MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 July 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545965

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2026 • illum Miġjuba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil-ġimgħa, Michaela Pia Camilleri taqra l-ktieb Bur Mgħeż – imsemmi għal sit antik fl-Imqabba fejn kien isir id-dfin. Lejn l-aħħar tal-ktieb tirrealizza li hu ferm aktar minn hekk, għax Bur Mgħeż jirrifletti fuq il-franka Maltija, dik li bniet l-identità tagħna imma li fl-istess ħin qed tordom l-istorja tagħna. Irmied u ġebel Il-ġebla mhix ġdida għalija. In- naħa ta' missieri għexu bil-ġebel u mietu bih ukoll. Ġenerazzjoni wara ġenerazzjoni, li issa qed tkompliha oħti, imma mhux jien. Għad għandi ritratti tiegħi minn site visits li kont immur ma' mis- sieri meta kelli forsi seba' snin: jien fuq gaffa, qisni nemlu qed jipprova jsuq ajruplan, u ieħor inżomm in-narċis f 'idejja, liebsa par żarbun ċkejken tal-ballerini, imdawra bil-ġebel goff u t-trabijiet. Travi, xbieki, xorok, u kolonni jissemmew kuljum madwar il-mejda waqt l-ikla ta' filgħaxija. Meta aħt Bur Mgħeż, il-ktieb ġdid ta' Omar N'Shea, ippubblikat fil-21 ta' Ġunju tal-2026 minn Aphroconfuso, ma kellix idea x'kont qed nistenna. Isem stramb, qisu mitoloġiku. Kont evitajt li naqra siltiet minnu fil-ġurnal online, għax nippreferi naqra l-ktieb fis-sħiħ. Ma nafx kontx naqbdu minn fuq l-ixkaffa, li kieku ma kontx naf il-pinna ta' N'Shea minn qabel — pinna perfezzjonista u reqqa, li ma tippubblika xejn sakemm mhix ċerta mill-kwalità traxxendenti ta' kitbietha. Fl-ewwel paġni tiegħu, il-ktieb jiaħ b'sottotitlu dirett, Camus- esk — "Ftit qabel dfint 'l ommi mort infittex qabar" — u b'mixja fuq l-Għolja tal-Ħorr, fejn jinsab iċ-ċimiterju tal-Addolorata llum il-ġurnata. Ħsibt li se jkun ktieb fuq omm il-kittieb, u l-istennija kiefra għall-mewta tagħha. Iżda mhux eżatt. Minflok, jiddokumenta u jikkronoloġizza l-istorja vasta tal-istudji arkeoloġiċi li saru fuq dawn il-gżejjer mis-seklu dsatax 'il quddiem, partikolarment b'rab- ta ma' Bur Mgħeż — sit ta' dfin Neolitiku ġewwa l-Imqabba li kien sema' bih l-awtur, u li traċċa tiegħu m'għadekx issib. Din id-doku- mentazzjoni ta' dan is-sit, l-awtur jagħmilha biex jipproċessa l-mewta mistennija t'ommu, biex jidfen il-memorja tagħha fit-trab tal-fran- ka. Fi kliemu: "il-bniedem ifittex il-bram, id-dgħaben u l-għerien biex jidfen lil niesu, u jien immur infittex il-qabar t'ommi." Il-ġebla tal-franka Maltija tieħu prominenza mill-ewwel paġni, fejn jiddeskrivi l-ġeografija tad-dfin hawn Malta — fejn il-franka mhux biss tindifen fiha, iżda tiddeko- ra qabrek, permezz ta' obeliski, statwi, ammi u anġli fuq l-Għolja tal-Ħorr, u permezz tal-ġeografija tad-dgħaben u l-għerien, fis-siti tad-dfin Neolitiċi. Is-sit ta' Bur Mgħeż kienu kitbu fuqu diversi studjużi prominenti bħal Temi Zammit u Napuljun Tagliaferro. Iżda mbagħad reġa' għeb fil-baħħ, ħlief għal xi doku- menti fl-Arikivji f 'Santu Spirtu, ir-Rabat, u fil-memorja kollettiva ta' xi Mqabbin li bilkemm jafu huma stess fejn jinsab. Għal xi raġuni, l-awtur, b'mod forsi it ossessiv, jipprova jiskopri iżjed fuq dan il-post mistur. Dan l-interess dejjaq fuq post partikolari bħal dan issorprendieni — ma kontx ċerta għala l-awtur għażel li jistudja b'mod tant reqq dan il-post tant speċifiku, f 'ambitu mhux akkade- miku. Iżda komplejt naqra. Fi speċi ta' arkeoloġija doku- mentarja, iqalleb mijiet ta' paġni ta' dokumenti antiki biex jipprova jibni stampa tal-passaġġ taż-żmien fuq dan is-sit, u fuq kollox, biex forsi jsibu. F'kitbietu, N'Shea jidħol f 'dettall kbir fil-proċess tad-do- kumentazzjoni. Jibda billi jqalleb dokumenti fl-Arkivji, li jikxfu kif dan is-sit arkeoloġiku, li fl-istess ħin huwa riżorsa naturali tal-fran- ka, inqabad bejn il-burokrazija kolonjali u l-poter tal-familji tat-tajjeb, kif ukoll bejn il-propr- jetà tal-Knisja u ż-żoni ambigwi magħluqin