Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546038
'Sibtu jistennieni għarwien fl-uffiċċju' 03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 2 T'AWWISSU 2026 IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Ix-xhieda ta' Schembri fil-ġuri ta' Fenech kienet fost l-aktar misten- nija, mhux biss minħabba r-rwol ċentrali li kellu bħala eks Chief of Staff tal-Prim Ministru, iżda wkoll għax għal snin sħaħ ismu kien marbut mal-investigazzjoni dwar il-qtil ta' Caruana Galizia. Tul tlett ijiem ta' xhieda, Schembri mhux biss ċaħad b'mod kategoriku l-verż- joni ta' Fenech li hu kien il-moħħ wara l-assassinju, iżda għamel sensiela ta' allegazzjonijiet ġodda li wasslu għal mumenti ta' tensjoni kbira fl-awla. Minkejja mistoqsijiet ripetuti, Schembri rriuta li jidentifika lil din il-persuna "importanti ħafna" quddiem il-ġurati u l-Imħallef ordnat li din il-parti tax-xhieda ma tistax tiġi rrappurtata mill-midja. Din id-dikjarazzjoni ħalliet aktar mistoqsijiet milli tweġibiet, peress li tista' tindika li l-każ baqa' suġġett ta' diskussjonijiet fost persuni qrib iċ-ċentru tal-poter anke wara li Fenech kien arrestat. Madankollu, mingħajr ma ngħataw ismijiet jew evidenza konkreta, il-ġurati se jkollhom jivvalutaw kemm tali alle- gazzjoni għandha piż probatorju. Schembri allega wkoll li Jo- hann Cremona kien ġie offrut sa €400,000 minn persuni marbuta mat-tim tad-difiża biex jagħti xhieda favorevoli għal Yorgen Fenech. Fuq talba tal-prosekuzz- joni, Cremona tressaq mill-ġdid fil-Qorti għal konfront dirett ma' Schembri. F'mument ta' tensjoni kbira, Cremona deher emozzjonat ħafna u anke beda jibki waqt li evita li jwieġeb b'mod dirett dwar l-allegazzjoni, filwaqt li sostna li ma riedx jinkrimina lilu nnifsu. Il-konfront kien wieħed mill-aktar mumenti intensi tal-ġuri s'issa. Fil-bidu tal-ġimgħa, scene of crime officer tal-Pulizija xehdet li mid-dar ta' Keith Schembri, kienu elevaw biss dawk l-oġġetti li hu qalilhom li kienu tiegħu, u ħallew warajhom mobiles u laptops li Schembri qal li ma kinux tiegħu. Meta xehed Schembri, mill-ew- wel caħad dak li qalu l-uffiċjali tal-pulizija u insista li qatt ma qal x'għandhom x'jieħdu mill-villa tieħu fil-Mellieħa. Schembri kompla billi sostna li l-Avukat David Gatt kien involut f 'dawn l-allegati tentattivi biex tinfluwenza x-xhieda. Huwa qal ukoll li darba sab lil Gatt jistennieh barra t-toilet tal-Qorti biex ikellmu, allegazzjoni li ġiet miċħuda minn Gatt waqt ix-xhieda tiegħu. Schembri stqarr ukoll li darb'oħra, meta daħal fl-uffiċċju tiegħu f 'Kastilja, sab lil Gatt jisten- nieh, għarwien. Matul il-kontroeżami, id-difiża ppruvat turi li Schembri kien qed ibiddel il-verżjoni tiegħu u fakkritu f 'xhieda oħra li kienet tikkontra- dixxi dak li kien qed jgħid fil-Qorti. Schembri, min-naħa tiegħu, insista li diversi xhieda kienu qed jigdbu dwaru u ċaħad kull alle- gazzjoni li kien involut fil-qtil jew li kien ipprova jiddevja l-investi- gazzjoni. Matul il-kontroeżami, Schembri baqa' jinsisti li qatt ma ta struzz- jonijiet lil ħadd biex jiġi organizzat il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Huwa ċaħad ukoll li qatt bagħat lil Kenneth Camilleri jew lil Johann Cremona biex jikkalmaw lil Melvin euma, u sostna li qatt ma pprova jsikket jew jelimina lill-awtoproklamat intermedjarju fil-qtil. Dwar Melvin euma, Schem- bri kellu kliem iebes ħafna. Meta rreferewh għax-xhieda ta' euma li fiha sostna li Schembri kien ripe- tutament għamillu pressjoni biex Daphne Caruana Galizia tinqatel, Schembri waqqaf il-kontroeżami biex jiddeskrivi lil euma bħala "l-akbar giddieb f 'Malta". Ix-xhieda ta' Schembri għandha importanza partikolari għax taffet- twa direttament il-kredibbiltà ta' diversi protagonisti ewlenin fil-każ. Min-naħa waħda, il-prosekuzz- joni qed tippreżenta lil Schembri bħala xhud li jista' jixħet dawl fuq ir-relazzjoni tiegħu ma' Fenech qabel u wara l-arrest. Min-naħa l-oħra, id-difiża qed tipprova turi li l-eks Chief of Staff għandu interess personali li jbiegħed kull suspett minnu u jitfa' r-responsabbiltà kollha fuq Fenech. Exclusive discounts for Mapfre Clients! App Scan Scan Scan the QR Code the QR Code the QR Code & & & download download download the app now! the app now! the app now! Scan the QR Code & download the app now! Keith Schembri xehed li darba sab lill-avukat David Gatt (fuq) jistennieh għarwien fl-uffiċċju tiegħu f 'Kastilja

