MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546038

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 2 T'AWWISSU 2026 • illum 'M' iniex kontra d-divertiment, imma favur id-dinjità' FR RAMON FARRUGIA FUQ IL-KWISTJONI DWAR TA' ĠIEŻU NOTIFIKA T'INTENZJONI Liċenzja għal Reklutaġġ AGV HR Management Limited tiddikjara l-intenzjoni biex tirreġistra għal- Liċenzja tal-Impjiegi skont L.N. 270 tal-2023 Att dwar L-Impjieg Industrijali (Kap. 452) Regolamenti tal-2023 dwar l-Aġenziji tal-Impjieg. L-attivitajiet proposti jiffukaw fuq servizzi ta' reklutaġġ li jinkludu: 1. Konsultazzjoni dwar reklutaġġ. 2. Intervisti għall-impjieg, selezzjoni u xogħlijiet rakkomandati għal kandidati ideali skont il-ħtieġa marbuta ma' kwalifiki u esperjenza. 3. Reklutaġġ ta' persuni ġejjin minn pajjiżi barranin jew pajjiżi fl-Unjoni Ewropea biex ikollhom impjieg hawn Malta. 4. Reklutaġġ ta' persuni Maltin jew minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. 5. Reklamar marbuta mal-bżonn t'impjieg vakanti. 6. Jinżamm reġistru t'applikanti għal kull impjieg. Indirizz uffiċjali reġistrat: AGV HR Management Limited, 41 and 42 Ta' Għadajma, Industrial Estate, Kirkop AGV HR Management Limited (C 108227) Liċenzja għal Xogħol Temporanju/Esternalizzazzjoni AGV HR Management Limited tiddikjara l-intenzjoni biex tirreġistra għal- Liċenzja tal-Impjiegi skont L.N. 270 tal-2023 Att dwar L-Impjieg Industrijali (Kap. 452) Regolamenti tal-2023 dwar l-Aġenziji tal-Impjieg. L-attivitajiet proposti jiffukaw fuq il-provvista tal-ħaddiema bil-ħsieb li jkunu disponibbli għall-parti terza li tinkludi: 1. Servizzi ta' xogħol temporanju li jinvolvu l-provvista ta' ħaddiema lill-parti terza. 2. Il-parti terza tassenja x-xogħol lill-ħaddiema temporanji. 3. Servizzi t'esternalizzazzjoni li jinvolvu l-provvista ta' ħaddiema lill- parti terza. 4. L-aġenzija tal-esternalizzazzjoni, inklużi l-kuntratturi u s-sottokuntratturi, tissorvelja, tidderieġi u tikkontrolla lill-ħaddiema. Indirizz uffiċjali reġistrat: AGV HR Management Limited, 41 and 42 Ta' Għadajma, Industrial Estate, Kirkop AGV HR Management Limited (C 108227) JAELLE BORG Wara li l-Ministru Glenn Bed- ingfield sostna li l-burlesk ħdejn Ta' Ġieżu m'għadux isir, il-komu- nità Franġiskana wieġbet b'mod pubbliku, u saħqet li dan mhux minnu. F'intervista ma' din il-gazzet- ta, il-Ministru Provinċjali elett tal-Provinċja Franġiskana Maltija ta' San Pawl Appostlu għall-per- jodu 2026–2032, Fr Ramon Farrugia OFM, qal li l-istqarrija ministerjali "weġġgħet" lill-ko- munità reliġjuża, filwaqt li sostna li l-ilmenti dwar l-istorbju u n-nuqqas ta' aċċessibbiltà ilhom isiru sa minn qabel l-2024. "Meta ktibt il-post tiegħi lanqas biss kien f 'moħħi l-Ministru Glenn Bedingfield," qal Farrugia. "Itteggjajt lill-Prim Ministru għax hu qiegħed fuq kulħadd. L-istqar- rija tal-Ministru mhijiex korretta. Aħna qatt ma fittixna li niżgwidaw lill-poplu." Skont Farrugia, l-ewwel darba li l-Franġiskani esprimew pubblika- ment it-tħassib tagħhom kienet fuq il-midja soċjali, iżda qal li qabel dan kienu ilhom iwasslu l-ilmenti tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti. "L-ewwel ilment tagħna online kien minħabba l-possibbiltà li jinfetaħ bar jew restaurant ieħor. Imma qabel kien hemm rapporti, kien hemm kuntatti u anke l-mid- ja kienet irrappurtat li s-Sindku kien ressaq ilmenti dwar il-burlesk u l-istorbju." "Jinterrompi l-quddiesa" Farrugia qal li l-akbar tħassib tal-komunità mhuwiex jekk isirux attivitajiet fil-Belt Valletta, iżda l-effett tagħhom fuq il-funzjoni reliġjuża tal-knisja. "Dak li jinkwetani l-aktar huma n-nies li jiġu l-knisja. Il-mużika u l-għajjat kultant jispiċċaw ikunu aktar qawwija mill-vuċi tas-saċer- dot waqt il-quddiesa." Żied li problema oħra tibqa' n-nuqqas