Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546038
aħbarijiet IL-ĦADD 2 T'AWWISSU 2026 • illum 04 JAELLE BORG "Meta t-tfal jaraw ir-robot għall-ewwel darba, l-ewwel tara l-istagħġib f 'għajnejhom. Imbagħad jibdew il-mistoqsi- jiet, id-daħq u l-kurżità. Minn hemm jibda t-tagħlim." Dak li it tas-snin ilu kien jid- her bħala xena minn film futuris- tiku, illum qed iseħħ fil-klassijiet Maltin. Robot li jkanta, jiżfen, jagħmel it-tai chi, jirrakkonta stejjer u jgħin lit-tfal jitgħallmu l-qari u l-kitba qed isir parti minn esperjenza edukattiva li qed tiġbed l-attenzjoni anke barra minn xtutna. Ir-riċerka mmexxija mill-Pro- fessur Charles L. Mifsud, flimkien ma' Claire Bonello u Natalia I. Ku- cirkova, u ppubblikata fl-Interna- tional Journal of Social Robotics, turi kif Malta qed issir eżempju ta' kif it-teknoloġija tista' tintuża b'mod responsabbli, inklużiv u b'għan ċar: tgħin lit-tfal jitgħallmu aħjar. Il-vjaġġ beda fi żmien il-pan- demija tal-Covid-19. "L-idea bdiet tiżviluppa b'mod aktar konkret fi żmien il-Covid, meta lkoll bdejna napprezzaw ak- tar il-potenzjal tat-teknoloġija fit- tagħlim," jispjega l-Prof. Mifsud. Minn dak iż-żmien, l-avvanzi fl-Intelliġenza Artifiċjali taw spinta ġdida lir-robots soċjali. Illum jist- għu jagħmlu ħafna aktar milli juru informazzjoni fuq skrin – jistgħu jinteraġixxu mat-tfal, jiakru interazzjonijiet preċedenti, jużaw il-vuċi, il-movimenti u l-ġesti biex iżommu lit-tfal involuti, u joffru appoġġ lil studenti bi bżonnijiet differenti, inkluż tfal fuq l-ispettru tal-awtiżmu. Dan wassal lit-tim tar-riċerka biex jesplora kif dawn ir-robots jistgħu jsiru għodda edukattiva effettiva fil-kuntest Malti. "Ir-robot ma jibqax magna ... isir ħabib" Ir-reazzjoni tat-tfal kienet immedjata. "Stagħġib, kurżità u entuż- jażmu," jgħid il-Prof. Mifsud. "It-tfal mill-ewwel jaffaxx- inaw ruħhom bir-robot u jibdew jistaqsu mistoqsijiet dwaru. Xi wħud ikunu it mistħija fil-bidu, iżda hekk kif ir-robot jibda jiżfen, ikanta, jitkellem jew jagħmel it-tai chi, dik il-mistħija tisparixxi. It-tfal jibdew jinteraġixxu miegħu b'mod spontanju u jarawh bħala preżenza pożittiva u motivanti fil-klassi." Ir-riċerka turi li t-tfal ma jarawx lir-robot biss bħala magna, iżda bħala sieħeb fit-tagħlim. Din il-konnessjoni tgħinhom jip- parteċipaw aktar fil-lezzjoni, iżidu l-kunfidenza tagħhom u juru aktar interess fl-attivitajiet tal-litteriżmu. Aktar minn għalliem elettroniku Wieħed mill-aktar riżultati in- teressanti tar-riċerka hu li r-robot ma kellux rwol wieħed biss. Fil-klassi Maltija, serva bħa- la assistent tal-għalliem, sieħeb fit-tagħlim u anke medjatur tal-interazzjoni soċjali bejn it-tfal. Il-ġesti tiegħu, il-mod kif jitkel- lem u l-abbiltà li jirreferi għal esperjenzi preċedenti għenu biex jinħoloq ambjent aktar motivanti u inklużiv, speċjalment għal tfal li normalment ikunu aktar kwieti jew isibuha diffiċli jipparteċipaw. Meta r-robot daħal fil-klassi, ħafna stennew li l-għalliema jkunu xettiċi. Iżda ġara l-oppost. "L-għalliema laqgħu r-robot b'interess u kurżità kbira," jgħid il-Prof. Mifsud. "Kienu partikolarment ħerqana biex josservaw kif se jirreaġixxu l-istudenti u jekk ir-robot setax jgħinhom iżidu l-attenzjoni, il-parteċipazzjoni u l-motivazzjoni tat-tfal." L-aktar aspett importanti kien li l-għalliema qatt ma raw lir-robot bħala sostitut tagħhom. Anzi, kif jisħaq il-Prof. Mifsud, "Ir-robot hu għodda oħra li tista' tgħin lill-għalliem. L-aqwa użu ta' din it-teknoloġija dejjem jibqa' wieħed immexxi mill-għalliem." Robots soċjali qed ibiddlu t-tagħlim fil-klassijiet Maltin Ir-riċerka turi li t-tfal ma jarawx lir-robot biss bħala magna, iżda bħala sieħeb fit-tagħlim

