MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546038

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

05 analiżi illum • IL-ĦADD 2 T'AWWISSU 2026 IL-ĠURI TA' YORGEN FENECH JAELLE BORG Tlett ijiem sħaħ fuq il-bank tax-xhie- da, sigħat twal ta' mistoqsijiet, konfront dirett ma' xhud ewlieni u ċaħdiet ripetuti ta' kull allegazzjoni li torbtu mal-qtil ta' Daphne Caru- ana Galizia. Hekk tista' tinġabar il- ġimgħa li għaddiet fil-ġurija kontra Yorgen Fenech, ġimgħa li kienet iddominata kważi kompletament mix-xhieda tal-Eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri. Wara jiem ta' xhieda minn investiga- turi, esperti forensiċi u persuni involuti fl-investigazzjoni, il-proċeduri daħlu f 'waħda mill-aktar fażijiet mistennija. Il-ġurati kellhom quddiemhom wieħed mill-aktar protagonisti msemmija matul l-investigazzjoni, bi Schembri jwieġeb għal mistoqsijiet dwar ir-relazzjoni tiegħu ma' Yorgen Fenech, Melvin eu- ma, Johann Cremona u diversi persuni oħra li isimhom ilu jissemma tul dan il-każ. Kienet ġimgħa li fiha d-difiża ppruvat tittestja kull dettall tax-xhieda tiegħu, filwaqt li l-prosekuzzjoni kompliet tibni fuq il-provi diġitali u dokumentarji li ilhom jiġu ppreżentati matul il-ġurija. Schembri baqa' konsistenti tul il-kon- troeżami kollu. Huwa ċaħad kategori- kament li kellu kwalunkwe involviment fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia jew li qatt għadda messaġġi bejn Yorgen Fenech u Melvin euma. Sostna wkoll li qatt ma kellu sehem biex euma jingħata maħfra presidenzjali u qal li ma kien jaf b'ebda pjan biex tinqatel il-ġurnalista. Iżda minkejja dawn iċ-ċaħdiet, il-kontroeżami kien aggressiv u dettaljat. Id-difiża reġgħet fetħet sensiela ta' punti li ilhom jissemmew tul is-snin, fosthom il-mowbajl ta' Schembri, il-komunika- zzjonijiet tiegħu ma' persuni differenti, il-movimenti tiegħu f 'dati partikolari u d-diversi dikjarazzjonijiet li kien ta lill-pulizija. Wieħed mill-aktar mumenti li spikka matul il-ġimgħa kien il-konfront bejn Schembri u Johann Cremona. Il-kon- front sar wara diverġenzi fix-xhieda tagħhom u malajr inbidel f 'wieħed mill-aktar episodji emozzjonanti li rat il-ġurija. Cremona deher emozzjonat ferm u f 'ħin minnhom infaqa' jibki, filwaqt li tenna l-kliem "Minn Alla biss nibża'". L-awla tal-Qorti waqfet għal it mu- menti hekk kif il-konfront kompla fost interventi mill-Imħallef Edwina Grima u mill-avukati taż-żewġ naħat. Minkejja dan il-mument ta' tensjoni, kollox baqa' miexi b'ritmu mgħaġġel. Il-ġurati komplew jisimgħu dwar il-ħbiberija bejn Schembri u Yorgen Fenech. Għalkemm l-Eks Chief of Staff ma ċaħadx li kienu qrib, huwa insista li qatt ma kellhom konverżazzjonijiet dwar il-qtil jew dwar il-pjan li wassal għall-as- sassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Tema li reġgħet ħarġet diversi drabi kienet il-kredibilità tad-dikjarazzjonijiet mogħtija lill-pulizija. Schembri sostna li partijiet mix-xhieda tiegħu ma kinux ġew irrappreżentati b'mod korrett u akkuża lill-investigaturi li f 'ċerti każijiet interpretaw ħażin dak li kien qal waqt l-interrogazzjonijiet. Dan wassal biex il-ġurati kellhom jisimgħu bosta referenzi għal stqarrijiet preċedenti, li tqabblu kontinwament ma' dak li Schembri kien qed jgħid fil-Qorti. Il-kontroeżami ma kienx limitat biss għar-relazzjonijiet personali. Id-difiża għaddiet sigħat twal tanalizza rekords tat-telefown, chats, call logs u data elettronika oħra li kienet ġiet ippreżen- tata lill-Qorti. Il-ġurati segwew b'atten- zjoni kif kull kuntatt, kull telefonata u kull moviment kienu qed jitqiegħdu f 'kuntest usa' sabiex jiġu eżaminati flimkien mal-kumplament tal-provi. Matul il-ġimgħa tqajmet ukoll il- laqgħa li Schembri kellu ma' Melvin euma f 'Kastilja, il-kuntatti tiegħu ma' Johann