Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545965
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti 22 kanzunetta Maltija f 'kumpilazzjoni diġitali ġdida Wara s-suċċess ta' Maltese Hits u Maltese Hits Vol. II, CAP- Sounds tkompli tagħti spazju lill-kanzunetta oriġinali bil-Malti permezz tat-tielet kumpilazzjoni diġitali tagħha: Maltese Hits Vol. III. Din il-kumpilazzjoni tkompli tiċċelebra l-varjetà, il-kwalità u l-identità tal-mużika Maltija, b'għaż- la ta' kanzunetti li ħallew il-marka tagħhom f 'festivals, konkorsi u fuq il-pjattaformi diġitali matul dawn l-aħħar snin. Maltese Hits Vol. III tinkludi rebbieħa minn uħud mill-aktar festivals prestiġjużi lokali, fosthom Għażiża ta' Laura Bruno, rebbieħa ta' L-Għanja tal-Poplu 2024; Narakom L-Infern ta' Rita Pace, rebbieħa ta' L-Għanja tal-Poplu 2025; Ħajjitna ta' Martina Fenech, rebbieħa tal-Kon- kors Kanzunetta Indipendenza 2025; kif ukoll Sabiħa ta' Gianluca Bezzina, Mhux tal-Aħħar ta' Maxine, u Stajna Konna Aħna ta' Jamie Car- dona, rebbieħa ta' Mużika Mużika fl-edizzjonijiet tal-2023, 2024 u 2025 rispettivament. Fost il-kanzunetti l-oħra inklużi nsibu Inħobbok Wisq ta' Cherylis, rebbieħa tal-Premju Enzo Gusman għall-Aħjar Interpretazzjoni waqt L-Għanja tal-Poplu 2025; Tiegħek Jien ta' Brooke, ikklassifikata fit-tieni post ta' Mużika Mużika 2025; Tfajjel Ruxxan ta' Ishmael Grech, ikklas- sifikata fit-tieni post tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2024; Jekk Forsi ta' Mark Spiteri Lucas u Debbie Scerri, finalista ta' Mużika Mużika 2026, kif ukoll verżjoni ġdida ta' Sal-Aħħar Nifs ta' Claudia u Fabrizio Faniello flimkien ma' Owen Leuel- len, kanzunetta li oriġinarjament rebħet il-Festival tal-Kanzunetta Maltija fl-1999. B'kollox, 22 kanzunetta jiffurmaw din it-tielet edizzjoni, li tkompli ssaħħaħ il-preżenza tal-mużika bil-Malti fuq il-pjattaformi diġitali u tagħti aktar opportunità lill-udjenzi, kemm f 'Malta, kif ukoll barra minn xtutna, biex jiskopru u japprezzaw ix-xogħol tal-artisti Maltin. Brooke (Ritratt - Festivals Malta) Danica Muscat (Ritratt - Lorella Castillo) Kapitlu Tlettax u Ema (Ritratt - Festivals Malta) Jamie Cardona (Ritratt - Festivals Malta) Cherylis (Ritratt - Lorella Castillo) Mark Spiteri Lucas u Debbie Scerri (Ritratt - Festivals Malta) Claudia u Fabrizio Faniello (Ritratt - Festivals Malta)