mill-militar. Id-doku- mentazzjoni orali importanti wkoll għal N'Shea. Jitkellem ma' ħafna nies tal-inħawi biex jara x'jafu fuqu — jipprova jgħaqqad stampa ta' dan is-sit, permezz ta' fram- menti mill-memorja tagħhom u ta' x'semgħu mill-antenati tagħhom. Il-vjaġġ tat-tiix tiegħu isir anke permezz ta' djalogu fil-kummenti taħt ritratt fuq Facebook, li jwasslu għal nies li kienu ħadmu fuq is-sit meta kienu mal-RAF. Naqraw siltiet twal dwar il-proċessi legali u t-titli legali rel- atati mas-sit u l-barriera, li ħassejt li t-test taqqluh it għal qarrej li mhux familjar mad-dinja legali, minkejja li niem li d-dokumen- tazzjoni hija proċess importanti u karatteristika prominenti tal-kitba ta' N'Shea. Dan jikxef in-natura tal-kitba tal-awtur, li jikteb xogħol li diffiċli tikkategorizzah: xi tip ta' memoir li jmiss diversi fergħat, inkluż l-antropoloġija, il-filosofija, l-etika tal-arkeoloġija, u l-kolonjal- iżmu, fost l-oħrajn. Il-franka hija karattru prinċi- pali f 'dan it-test. L-awtur jesplora l-istorja tagħna permezz tagħha. Il-franka tista' tgħid li ħalqet l-istorja, u fl-istess waqt qatlitha. Kienet essenzjali biex jinbnew monumenti megalitiċi, l-ipoġew u dawn l-oqbra Neolitiċi, fost ħafna affarijiet, u kienet ukoll ħolqa importanti ħafna fil-katina ekonomika u soċjali tas-seklu 20, meta konna nesportawha Korfu u Lixandra. Iżda fl-istess waqt, għal skopijiet ekonomiċi u tista' tgħid soċjali, irdamna l-istess storja biha. Is-sit ta' Bur Mgħeż sar barriera, u iktar tard żona militari, u ntilef kważi kollox mis-sit arkeoloġi- ku. L-awtur jistaqsi mistoqsijiet filosofiċi, dwar jekk għandniex inpoġġu l-arkeoloġija u l-wirt kulturali fuq kollox u kulħadd, anke l-komunità, speċjalment meta wieħed iqis li l-arkeoloġija kienet metodu ta' tisħiħ tas-saħħa imper- jalista tal-Ingliżi. Isaqsi mistoqsija importanti immens fil-kuntest postkolonjali: mhux il-komunità għandha tiddeċiedi x'tagħmel b'ar- tha, minflok l-Imperu, li jagħlaq sit arkeoloġiku għal deċennji sħaħ u ma jagħtix aċċess lin-nies tal-post, bl-iskuża tal-istudju? Ikolli nsaqsi però, l-interessi tal-komunità huma vera ta' interess għas-soċjetà, jekk huma biss interessi ekonomiċi? U xi ngħidu għall-interessi tal-ġener- azzjonijiet futuri? Li tordom qabar taħt darek bil-konkos għall-kon- venjenza personali tiegħek huwa fl-interess tal-komunità? Jistaqsi wkoll dwar l-etika li naqilgħu l-mejtin minn ġo qa- barhom — xi ħaġa li l-arkeologi u l-istudjużi jqisuha bħala ħaġa ovvja. Dawn il-ħsibijiet żviluppa- hom permezz ta' djalogu ma' nies mill-inħawi, li għandhom konness- joni mal-ħidma tal-ġebla fil-barri- eri. Minkejja li mhux dejjem qbilt ma' li ntqal, ħadt gost li fi speċi ta' djalogu Sokratiku, l-awtur qed jaqleb l-istrutturi ta' ħsieb akkade- miku tradizzjonali, u joħloq spazju għall-iżvilupp ta' ħsieb li jmur oltre l-akkademiku, ibbażat fir-realtajiet tal-komunità kkonċernata — pass postkolonjali fih innifsu. Minkejja li mad-daqqa t'għajn is-suġġett tal-ktieb jinħass niche, inħoss li dan il-ktieb huwa parti essenzjali mir-repertorju letterarju Malti, partikolarment fid-diskuss- joni tal-identità postkolonjali tagħ- na. Il-ġebla tal-franka, li narawha kullimkien madwarna, fis-swar, fiċ-ċimiterji, u fid-djar tagħna, ħlief għall-blokok li qed jitilgħu llum il-ġurnata, hija parti kruċ- jali tal-identità Maltija — kienet parti vitali mill-ekonomija tagħna, mill-ġeografija viżwali tagħna, u anke l-istorja kolonjali tagħna. Mhux biss nitwieldu u ngħixu fiha, iżda nindifnu fiha, għall-eternità. Dal-ktieb jikkuntestwalizza kif il-ġebla bniet l-istorja tagħna, u kif ħa tifforma l-ġejjieni tagħna. Jikkuntestwalizza kif il-ġeografija tagħna sawritna fil-poplu li aħna, kemm bħala kolonja, u kemm bħala ġens indipendenti. Jinqeda bil-franka madwarna u taħt saqa- jna biex jinvestiga l-identità post- kolonjali tagħna. Dan huwa l-ktieb li l-Malti ma jafx li kellu bżonn.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 July 2026