MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546038

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

analiżi IL-ĦADD 2 T'AWWISSU 2026 • illum 06 IL-ĠURI TA' YORGEN FENECH Fost il-figuri kollha li ddominaw il-politika Maltija minn 2013, it kienu influwenti daqs Keith Schembri. Qatt ma kkontesta elezzjoni ġenerali, qatt ma kien ministru, u qatt ma kellu portafoll uffiċjali fil-gvern. Madankollu, għal l-ewwel snin ta' Gvern Laburista kien meqjus bħala wieħed mill-aktar per- suni b'saħħithom fil-pajjiż. Bħal ħafna mill-kap ta segretarjat qatt ma kellu rwil fil-partit Laburista. Kien sempliċiment ħabib kbir ta' Joseph Muscat. Għal xi partitarji tiegħu mhux kollha kien strateġista brillanti u maniġer effiċjen- ti; għall-kritiċi tiegħu, simbolu ta' sistema fejn il-poter politiku u l-interessi kum- merċjali saru qrib wisq ta' xulxin. Kien persuna karismatika u wara dik il-ħarsa ta' nagħġa kien lupu ta vera. B'inter- essi kbar fin-negozju u b'maniġġji oskuri kontra l-avversarji tiegħu. L-istorja tiegħu tibda ħafna qabel Kastilja. Il-bidu fin-negozju Keith Schembri twieled fl-1975 u daħal fid-din- ja tan-negozju minn età relattivament żgħira. Fl-1996 waqqaf il-Grupp Kasco, li beda bħala negozju fil-qasam tal-karta u tal-istampar. Maż- żmien, il-kumpanija kibret fi grupp kum- merċjali li jopera f 'diversi setturi, fosthom il-karta, il-makkinarju industrijali, l-inġinerija, ir-riċiklaġġ u prodotti oħra relatati mas-servizzi kum- merċjali. F'Malta, fejn il-komunità tan-negozju hija relattivament żgħira, Schembri bena reputazzjoni ta' imprenditur aggressiv, kapaċi jagħlaq ehimiet u jespandi l-oper- at tiegħu. Il-kuntatti tiegħu ma' negozjanti, konsulenti u professjonisti komplew jis- saħħu matul is-snin, u dawn ir-relazzjoni- jiet kellhom rwol importanti fil-karriera tiegħu aktar tard. Kien ukoll magħruf li jinteressa ruħu f 'oqsma differenti tan-negozju, mhux biss fl-attività tradizzjonali tal-karta. Dan il-profil ta' imprenditur modern u am- bizzjuż kien jaqbel mal-immaġni li Joseph Muscat kien qed jipprova jibni għall-Partit Laburista fil-bidu tas-snin 2010. Ir-relazzjoni ma' Joseph Muscat Meta Joseph Muscat sar kap tal-Partit Laburista fl-2008, beda jiġbor madwaru tim ta' nies li ma kinux neċessarjament politiċi tradizzjonali. Fost dawn kien hemm Keith Schembri. Skont diversi osservaturi politiċi, ir-relazzjoni bejn it-tnejn kienet mibnija fuq fiduċja personali qawwija. Schembri ma kienx biss fundraiser jew konsulent; kien wieħed mill-it nies li kellhom aċċess dirett u frekwenti għal Muscat. Fil-kam- panja elettorali tal-2013, li wasslet għal re- bħa storika tal-Partit Laburista, Schembri kellu rwol importanti fl-organizzazzjoni u fl-istrateġija. Imma ma kienx waħdu. Wara r-rebħa tad-9 ta' Marzu 2013, Muscat ħatru Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Kien mument li bidel mhux biss il-karriera tiegħu, iżda wkoll il-mod kif ħafna kienu jħarsu lejn il-poter f 'Malta. Il-bniedem wara l-bieb ta' Kastilja Ic-Chief of Staff f 'Kastilja dejjem kellu rwol important, qabel taħt Fenech Adami, Richard Cachia Caruana eserċita poteri kbar bħala l-id leminija ta' Eddie Fenech Adami. U kien f 'ħafna drabi jitqies bi poteri ikbar minn Fenech Adami. Schembri ħa riedni f 'idejh bħal Cachia Caruana. Imma fetaħ il-bieb tiegħu lil kullħadd inkluż ħafna Nazzjonalisti. Infatti ħafna Nazzjonalisti sabuħ aċċessibbli u affabli. Investituri barranin u persuni li kienu jfittxu laqgħa mal-Prim Ministru spiss kienu jqisu lil Schembri bħala l-per- suna li setgħet tiaħ jew tagħlaq il-bibien. Din il-perċezzjoni, anke jekk mhux dejjem ibbażata fuq setgħat formali, kompliet iżżid l-influwenza tiegħu. Kritika dwar din il-konċentrazzjoni ta' poter bdiet tidher kmieni. L-Oppożizzjoni sostniet li persuna mhux eletta kienet qed teżerċita influwenza sproporzjonata fuq id-deċiżjonijiet tal-gvern. Il-gvern, min- naħa tiegħu, iddefenda l-għażla ta' Muscat u sostna li Schembri kien maniġer effiċ- jenti li għen biex il-gvern jaħdem b'ritmu aktar mgħaġġel. Schembri kien involut fid-diskussjoni- jiet fuq numru ta' nvestimenti kbar, bħal tal-American University of Malta u l-Vitals Global Healthcare (VGH). Kien wieħed mill-aktar persuni qrib il-proċess li wassal għall-konċessjoni tal-isptarijiet pubbliċi lill-VGH fl-2015. Għalkemm ma ffirmax il-kuntratti, ismu deher b'mod prominenti fl-inkjesti, fir-rapporti tal-Awditur Ġenerali (NAO) u fl-investigazzjonijiet dwar il-konċessjo- ni, li aktar tard għaddiet għand Steward Health Care fl-2018. Il-NAO kkonkluda li l-proċess kien ikkaratterizzat minn nuqqas ta' trasparenza u governanza dgħajfa, filwaqt li l-Qorti annullat il-konċessjoni fl- 2023, u sabet li kienet ibbażata fuq frodi u nuqqas ta' twettiq tal-obbligi kuntrattwali. Schembri dejjem ċaħad kull allegazzjoni ta' aġir ħażin u jinsisti li aġixxa dejjem skont il-liġi. Il-Panama Papers: il-bidu tal- maltemp F'April 2016, il-konsorzju internazzjonali ta' ġurnalisti investigattivi żvela d-doku- menti magħrufa bħala Panama Papers. Fost l-eluf ta' ismijiet minn madwar id-din- ja, deher ukoll dak ta' Keith Schembri. Id-dokumenti wrew li kien is-sid tal-kumpanija Tillgate Inc. fil-Panama. Din il-kumpanija kienet marbuta ma' trust fi New Zealand magħruf bħala Haast Trust, struttura stabbilita bl-assistenza tal-kump- anija Maltija Nexia BT. Ir-rivelazzjonijiet ħolqu xokk politiku immedjat. Għall-ewwel darba, uffiċjal tant għo- li fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien marbut ma' struttura offshore f 'ġurisdizzjoni magħr- ufa għas-segretezza finanzjarja. Id-dokumenti żvelati indikaw ukoll li saru tentattivi biex jinfetħu kontiji- et bankarji għal Keith Schembri: Minn imprenditur

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 August 2026