Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545965
08 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2026 • illum aħbarijiet JAELLE BORG Twieldet Tarbija. Illum għand- ha sena. Iżda għall-Istat, kważi ma teżistix. Mingħajr missier rikonoxx- ut fil-liġi, il-konsegwenzi ma jiqfux ma' kwistjoni ta' kunjom jew identità. Mingħajr reġis- trazzjoni kompluta, il-futur tagħha jibda b'sensiela ta' ostakli amministrattivi u legali li jaffettwaw kull aspett tal-ħajja tagħha — mill-karta tal-identità sal-passaport, mill-benefiċċji soċjali sas-servizzi pubbliċi. Din hija l-qalba tal-każ li bħalissa jinsab quddiem il-Qor- ti tal-Familja u li mistenni jiġi appellat b'urġenza. Iżda lil hinn mill-fatti tal-każ hemm mistoqsija ferm akbar. Il-qrati Maltin qed jerġgħu jadottaw interpretazzjoni tal- liġi li kienet diġà ġiet ikkun- dannata mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem? X'inhu l-Artikolu 77A? L-Artikolu 77A tal-Kodiċi Ċivili ġie introdott biex jagħti lill-Qorti tal-Familja diskrezzjo- ni f 'każijiet fejn il-liġi tistab- bilixxi terminu ta' żmien biex tinfetaħ kawża dwar il-pater- nità, iżda dak it-terminu jkun diġà skada. Qabel ma ġie introdott dan l-artikolu, persuna li titlef it-terminu stabbilit mil-liġi kienet, fil-prattika, titlef ukoll id-dritt li tiftaħ il-kawża, anke jekk aktar tard joħorġu provi serji — bħal test tad-DNA — li juru li l-verità bijoloġika hija differenti minn dik irreġistrata. L-Artikolu 77A ma jneħħix dawn it-termini u lanqas ma jfisser li kull kawża tista' tin- fetaħ fi kwalunkwe ħin. Min- flok, jagħti s-setgħa lill-Qorti tal-Familja, fil-ġurisdizzjoni volontarja tagħha, biex taw- torizza l-ftuħ ta' azzjoni wara li jiskadi t-terminu legali jekk tkun sodisfatta li hemm raġuni- jiet validi u ġustifikati għaliex il-kawża ma nfetħitx fil-ħin. Dan ifisser li l-Qorti trid l-ewwel tiddeċiedi jekk hemmx bażi biex tippermetti li l-kawża tinstema', u mbagħad biss tidħol fil-mertu tal-każ u tevalwa l-provi kollha, inkluż kwalunk- we evidenza xjentifika bħal testijiet tad-DNA. L-għan tal-artiklu huwa li joħloq bilanċ bejn iċ-ċertezza legali u l-ħtieġa li, fejn ikun possibbli, il-verità bijoloġi- ka tkun tista' tiġi eżaminata mill-Qorti, anke meta l-fatti joħorġu jew jiġu skoperti wara li jkunu għaddew it-termini ordinarji previsti mil-liġi. Każ mibni fuq prova xjenti- fika Fil-proċeduri quddiem il-Qorti ġie ppreżentat test tad- DNA mwettaq minn Dr Chris- topher Farrugia li jikkonferma min hu l-missier bijoloġiku. Skont l-Avukat José Herrera, il-problema ma kinitx fin- nuqqas ta' prova xjentifika. Il-problema kienet li l-Qor- ti qieset li d-DNA waħdu ma kienx biżżejjed. Fil-fatt, fis-sentenza tagħha, il-Qorti għamlet referenza għal ġurisprudenza tal-2001 — per- jodu meta l-qrati Maltin kienu għadhom jieħdu pożizzjoni ferm aktar konservattiva dwar kif tiġi ppruvata l-paternità. Iżda dik il-ġurisprudenza ġiet qabel deċiżjoni impor- tanti tal-Qorti Ewropea li bidlet kompletament il-mod kif għandhom jiġu interpretati dawn il-każijiet. Il-każ ta' Maurice Mizzi Fl-2006, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tat sentenza storika fil-każ Mizzi vs Malta. Maurice Mizzi kien irreġistrat bħala missier ta' tifla mwielda fiż-żwieġ. Snin wara kiseb test tad-DNA li skontu kien jeskludih komple- tament bħala missier bijoloġiku. Madankollu, il-qrati Mal- tin ma ħallewhx jiftaħ kawża ordinarja biex jikkontesta