Cremona, Kenneth Camilleri u Joseph Muscat, kif ukoll numru ta' komunikazzjonijiet oħra li ilhom ikunu parti mill-investigazzjoni. Il-kontroeżami mess ukoll il-kawżi ta' libell li Schembri kien fetaħ kontra Daphne Caruana Galizia u artikli li hija kienet kitbet dwaru fuq il-blogg tagħha. Ġew diskussi wkoll aspetti relatati mal-kura medika li huwa kien irċieva fl-Istati Uniti u komunikazzjonijiet li qal li huma protetti bil-privileġġ bejn avukat u klijent. Iżda l-ġimgħa ma kinitx iffukata biss fuq Schembri. Fil-bidu tal-proċeduri, il-ġurati semgħu aktar xhieda dwar it-tfittxijiet li kienu saru fl-uffiċċju tiegħu f 'Kastilja. L-Ispettur Charlot Casha ppreżenta filmati u ritratti li ddokumentaw il- proċess ta' elevazzjoni tal-oġġetti waqt it-tfittxijiet. Fost il-materjal elevat kien hemm fajl blu li kien fih artikli stampati mill- blogg Running Commentary ta' Daphne Caruana Galizia. Intweriet ukoll nota miktuba bl-idejn li kienet tinkludi refer- enzi għal "DCG", dati u annotazzjonijiet oħra li aktar tard saru s-suġġett ta' argu- menti bejn il-prosekuzzjoni u d-difiża. Id-difiża insistiet li l-ġurati għand- hom janalizzaw mhux biss il-kontenut tad-dokument iżda wkoll il-mod kif kien ġie elevat u ppreservat matul l-investi- gazzjoni. Importanti wkoll kienet ix-xhieda tal-espert fil-forensika diġitali Keith Cutajar. Huwa spjega fid-dettall kif ġew analizzati mobile phones, backups ta' WhatsApp u apparat elettroniku ieħor. Spjega wkoll il-limitazzjonijiet tekniċi li kultant jiltaqgħu magħhom l-esperti meta jippruvaw jirkupraw data mħassra jew informazzjoni minn apparat bil- ħsara. Dawn l-ispjegazzjonijiet taw lill-ġurati stampa aktar ċara ta' kif inġabret il-prova diġitali li matul il-ġimgħa kompliet tin- tuża waqt il-kontroeżami ta' Schembri. Lil hinn mix-xhieda individwali, il-ġimgħa kienet ikkaratterizzata minn battalja kostanti dwar l-interpretazzjoni tal-provi. Il-prosekuzzjoni kompliet tip- preżenta dokumenti, rekords u evidenza elettronika bħala parti minn katina waħ- da ta' provi, filwaqt li d-difiża ppruvat turi li ħafna minn dawn il-provi jistgħu jiġu interpretati b'modi differenti jew li waħedhom ma jwasslux għall-konkluż- jonijiet li qed issostni l-prosekuzzjoni. Dan deher b'mod partikolari meta ġew diskussi dokumenti elevati waqt l-investigazzjoni, rekords tat-telefown u stqarrijiet mogħtija matul is-snin. Kull naħa ppruvat tipperswadi lill-ġurati biex tagħti interpretazzjoni differenti lill-ist- ess evidenza. L-Imħallef Edwina Grima kellha tintervjeni diversi drabi matul il-ġimgħa sabiex iżżomm il-mistoqsijiet iffukati u tevita ripetizzjoni jew argumenti bejn il-partijiet. Minkejja dan, il-kontroeżamijiet baqgħu twal u dettaljati, sinjal tal-im- portanza li qed tingħata lil kull aspett tax-xhieda ta' Schembri. Għalkemm il-ġimgħa kienet iddom- inata mix-xhieda ta' Keith Schembri, il-proċeduri servew ukoll biex juru kif il-każ qed jinbena fuq għadd kbir ta' elementi differenti li, skont il-prose- kuzzjoni, għandhom jiġu evalwati bħala katina waħda ta' evidenza. Minn doku- menti elevati waqt tfittxijiet, għal rekords tat-telefown, data elettronika, filmati u x-xhieda ta' persuni differenti, kull biċċa prova qed tkun analizzata fid-dettall quddiem il-ġurati. Fl-istess waqt, id-difiża kompliet ten- fasizza li kull prova għandha tiġi eżami- nata b'mod kritiku u fil-kuntest tagħha, filwaqt li insistiet fuq il-ħtieġa li jiġu evalwati l-kredibilità tax-xhieda, il-kon- sistenza tad-dikjarazzjonijiet mogħtija matul is-snin u l-mod kif inġabret u ġiet ippreservata l-evidenza. Din il-konfron- tazzjoni bejn iż-żewġ interpretazzjonijiet baqgħet tikkaratterizza kważi kull seduta tal-ġimgħa. Keith Schembri fiċ-ċentru tal-ġuri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 August 2026