabu aktar minn €790,000 fi flus kontanti, flimkien ma' apparat elet- troniku, vetturi u dokumentazzjoni. Il-15-il jum Evidenza forensika dwar il- bomba u pagamenti lill-familji tal-akkużati Il-ġurija semgħet ukoll ix-xhieda tal-espert tal-Europol Mario Cmarec, li ta spjegazzjoni teknika dwar il-bom- Ġimgħa oħra ta' allegazzjonijiet, evidenza forensika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 July 2026