Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545965
16 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2026 • illum aħbarijiet Kull sena, matul ix-xahar ta' Lulju, bosta pajjiżi madwar id-dinja jingħaqdu biex jiġbdu l-attenzjoni lejn it-traffikar tal-bnedmin, reat li jinvol- vi ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u li jħalli impatt devastanti fuq il-vittmi tiegħu. Fil-qalba ta' dan l-isforz glo- bali hemm il-Kampanja tal-Qa- lb Blu, inizjattiva internazz- jonali mmexxija mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Droga u l-Kriminalità (UN- ODC). Din il-kampanja għandha l-għan li ssaħħaħ il-kuxjen- za pubblika dwar it-traffikar tal-bnedmin u l-konsegwenzi serji ta' dan ir-reat fuq l-indi- vidwi, il-familji u s-soċjetà. Is-simbolu tal-qalb blu jwassal messaġġ b'saħħtu. Minn naħa, jesprimi solidar- jetà mal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, filwaqt li min-naħa l-oħra jfakkarna fil-moħqrija ta' dawk li jisfrut- taw lill-bnedmin għall-profitt. Il-kulur blu, marbut man-Naz- zjonijiet Uniti, jirrifletti wkoll il-ħidma kontinwa fuq livell internazzjonali favur il-protez- zjoni tal-vittmi ta' dan ir-reat u l-ħarsien tad-dinjità u tad-drit- tijiet tagħhom. It-traffikar tal-bnedmin mhuwiex fenomenu li jseħħ biss x'imkien il-bogħod minna, iżda reat li jeżisti f 'kull reġjun tad-dinja u li jaffettwa persuni ta' kull ġeneru, età u sfond. It- traffikar tal-bnedmin jinvolvi r-reklutaġġ, it-trasport jew l-is- fruttament ta' persuni permezz tal-użu tal-forza, it-theddid, il-qerq jew l-abbuż ta' sitwazz- jonijiet ta' vulnerabbiltà. Dan jista' jseħħ għal diversi skopijiet, fosthom l-isfruttament sesswali, ix-xogħol furzat, u s-servitù domestika. Dan l-isfruttament iwassal biex il-vittmi jiġu mġiegħla jagħmlu affarijiet kontra r-rieda tagħhom għall- profitt ta' ħaddieħor. It-tema tal-Kampanja tal-Qalb Blu għal din is-sena hija 'Maqbuda wara l-iScam'. Madwar id-dinja, gruppi ta' kriminalità organizzata qed jittraffikaw u jisfruttaw eluf ta' persuni fuq livell transnaz- zjonali, filwaqt li jġegħluhom jipparteċipaw f 'operazzjonijiet ta' frodi finanzjarja fuq skala industrijali. Din hija forma ta' traffikar tal-bnedmin għall-kriminalità furzata, li qed tiżdied b'mod allarmanti u hija spiss marbuta maċ-ċiberkriminalità, il-frodi finanzjarja, il-ħasil tal-flus u l-korruzzjoni. Ħafna vittmi jibqgħu inviżib- bli u spiss jispiċċaw f 'sitwazz- jonijiet ta' traffikar mingħajr ma jkunu konxji ta' dak li jkun qed jiġrilhom. Għalhekk il-Kampanja tal-Qalb Blu hija tant impor- tanti. L-għarfien pubbliku huwa wieħed mill-aktar għodod effet- tivi fil-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin. Meta n-nies ikunu infurma- ti, ikunu aktar kapaċi jagħrfu indikaturi ta' traffikar tal-bned- min u jipproteġu lilhom infush- om u lil oħrajn. Din il-kampanja tħeġġeġ lil kulħadd, mhux biss lill-istituzz- jonijiet jew lill-professjonisti, biex jieħu responsabbiltà u jagħti sehmu fil-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin. Il-pubbliku għandu rwol essenzjali biex jagħraf is-sinjali ta' sfruttament, jibqa' attent għal sitwazzjonijiet fejn persuni jidhru kkontrollati, iżolati jew ma jkunux jistgħu jitkellmu b'mod liberu, u għandu jirrap- porta dawn il-każijiet lill-aw- toritajiet kompetenti. Id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem jagħraf ix-xahar ta' Lulju bħala perjodu importanti għall-organizzazzjoni ta' diversi kampanji ta' sensibilizzazz- joni. Dawn l-isforzi jagħmlu parti mill-azzjonijiet previsti fl-Istrateġija Nazzjonali u l-Pjan ta' Azzjoni għall-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin f 'Malta. L-istrateġija tistab- bilixxi għanijiet ċari fil-qasam tal-prevenzjoni, il-protezzjoni, il-prosekuzzjoni u l-kollabo- razzjoni, sabiex tkun żgurata risposta koordinata kontra t-traffikar tal-bnedmin. Dan l-approċċ strateġiku jirrifletti l-impenn ta' Malta li ssaħħaħ il-ġlieda kontra kull forma ta' sfruttament u li tpoġġi d-dritti- jiet tal-vittmi fil-qalba tal-azz- joni tagħha. Fuq livell globali, il-Kam- panja tal-Qalb Blu hija mar- buta mal-Jum Dinji Kontra t-Traffikar tal-Persuni, li jiġi mfakkar kull sena fit-30 ta' Lulju. Din il-ġurnata sservi bħala tfakkira li t-traffikar tal-bnedmin huwa sfida komuni li teħtieġ azzjoni kollettiva. L-isfruttament tal-bnedmin m'għandu jkollu l-ebda post fis-soċjetà tagħna. Permezz tal-parteċipazzjoni fil-Kam- panja tal-Qalb Blu, il-pubbli- ku huwa mistieden jesprimi solidarjetà mal-vittmi, u jieħu sehem b'mod attiv fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin permezz ta' aktar għarfien, prevenzjoni u rappurtar. Biex tirrapporta reat lill- Pulizija, ċempel fuq 119. Biex tikseb l-għajnuna u s-sapport ikkuntattja lill-Fon- dazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali fuq 179, jew lill-Aġenzija għas-Servizzi tal-Vittmi tal-Kriminalità fuq 116 006. Il-Qalb Blu: Simbolu ta' solidarjetà u tama għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin It-tema tal-Kampanja tal-Qalb Blu għal din is-sena hija 'Maqbuda wara l-iScam'
