MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 July 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545897

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

07 analiżi illum • IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2026 JAELLE BORG Hekk kif il-ġuri ta' Yorgen Fenech dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia kompla javvanza, l-iffukar ma baqax biss fuq l-akkużat. Matul il-ġranet ta' xhieda, diversi persuni li għal snin kienu fost l-aktar influwenti fil-politika, fil-korpi tal- Istat u fil-qasam legali reġgħu tfaċċaw fiċ-ċentru tal-attenzjoni wara li ssem- mew minn xhieda differenti. Għalkemm il-ġuri qed jiddetermina biss ir-responsabbiltà kriminali ta' Yorgen Fenech, ix-xhieda li nstemgħu sal-lum reġgħu qajmu mistoqsijiet dwar allegazzjonijiet li ilhom isiru għal snin. L-ironija hi li, minkejja li l-ġuri għandu akkużat wieħed biss, għal min qed isegwi l-proċeduri minn barra l-awla kultant jidher qisu qed jerġa' jinfetaħ album sħiħ tal-politika Maltija tal-aħħar għaxar snin. Kull jum iġib miegħu isem ieħor li xi darba kien jokkupa l-ewwel paġni tal-gaz- zetti. Huwa importanti li wieħed jenfa- sizza li dawn huma allegazzjonijiet li tressqu waqt il-proċeduri tal-Qorti. Diversi mill-persuni msemmija ċaħdu kull involviment. Keith Schembri Keith Schembri, l-Eks Chief of Staff fl-uffiċċju tal-Eks Prim Ministru Jo- seph Muscat,, huwa bla dubju wieħed mill-aktar ismijiet li ssemmew matul il-ġuri. Fl-ewwel ġranet tax-xhieda, il-ġurija semgħet dwar stqarrijiet attribwiti lil Yorgen Fenech li fihom allegatament issemma Schembri b'rabta ma' dak li kien qed iseħħ wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Aktar tard, l-investigatur ewlieni Keith Arnaud spjega wkoll kif komunikazzjonijiet u evidenza miġbura matul l-investigazz- joni wasslu biex l-isem tiegħu reġa' daħal fid-diskussjoni. L-akbar impatt wasal, iżda, meta George Degiorgio u Alfred Degiorgio semmew lil Schembri waqt ix-xhieda tagħhom, fejn għamlu allegazzjonijiet serji dwar l-allegat involviment tiegħu. Alfred Degiorgio allega li Schembri huwa involut żġur filwaqt li George Degiorgio spjega li fl-2017 ġie ordnat mingħand Melvin Theuma biex joqtol lil Daphne Caruana Galizia, George mar għand Chris Cardona biex isaqsi min għamel din l-ordni u Degiorgio allega li Cardona qallu b'mod sarkasti- ku, "u mhux Schembri." Chris Cardona Wieħed mill-aktar mumenti li ġibed l-attenzjoni kien meta George Degior- gio allega li kien jeżisti pjan separat biex Daphne Caruana Galizia tinqatel sa mill-2015. Skont ix-xhud, l-Eks Ministru Chris Cardona kien allegatament involut f 'dak il-pjan u kien sar ħlas bil-quddi- em. Aktar tard, Alfred Degiorgio wkoll semma lil Cardona meta beda x-xhieda tiegħu quddiem il-ġurija. Dawn huma allegazzjonijiet li Car- dona ċaħad kompletament. David Gatt L-Avukat David Gatt ukoll daħal fiċ-ċentru tal-attenzjoni meta ssemma kemm minn George kif ukoll minn Alfred Degiorgio, u anki minn Vince Muscat. Fix-xhieda tagħhom, allegaw li Gatt kellu rwol ta' kuntatt jew intermedjar- IKOMPLI FIL-PAĠNA LI JMISS L-ismijiet il-kbar li qed jissemmew fil-ġuri ba użata fil-qtil. Huwa qal li l-apparat splussiv kien tqiegħed taħt is-seat tas-sewwieq u kien fih bejn 300 u 400 gramma ta' splussiv ta' qawwa għolja, b'indikazz- jonijiet li seta' kien TNT. Aktar tard xehdu Lawrence Pace u Joseph Brincat, li qalu li Melvin Theuma kien jibgħat flus lill-familji ta' Alfred u George Degiorgio u Vince Muscat wara l-arrest tagħhom. Il-Qorti semgħet ukoll xhieda dwar dokumenti bankarji relatati ma' Theuma, kif ukoll dwar l-analiżi teknika ta' recordings u apparat elet- troniku elevat waqt l-investigazzjoni. Is-16-il jum Edgar Brincat jixhed dwar dak li qallu Melvin Theuma L-aħħar żviluppi waslu lbieraħ filgħodu, hekk kif il-Qorti semgħet ix-xhieda ta' Brian Farrugia u tal-Maġistrat Nadia Vella dwar vet- turi u dokumentazzjoni relatata ma' Melvin Theuma. Imbagħad beda jixhed Edgar Brin- cat, magħruf bħala "il-Ġojja", li qal li kien ilu jaf lil Melvin Theuma għal ħafna snin u li dan kien iqisu bħala figura ta' missier. Brincat xehed li Theuma kien qallu li kien is-sensar bejn Yorgen Fenech u l-aħwa Degiorgio u li kien għadda flus bejniethom. Qal ukoll li Theu- ma kien infurmah li Vince Muscat kien se jikkopera mal-awtoritajiet u li għalhekk ried imur hu stess għand il-pulizija biex jitlob maħfra presi- denzjali. Ix-xhud qal li kien ipprova jikkon- vinċi lil Theuma biex ma jagħmilx dan għax kien jemmen li l-persuni msemmija kellhom poter u kuntat- ti. Xehed ukoll dwar ir-recordings sigrieti li kien għamel Theuma u qal li kien hu stess li ssuġġerielu jinfor- ma lil Yorgen Fenech bl-eżistenza tagħhom bit-tama li "jgħinu". forensika u xhieda kruċjali Edgar Brincat, magħruf bħala "il-Ġojja"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 July 2026