Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546038
Is-snin finali waslu bejn l-1959 u l-1961. Il-kumpanija bdiet twaqqaf ħafna personalitajiet biex tkompli tkampa bil-galbu minn produzzjoni għall-oħra. Broccoli kompla jgħid li kienu qed jippreżentaw films b'atturi primi iżda wkoll b'ekonomija u bla ħela. Fl-1959 Warwick ħadu kontroll tal-kumpanija Brittanika Eros Films u bdew iqassmu l-films ta' Warwick huma. Dan kollu wara di- versi nuqqas ta' qbil ma' Columbia Pictures. Warwick kienu ffurmaw kumpanija ġdida jisimha Viceroy Films u permezz tagħha ħadmu tliet films, Let's Get Married, e Trials Of Oscar Wilde u Johnny Nobody. e Trials Of Oscar Wilde kien l-aktar film ta' kalibru li qatt ippreżentaw bl-attur Awstraljan Peter Finch fil-parti ewlenija. Għalkemm il-kritiċi faħħru din il-produzzjoni, dan il-film falla lill-kumpanija Eros Films u kkawża x-xoljiment ta' Warwick Films. F'dawn is-snin tal-final, Warwick kienu konxji dwar x'se joħorġu u ppreżentaw tliet kummiedji mużikali, Idle On Parade (1959) (U.S. Idol On Parade), Jazz Boat u In e Nick (it-tnejn 1960) bl-attur/kantant Anthony Newley u Anne Aubrey li kienu taħt kuntratt ma' Warwick, kollha distribwiti minn Columbia Pictures. Anne Aubrey u Anthony Newley dehru wkoll f 'e Killers Of Kilimanjaro (1959), bl-attur Amerikan Robert Taylor iffilmjat ukoll fl-Afrika. F'dan il-film kellu parti sekondarja John Dimech, attur minn Malta li deher ukoll fl-epiku Lawrence Of Arabia, li f 'sekwenza minnhom ilissen bil-Malti "iaħ il-katina". L-aħħar film ta' Warwick/Viceroy Films kien Johnny Nobody (1961) bl-atturi Amerikani William Ben- dix u Aldo Ray, suppost imqassam minn Eros Films, però ħadu ħsieb it-tqassim tiegħu Columbia Pic- tures. Barra Newley u Aubrey, attur ieħor li ħadem ħafna ma' Warwick kien l-Awtraljan Bonar Colleano. Albert R. Broccoli u Irwin Allen ma qablux dwar l-iffilmjar tas-sen- siela ta' novelli ta' Ian Fleming dwar l-Aġent Sigriet 007, James Bond. Allen ħaseb li dan il-proġett ma kienx għall-altezza tiegħu u Broccoli ma setax jiltaqa' mar-rap- preżentanti ta' Fleming minħabba li martu kienet marida serjament. Xorta waħda dawn iż-żewġ pro- dutturi gwappi reġgħu nnegozjaw id-drittijiet biex jaħdmu Live And Let Die, From Russia With Love u Moonraker li kellu jkun l-ewwel film dwar James Bond. Sadanittant Warwick Films kienu kkappar- raw lill-Kumpanija Eros Films. Sorpriżament, wara diżgwid ma' Columbia, Warwick warrbu fil- ġenb il-films dwar Bond u Allen u Broccoli telqu għal rashom. Ftit wara Broccoli fforma l-kumpanija Eon Productions flimkien ma' Harry Saltzman biex jibdew is-serje wisq popolari ta' Bond għall-kumpanija United Artists. Irwin Allen baqa' jaħdem għal rasu u lejn is-snin 1969/70 sa madwar seba' snin wara sar famuż bil-films tad-diżastri, anki bħala direttur fosthom e Poseidon Adventure, e Towering Inferno u e Swarm fejn ingħata t-titlu ta' Master Of Disaster. Wara li ssepara minn ma' Broccoli, Allen ipproduċa waħdu fl-1961 permezz tal-kumpanija tiegħu Irwin Allen Productions u Jamie Uys Film Production tas-Sud Afrika e Hellions għall-Warwick Films, speċi ta' Western fl-Afrika t'Isfel fejn gang ta' missier u erba' wliedu adulti msemmijin għall-er- ba' Evanġelisti jwerwru belt żgħira u mingħajr għajnuna ta' ħadd jifqilhom Richard Todd, il-pulizija tal-lokal. Allen ipproduċa wkoll waħdu fl-1964 flimkien ma' Avala Films tal-Jugoslavja u Warwick Films e Long Ships, avventura gwappa tal-Vikingi. Kellu wkoll wara iżda mhux ma' Warwick Films, Genghis Khan. Dawn it-tliet films ħarġuhom Columbia Pictures. 14 films IL-ĦADD 2 T'AWWISSU 2026 • illum Carmel Bonnici Warwick Films: Kumpanija Brittanika, indipendenti, produttiva - IT-TIELET PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 3 għal 4 li jdur min-Nofsinhar forza 3 għal 4 Viżibilità Tajba L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mill-Punent forza 3 Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat li jsir ħafif Imbatt Baxx mil-Lvant SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Idle on Parade (1959) Jazz Boat (1960)