ta' aċċess għall-knisja. "Hemm ukoll il-kwistjoni tal-aċċessibbiltà. Meta jkun hemm imwejjed, siġġijiet u folol quddiem il-knisja, persuni anzjani, persuni vulnerabbli u dawk li sempliċe- ment iridu jidħlu għall-quddiesa jsibu diffikultà." Skontu, dawn il-punti ilhom jiġu rrappurtati sa minn qabel l-2024 u baqgħu l-istess sal-lum. "Il-pulizija jiġu ... u kollox jerġa' jibda" Farrugia faħħar il-ħidma tal-pulizija tal-lokal, iżda qal li l-infurzar waħdu mhux qed isolvi l-problema. "Aħna nċemplu lill-pulizija ta' spiss u nirringrazzjawhom għax dejjem jiġu. Imma x'jiġri? Jinżel il- volum, il-pulizija jitilqu u it wara jerġa' jogħla kollox." Huwa saħaq li għalhekk il-prob- lema tibqa' waħda strutturali u mhux episodika. Tħassib dwar aktar stabbilimenti Il-Ministru Provinċjali qal ukoll li jinsab imħasseb dwar il-prospett ta' stabbiliment ieħor fiż-żona. "Hemm applikazzjoni għal bar jew restaurant ieħor aktar 'il fuq. Jekk dan jiaħ u ma jkollux biżżejjed spazju ġewwa, inevitab- bilment ikun hemm aktar imwejj- ed barra. Dan ifisser aktar storbju u aktar problemi ta' aċċess." "M'iniex kontra d-divertiment" Farrugia insista li l-Knisja qatt ma talbet li jieqfu l-attivitajiet kulturali jew id-divertiment. "Aħna qatt ma għedna li n-nies m'għandhomx jiċċel- ebraw jew jieħdu gost. Imma bl-istess mod irridu li jkun hemm rispett għal min jixtieq jgħix il-fidi tiegħu." Huwa sostna li għandu jkun hemm politika ċara dwar x'jista' jsir qrib postijiet ta' kult. "Fejn hemm il-knejjes għan- du jkun hemm ċerti policies. Il-knejjes ilhom hemm ħafna iktar mill-bars." Farrugia qal li r-reazzjoni fuq il-midja soċjali kienet turi li ħafna persuni qed jaqsmu dan it-tħassib. "Il-poplu jidher li jixtieq jgħix b'dinjità." Fost il-punti li semma kien hemm ukoll il-burlesk li jsir fit-triq. "Skont il-valuri tiegħi, dak mhux adattat għal spazju pubbliku fejn jgħaddu familji bit-tfal. Mhux qed ngħid dan biex nattakka lil xi ħadd, imma biex nistaqsi jekk hux dak it-tip ta' ambjent li nixtiequ fit-toroq tagħna." Huwa qal li jekk wieħed ma jaċċettax ċertu aġir f 'post pub- bliku ieħor, lanqas m'għandu jkun aċċettat f 'dik iż-żona. "Il-Ministru kien infurmat ħażin" Farrugia qal li jemmen li r-reazzjoni tal-Ministru kienet ibbażata fuq informazzjoni li waslet għandu u ma kinitx korretta. "Il-pulizija tal-lokal jafu kemm napprezza x-xogħol tagħhom. Għalhekk naħseb li l-Ministru ma kienx infurmat sew." "Nemmen li ttieħdu ċerti pas- si, imma ċ-ċirkostanzi baqgħu l-istess." Minkejja t-ton kritiku tiegħu, Farrugia appella għall-kollabo- razzjoni aktar milli għall-kon- front. Huwa qal li l-għan tiegħu qatt ma kien li jattakka lil xi persuna jew partit politiku. "Nispera li min ħareġ stqa- rrija jgħid li tajna impressjoni ħażina u żgwidajna lin-nies joħroġ ukoll jgħid li dak li għedna huwa l-verità," qal. "Jiena dejjem tkellimt għall-ġid komuni." Temm billi qal li l-isfida hi li Malta ssib bilanċ bejn il-ħajja kulturali, id-divertiment u d-dritt fundamentali għall-prat- tika tal-fidi. "Ejja naħdmu flimkien b'rieda tajba biex nagħtu lill-poplu Malti dak li jixtieq: li jiddever- ti, imma wkoll li jkollu ċ-ċans jidħol fil-knisja u jgħix il-fidi tiegħu b'dinjità." "Għax il-libertà mhijiex biss il-libertà li tiċċelebra. Hija wkoll il-libertà li persuna tkun tista' tidħol f 'kull knisja, taċċes- saha mingħajr ostakli u tgħix il-fidi tagħha b'dinjità." Din l-intervista saret fit-30 ta' lulju Fr Ramon Farrugia OFM (fuq, lemin) qal li l-akbar tħassib tal-komunità mhuwiex jekk isirux attivitajiet fil-Belt Valletta, iżda l-effett tagħhom fuq il-funzjoni reliġjuża tal-knisja "Fejn hemm il- knejjes għandu jkun hemm ċerti policies. Il-knejjes ilhom hemm ħafna iktar mill-bars."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 August 2026