l-paternità minħabba r-rek- wiżiti stretti tal-Kodiċi Ċivili ta' dak iż-żmien, li kienu jeħtieġu mhux biss prova ta' adulterju iżda wkoll kundizzjonijiet oħra u limiti stretti ta' żmien. Il-każ wasal Strasburgu Il-Qorti Ewropea ddeċidiet li Malta kisret id-dritt tiegħu għal aċċess effettiv għall-qorti u d-dritt tiegħu għar-rispett tal- ħajja privata. Il-Qorti osservat li jekk ix-xjenza tipprovdi mezz affidabbli biex tiġi stabbilita l-verità bijoloġika, il-liġi ma tistax tagħlaq il-bieb għal dik il-verità sempliċement minħab- ba formalitajiet jew rekwiżiti sproporzjonati. Dik is-sentenza wasslet għal bidliet importanti fil-mod kif il-liġi Maltija kellha tiġi inter- pretata. X'jgħid il-Kodiċi Ċivili? Fil-liġi Maltija jeżistu di- versi tipi ta' azzjonijiet relatati mal-paternità. Wieħed minnhom hu dak magħruf bħala l-azzjoni ta' ċaħ- da tal-paternità, fejn il-missier legali jipprova juri li mhux hu l-missier bijoloġiku. Hemm ukoll azzjonijiet fejn persuna titlob li tiġi ddikjarata bħala l-missier naturali tat-tifel jew tifla. Skont Herrera, il-prinċipju għandu jkun wieħed sempliċi: il-Qorti għandha tasal għall-ver- ità. Għaliex id-DNA huwa differ- enti? Biex jispjega l-punt tiegħu, Herrera jagħmel analoġija mal- liġi kriminali. Jekk fuq arma ta' delitt jinstab id-DNA ta' persuna, dik il-prova titqies fost l-aktar provi forensiċi affidabbli li jistgħu jiġu ppreżen- tati fil-qorti. Fil-każijiet ta' paternità, jgħid, il-prova xjentifika għandha l-istess valur. Id-differenza hi li fil-qasam ċivili, il-Qorti trid tevalwa wkoll elementi oħra relatati mal-istatus legali u l-interessi tat-tifel. Madankollu, dan ma jfissirx li prova xjentifika ċara għandha tiġi injorata. "Qisu morna lura qabel l-2006" Skont Herrera, is-sentenza fil- każ preżenti tidher li bħallikieku rġajna għamilna pass lura. Minflok ma ssegwi l-linja stabbilita mill-Qorti Ewropea, il-Qorti Maltija għażlet li tibbaża ruħha fuq ġurisprudenza li kienet inkitbet qabel il-kundan- na ta' Malta fi Strasburgu. Hu jgħid li dan joħloq proble- ma ferm akbar minn dan il-każ partikolari. "Jekk il-qrati Maltin ma jagħtux każ tal-prinċipji stab- biliti mill-Qorti Ewropea, kull persuna jkollha terġa' tagħmel kawża kostituzzjonali u mbagħad tmur Strasburgu biex tikseb dak li diġà ġie deċiż għoxrin sena ilu." Il-vittma vera Il-vittma mhijiex il-missier biss. Hija t-tifla wkoll. Filwaqt li l-kawżi legali jkom- plu, hija qed tikber mingħajr status ċivili ċar. Kull ġurnata li tgħaddi tfisser aktar inċertezza dwar id-drit- tijiet tagħha bħala ċittadina Maltija. Ma tistax tmur skola. Ma tistax tikber bħal kwalunk- we tifel jew tifla oħra. Għall- istat ta' Malta din it-tifla lanqas biss teżisti. L-appell issa mistenni jinste- ma' b'urġenza. Iżda lil hinn minn dak li tid- deċiedi l-Qorti, il-każ diġà fetaħ mill-ġdid mistoqsija li ħafna kienu ħasbu li kienet ġiet solvuta fl-2006: Meta x-xjenza tikkonferma ħaġa waħda, il-liġi tista' tibqa' tgħid oħra? Meta d-DNA identifika lill-missier, iżda t-tifla baqgħet mingħajr identità Minkejja test tad-DNA li identifika lill-missier bijoloġiku, deċiżjoni tal-Qorti tal-Familja ħalliet lil tarbija ta' sena f 'limbu legali. Il-każ mhux biss qed iqajjem mistoqsijiet dwar il-futur immedjat tat-tifla, iżda wkoll dwar kif il-qrati Maltin qed jinterpretaw il-liġijiet dwar il-paternità fl-era tal-evidenza xjentifika. Il-Qorti qieset li d-DNA waħdu ma kienx biżżejjed

