MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 July 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545965

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

F'intervista li Albert R. Broccoli ta fl-1954, sostna li huma mhux qed jaħdmu films Brittaniċi imma films Amerikani fir-Renju Unit biex il-leħen tal-atturi jkun jixbah ferm id-diskors Ameri- kan u biex f 'Texas, Oklahoma u xi bliet oħra jimuhom aħjar. Din kienet mossa biex dawn ix-xogħlijiet jintwerew f 'teatri normali mhux f 'dawk imsejħa "art houses" għall-udjenzi ta' certu livell għoli ta' intelliġenza. Fl-aħħar wiegħed li se jibda jaħdem films minn madwar id-dinja, barra mill-istudjow, f 'postijiet reali dejjem b'atturi Amerikani. F'dan l-istadju, il-baġits ta' Warwick kienu ta' madwar miljun dollaru għal kull film b'200,000 dollaru allokati lill-pro- tagonist attur Amerikan. Bejn is-snin 1955 u 1957 Warwick Films komplew jespandu u xi films li nħadmu f 'dik l-epoka biex jitqassmu minn Columbia Pic- tures, fosthom A Prize Of Gold, e Cockleshell Heroes (it-tnejn fl-1955) u Safari (1956) kollha mxew bħal dawk tal-bidu — stejj- er ta' azzjoni b'atturi Amerikani, però issa ffilmjati f 'postijiet varji. F'dawn il-films ħadmu atturi stabbli Amerikani bħal Victor Mature (li deher f 'oħrajn wara), Richard Widmark, Jose' Ferrer u l-Ingliż Trevor Howard. Waqt li kien qed jinħadem Safari fil-Ken- ja, Columbia Pictures qablu li jif- fanzjaw avventura oħra fl-Afrika, Odongo (1956) bl-atturi Mac- Donald Carey u s-sbejħa Rhonda Fleming, ukoll Amerikani. Fl-1956, Warwick innegozjaw li jipproduċu disa' films fi tliet snin b'nefqa ta' sitt miljun lira Sterlina għal Columbia Pictures. Irranġaw ukoll li jlestu diversi films qosra ta' nofs siegħa 'l wieħed għat-tel- eviżjoni biex jirreklamaw il-films tagħhom għaċ-ċinema. L-attur Amerikan li hawn l-aktar spikka kien Victor Mature b'Zarak, In- terpol (U.S. Pick Up Alley) u No Time To Die. L-akbar baġit li Warwick ħarġu kien għall-film Fire Down Below (1957) bl-atturi Rita Hayworth, Robert Mitchum u Jack Lemmon. It-traġitt ta' din il-produzzjoni kien mimli problemi ma' Rita Hayworth ta' burdata kapriċċuża li tvarja malajr. B'dan il-film tilfu l-flus, u r-relazzjoni tagħhom ma' Columbia Pictures, għal żmien temporanju, ħżienet. Fl-istess sena Warwick ħadmu l-ewwel kum- miedja tagħhom, How To Murder A Rich Uncle u sena qabel ittan- taw xortihom b'film tax-xjenza fit- tizja, e Gamma People, l-uniku wieħed magħmul bla kulur. Wara li marru minn taħt bil- films Fire Down Below u High Flight (1957) ħabbru li r-relazz- joni tagħhom ma' Columbia Pictures se tispiċċa lejn l-aħħar tas-sena. Dan kollu wara di- versi nuqqas ta' qbil ma' din il-kumpanija. Ħabbru wkoll li għall-quddiem il-produzzjoni tagħhom se tkun fuq bażi ta' film wieħed kull darba u taw is-sensji lil diversi individwi permanenti tal-istaff tagħhom. Ukoll lejn l-aħħar tal-1957 sostnew li se jnaqqsu l-produzzjoni għall-film wieħed fis-sena. Irwin Allen qal li f 'ħames snin, in-nefqa rduppjat u l-introjtu niżel bin-nofs. Kompla jammetti li meta dawn iż-żewġ kriterji jiltaqgħu, wieħed jispiċċa biex iwarrab min-negozju. In- fatti, Warwick biegħu l-uffiċċju tan-negozju fiċ-ċentru ta' Londra, neħħew it-tagħmir tekniku u waqqfu l-kuntratti tal-istaff. 14 films IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2026 • illum Carmel Bonnici Warwick Films: Kumpanija Brittanika, indipendenti, produttiva - IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 3 għal 4 li jdur min-Nofsinhar forza 3 għal 4 Viżibilità Tajba L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mill-Punent forza 3 Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat li jsir ħafif Imbatt Baxx mil-Lvant SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA A Prize of Gold (195) Cockleshell Heroes (1955)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 July 2026